By what measure of cheek and slander does Sharon Ellul Bonici try to sling mud at Eddie Fenech Adamis untainted career? Pierre Portelli jikteb fThe
Nibdew mill-bidu. Jien mghandi l-ebda problema nghid li Dr. Fenech Adami ghandu kwalitajiet tajbin. Fiz-zmien li ghamel Prim Ministru dahhal diversi mizuri li tejbu l-hajja taghna. Ha diversi decizjonijiet fwaqqthom u li kienu ta gwadann ghal-pajjiz. L-anqas biss tghaddili
Tghid dan Pierre Portelli twieled il-bierah? Ghax jekk ghadu tarbija zgur ma jiftakarx li . . .
Dr. Fenech Adami accetta li jsir kap tal-PN wara kongura biex inehhu lil Gorg Borg Olivier.
Dr. Fenech Adami irid jiehu responsabilta ghal-dak li nqala fil-pajjiz wara l-1981 meta ma accettax it-telfa elettorali li kien sofra l-partit tieghu.
Dr. Fenech Adami jibqa responsabbli ghall-konfrontazzjoni politika fil-pajjiz permezz tal-glieda tieghu bl-uzu tad-dizubidjenza civili u rezistenza passiva u permezz tal-bojkotts li kien jaghmel.
Dr. Fenech Adami qatt ma kellu jitbellah bhal meta kellu l-kaz ta hawn jien suq.
Dr. Fenech Adami kien responsabbli meta ma rnexxilux jikkontrolla l-marmalja Nazzjonalista fid-daghdigha ta vjolenza wara l-elezzjoni tal-1987.
Dr. Fenech Adami baqa ma wettaqx weghdiet elettorali fundamentali.
Dr. Fenech Adami ghad irid jghidilna min qatel lil Karen Grech u issa ser jirrizenja u baqa ma fetahx halqu.
Dr. Fenech Adami igorr ir-responsabilta politika ghar-ruxmata vendikazzjonijiet li sofrew haddiema Laburisti mal-gvern u korpi parastatli.
Dr. Fenech Adami kien wera irresponsabilta enormi meta baqa jinsisti li r-rizultat tal-elezzjoni tal-1996 kienet photofinish meta l-PN kien ha tkaxkira kbira.
Dr. Fenech Adami kien instab hati ta diskriminazzjoni politika.
Dr. Fenech Adami kien instab li kiser id-drittijiet ta zewg imhallfin.
Dr. Fenech Adami wera arroganza meta kien qal lill-poplu biex ma joqghodx igorr.
Dr. Fenech Adami hu responsabbli ghad-dhul tal-politika partiggjana fil-kunsilli lokali.
Dr. Fenech Adami kien, ghadu u jibqa responsabbli ghal zbalji oxxeni li saru mill-ministri tieghu u meta ma tax widen ghal ghajta popolari biex ibiddel dawk il-ministri arroganti u dawk under-achievers.
Dr. Fenech Adami igorr ir-responsabilta ghad-decizjoni zbaljata meta ta l-helsien lit-terrorista Ali Resaq u meta ta l-helsien lill-baruni tad-droga Francisco de Assis Queiroz.
Dr. Fenech Adami jibqa sinonimu mad-dejn enormi tal-Gvern.
Dr. Fenech Adami jibqa mfakkar ghal-weghdiet kbar li ghamel dwar l-Unjoni Ewropea, liema weghdiet taru mar-rih.
Dr. Fenech Adami ser jibqa msemmi ghall-gidba fahxija kontra Dr. Alfred Sant ftit jiem qabel l-elezzjoni tal-2003 fejn akkuzah li zammlu lit-tifel milli jidhol l-Universita. Il-hsara li ghamel lil Dr Sant ma setghetx tigi rrimedjata qabel l-elezzjoni bdetriment politiku ghal Dr. Sant.
Dr. Fenech Adami bhala Prim Ministru ghadu hati tal-emorogija finanzjarja tal-gvern, bdeficit enormi u nfieq minghajr kontroll filwaqt li l-poplu mifni btaxxi kbar u dejjem jizdiedu.
Dr. Fenech Adami qatt ma ddejjaq jidher mal-kriminali tipo Zeppi l-Hafi anzi qabez ghalih u tah tlett mahfriet.
Dr. Fenech Adami jibqa mfakkar bhala l-uniku bniedem fid-dinja li rnexxielu jbiddel Rebbiegha Gdida fXitwa tal-wahx.
Altru
Allura biex tghid li l-karriera ta Dr. Fenech Adami kienet nadifa tazza trid ikollok wiccek bhal ta Pierre Portelli.