Fdin il-pagna ghandkom issibu diversi mistoqsijiet parlamentari kif ukoll it-twegibiet ghalihom. Dawn il-mistoqsijiet fl-opinjoni tieghi huma ta interess pubbliku. Mhux hekk biss imma whud mit-twegibiet li nghataw huma aktar
(nota: l-izbalji fl-ortografija huma tal-gvern)
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38551 Data:
Seduta Numru:869 - 11/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Sptar Mater Dei - Pazjenti
L-Onorevoli JEAN
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):
F'liema stadju wasal il-bini ta' l-Isptar Mater Dei?
Tweġiba:
It-tliet fażijiet tal-bini huma maħsuba li jitlestew kollha sal-2010. Hu ppjanat li l-outpatients jiftaħ Ġunju 2003, waqt li l-inpatients jibdew jemigraw lejn l-ipstar Mater Dei fl-2005.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38092 Data:
Seduta Numru:851 - 17/01/2003
Seduta Interim:
Titlu: Tas-Sliema/San Ġiljan - Dawl tal-Milied
L-Onorevoli CHARLES BUHAGIAR
staqsa lill-Onorevoli FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura):
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol tad-dawl tal-Milied li tqiegħed mal-promenade ta' Tas-Sliema u San Ġiljan?
Tweġiba:
Ninsab infurmat li l-ispejjeż involuti fix-xogħol imwettaq mill-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Manifattura u Servizzi huwa:
Materjal tal-lampi Lm1,723.
Conduit u wire Lm1,039.
Ħlas ta' overtime: plumbers Lm1,081.
Ħlas ta' overtime: electricians Lm1,666.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38448 Data:
Seduta Numru:868 - 11/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Ġbir ta' batteriji
L-Onorevoli JOE MIZZI
staqsa lill-Onorevoli FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura):
Jista' il-Ministru jgħid kif ġiet riveduta l-iskema għal-ġbir tal-batteriji u kif qegħda taħdem issa? Xi jrid jagħmel il-pubbliku sabiex jimxi fuq normi ambjentali sabiex jarmi dawn il-batteriji u x'inhu jsir minnhom?
Tweġiba:
L-iskema ta' servizz bla ħlas għal-ġbir tal-batteriji wżati titħaddem billi l-pubbliku huwa nkoraġġit sabiex jidisponi
Il-pubbliku għandu wkoll il-faċilita' li juża n-numru tat-telefon 21236347 fejn jitħalla messaġġ sabiex wara jittieħdu l-passi neċessarji għal ġbir tal-batteriji wżati.
Fil-kas tal-batteriji wżati ta' daqs akbar bħal dawk tal-karozzi dawn wara li jinġabru qegħdin jiġu mogħdija għal esportazzjoni bl-iskop ta' reċiklaċċ.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38629 Data:
Seduta Numru:874 - 24/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Pulizija - Każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account
L-Onorevoli MICHAEL ASCIAK
staqsa lill-Onorevoli
Minħabba l-inkonvenjenza fil-każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account, tista' sseħħ emenda fil-kodiċi ċivili sabiex fil-każ imsemmi fuq, il-joint account ma jinżammx?
Tweġiba:
Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jemenda l-liġi fis-sens indikat fil-mistoqsija iżda qabel kollox irid jara l-veduti tal-banek kummerċjali.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38548 Data:
Seduta Numru:869 - 11/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Floriana - Għassa tal-pulizija
L-Onorevoli JEAN
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):
Kemm-il jum jirriżulta li nfetħet l-għassa tal-pulizija fil-Floriana matul Jannar 2003?
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi matul Jannar 2003 dejjem kien hemm kuntistabbli, u drabi anke surġent, dettaljat fl-Għassa imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu, jista` jkun hemm drabi fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-pulizija li jkunu għassa joħorġu fuq xogħol, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq f`dawk il-ħinijiet.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38393 Data:
Seduta Numru:864 - 04/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju - Infiq ta' flus
L-Onorevoli EVARIST BARTOLO
staqsa lill-Onorevoli LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni):
X'passi ħa l-Ministeru biex jirregolarizza l-kontijiet minfuqa fuq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju li ġibed l-attenzjoni għalihom l-Awditur Nazzjonali fl-aħħar rapport tiegħu?
Tweġiba:
Informat li d-Dipartiment tal-Kultura ħa l-passi indikati kif ġej:
L-erba' ħlasijiet doppji li ħarġu lill-kuntratturi privati li ħadmu fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju ġew mgħarrfa b'ittra uffiċjali u ntalbu jroddu lura l-flus fi żmien stipulat mill-liġi.
Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni u l-Kummissarju tad-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ġew mgħarrfa bil-ħlasijiet kollha li ngħataw lill-individwi u kumpaniji li wettqu xogħol varju fiċ-ċelebrarzzjonijiet tal-millennju.
Ingħata rendikont lill-Uffiċċju ta' l-Awditur dwar l-assi li kienu fi ħdan il-Kumitat taċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38536 Data:
Seduta Numru:870 - 12/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Passive smoking - Studju
L-Onorevoli CARMELO ABELA
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):
Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx sar xi studju dwar l-effetti ta' tipjip (passive smoking) f'Malta? Jekk fl-affermattiv jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Tweġiba:
Infurmat li studji epidemjoloġiċi ta' din ix-xeħta qatt ma saru hawn
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38532 Data:
Seduta Numru:869 - 11/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Pulizija
L-Onorevoli CARMELO ABELA
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' membri fil-korp tal-pulizija bħalissa? Kemm minnhom għandhom aktar
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,790 membru fil-Korp tal-Pulizija. Minn dawn hemm 154 li fil-preżent għandhom 25 sena servizz, filwaqt li hemm 3 kuntistabbli oħra li matul din is-sena ser jagħlqu l-eta` ta` l-irtirar.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38074 Data:
Seduta Numru:853 - 20/01/2003
Seduta Interim:
Titlu: Ċimiterji
L-Onorevoli SILVIO PARNIS
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċimiterji ġewwa
Tweġiba:
Infurmat li f'Malta, hawn ħdax-il Ċimiterju tal-Gvern, f'Għawdex hemm tnejn, waqt li f'Kemmuna m'hemm l-ebda ċimiterju tal-Gvern.
Dawk f'Malta jinsabu fil-lokalitajiet segwenti-
Mosta, Mellieħa, Raħal Ġdid (Addolortata), Mġarr, Burmarrad, Pieta' (Ta' Braxia), Qormi,
Ta' Għawdex jinsabu fix-Xewkija w
Iċ-Ċimiterji tal-lokalitajiet segwenti m'humiex jintużaw preżentement-
F'Malta-Kalkara, parti
F'Għawdex iċ-Ċimiterju ta' l-Għonq fil-Victoria.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li oltre
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38537 Data:
Seduta Numru:868 - 11/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Permessi - Karozzi/Ħġieġ skur
L-Onorevoli FRANCIS AGIUS
staqsa lill-Onorevoli ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni):
Jista' il-Ministru jgħid jekk jinħarġux xi permessi fuq karozzi li jkollhom ħġieġ skur biex ikunu permessi li jinsaqu fit-toroq?
Tweġiba:
Jiena nfurmat li d-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet joħroġ permessi għall-ħġieġ light tint biss. Dawn jinħarġu bil-kundizzjoni li bl-ebda' mod dan it-tip ta' ħġieġ ma jkun qed irendi l-karozza inqas safe u li s-sewwieq ikun jista' jara dak kollu li hemm madwaru mingħajr xkiel.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38701 Data:
Seduta Numru:875 - 25/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Sptar Mater Dei - Ħsarat fil-bini
L-Onorevoli CHRIS AGIUS
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-pilastri tal-basement ta' Blokk D tal-isptar Mater Dei għandhom xi ħsarat u qed iċedu?
Tweġiba:
Infurmat li mhux minnu li xi pilastru ta' Block D fl-isptar Mater Dei se jċedi jew għandu xi forma ta' ħsara.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38816 Data:
Seduta Numru:874 - 24/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Żebbuġ - Triq il-Kandlora
L-Onorevoli GAVIN GULIA
staqsa lill-Onorevoli ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni):
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac triq ġdida fi Triq il-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ, liema triq għalkemm hija sekondarja għadha ma tistax tinħadem mill-kunsill lokali għaliex għadhom ma sarux l-ewwel servizzi?
Tweġiba:
Jien infurmat li l-Aworita' dwar it-Trasport qegħda tħejji program għal asfaltar ta' diversi toroq madwar
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38692 Data:
Seduta Numru:875 - 25/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Vapuri tal-gwerra
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin):
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra f'Malta is-sena li għaddiet? X'tip kienu u ta' liema Nazzjon?
Tweġiba:
In-numru ta' vapuri tal-gwerra li ngħataw permess biex jidħlu
L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda spjegata fuq id-dokument anness.
4 of 4
FLAG VESSEL NAME CLASS VISIT
1
2 Canada HMCS Toronto Patrol frigate 28-31/01/02
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24 Italy Corsaro II Training ship 01-22/07/02
25 Italy Libra Patrol vessel 08-13/09/02
26
27
28
29
30
31
32
33
34
35 Polish OPR "Kontradmiral Xawery Czernicki"
Peace
Freedom" 24-25/07/02
36
37
38
39
40
41
42
43
44
45
46 UK HMS Norfolk Duke dass frigate 12-17/04/02
47 UK HMS Ark Royal Aircraft carrier 26-30/09/02
48
49
50
51
52 USA USNS Apache Fleet ocean tug 18-13/01/02
53
54
55 USA USNS Apache Fleet ocean tug 15/02-06/03/02
56
57
58
59 USA USS Bataan Aircraft carrier 25-29/03/02
60
61
62
63 USA USNS Sirius Stores ship 14-17/05/02
64
65 USA USS Apache Fleet ocean tug 13-22/06/02
66
67
68
69
29/08/02-3/09/02
70
71
72 USA USS Apache Fleet ocean tug 1-17/09/02
73
74
75 USA USS Tortuga Ferry class 11-15/10/02
76 USA Grasp Salvage ship 11-14/11/02
77
78
79
80
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38728 Data:
Seduta Numru:875 - 25/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Gwardjani lokali - Ċitazzjonijiet
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli
Tweġiba:
In-numru totali ta` taħrikiet li ngħataw f`
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37845 Data:
Seduta Numru:844 - 13/01/2003
Seduta Interim:
Titlu: Sptar San Luqa
L-Onorevoli CHARLES BUHAGIAR
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa rikorrenti għal kull sena għat-tħaddim ta' l-Isptar San Luqa?
Jista' jgħid kemm hi stmata n-nefqa rikorrenti għall-Isptar Mater Dei?
Tweġiba:
Ninsab infurmat li:
1. In-nefqa rikorrenti għat-tħaddim ta' l-Isptar San Luqa għas-sena 2003 hija stmata li tkun ta' LM29,496,350.
2. In-nefqa rikorrenti għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2003 hija stmata li tkun ta' LM800,000.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38700 Data:
Seduta Numru:874 - 24/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Sptar Mater Dei - Bricks
L-Onorevoli CHRIS AGIUS
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):
Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-bricks li tneħħew mid-diviżorji ta' ċerti blokki tal-isptar Mater Dei?
Tweġiba:
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38016 Data:
Seduta Numru:854 - 21/01/2003
Seduta Interim:
Titlu: San Ġiljan - Żagħżagħ/alkoħol
L-Onorevoli CARMELO ABELA
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):
Jista' il-Ministru għalkemm fi tweġiba preċedenti ta' ftit xhur ilu qal li qed ikun hemm sorveljanza fl-inħawi ta' fuq ta' St. George' Road f'San Ġiljan fejn qed ikun hemm ħwienet (mhux bars) li qed ibiegħu nbid u xorb alkoħoliku ieħor liż-żagħżagħ anke taħt l-eta', jgħid kemm-il darba nqabdu dawn il-ħwienet ibiegħu dan l-alkoħol? Jista' il-Ministru jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji peress li għandi lmenti li l-playing fields faċċata ta' dawn il-ħwienet qed tkun mimlija żagħżagħ jixorbu l-alkoħol u li l-Ħadd filgħodu dan il-post ikun mimli fliexken vojta speċjalment ta' l-inbid?
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 ma kienx hemm okkazzjonijiet fejn irrizulta illi l-hwienet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant bieghu inbid, birra jew likuri spirituzi lil persuna taht sittax-il sena. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tkompli taghmel sorveljanza fl-inhawi msemmija.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:38817 Data:
Seduta Numru:875 - 25/02/2003
Seduta Interim:
Titlu: Anzjani - Day centres
L-Onorevoli JEAN
staqsa lill-Onorevoli
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet hemm miftuħa ċentri għal matul il-jum għall-anzjani? F'liema ġranet u ħinijiet dawn ikunu miftuħa? Kemm jattendu anzjani f'kull ċentru? Hemm xi ftehim dwar dawn iċ-ċentri ma' kunsilli lokali? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-ftehim?
Tweġiba:
Il-lum id-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' qed jopera 13 il-Ċentru ta' Matul il-Jum. Dawn jinsabu ż-Żejtun, il-Ħamrun, Ħal-Qormi, Ħad-Dingli, tas-Sliema, iż-Żurrieq, Bormla, Ħal-Luqa, l-Imtarfa, B'Kara, San Pawl il-Baħar, B'Buġia, u Mosta. Dawn iċ-ċentri huma elenkati skond id-data tal-ftuħ tagħhom. Kull wieħed
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37513 Data:
Seduta Numru:838 - 16/12/2002
Seduta Interim:
Titlu: Qorti - Moħqrija ta' l-annimali
L-Onorevoli NOEL FARRUGIA
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):
Kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-qorti fuq moħqrija fuq l-annimali matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
1998 1999 2000 2001 2002*
5 6 15 11 29
*sal-30/11/02
L-Onor. Interpellant jiehu gost jinnota li l-prosekuzzjonijiet dwar mohrija ta' l-annimali zdied b'sitt darbiet f'dawn l-ahhar erba' snin.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37477 Data:
Seduta Numru:830 - 09/12/2002
Seduta Interim:
Titlu: Bieb il-Bombi - Poster
L-Onorevoli CHARLES BUHAGIAR
staqsa lill-Onorevoli FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura):
Jista' il-Ministru jgħid min kien responsabli għal-printing tal-poster kbir li twaħħal ma Bieb il-Bombi? Kemm ġie jiswa dan il-posteri?
Tweġiba:
Ninsab infurmat li x-xogħol tal-printing tal-poster imsemmi ġie mogħti lil 'The Fotografer' tal-Fgura għas-somma globali ta' Lm7,486 wara sejħa għal offerti (tender) li saret għal dan l-iskop.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37586 Data:
Seduta Numru:840 - 17/12/2002
Seduta Interim:
Titlu: WSC - Servizzi tad-dawl u l-ilma
L-Onorevoli NOEL FARRUGIA
staqsa lill-Onorevoli JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi):
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa uffiċjali għall-applikzzjoni ġdida tas-servizzi tad-dawl u ilma fil-mument? Kemm ingħataw servizzi ġodda matul din is-sena?
Tweġiba:
Jiena nfurmat li t-tariffi sabiex jingħata servizz ġdid ta' l-ilma hija ta' Lm70 għal dar u Lm35 għal flat sa distanza ta' 7 metri fiż-żewġ każi. Jekk id-distanza tkun itwal
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37308 Data:
Seduta Numru:823 - 02/12/2002
Seduta Interim:
Titlu: Mediċini - Spiżerija tal-isptar San Luqa
L-Onorevoli JEAN
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):
Jistgħu residenti li joqodu fil-viċinanzi ta' l-isptar San Luqa iżda mhux neċessarjament f'Tal-Pieta' (eż. Ħamrun partikolarment Blata l-Bajda), jingħataw il-possibilita' li jiġbru l-mediċini mill-ispiżerija tal-isptar San Luqa stess?
Tweġiba:
Ir-risposta hija fin-negattiv.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37301 Data:
Seduta Numru:824 - 03/12/2002
Seduta Interim:
Titlu: Ministeru tal-Finanzi - Karozzi Ġodda
L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI
staqsa lill-Onorevoli JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi):
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistqsija parlamentari numru 37131?
Tweġiba:
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-karozzi ġodda li nxtraw fid-dekasteru tiegħi huma kif ġej:
Post Użu Marka Prezz LM
Ministeru Direttur Ġenerali
Direttur Skoda Octavia 5,390
Direttur Opel Astra 7,000 (taxxa tar-reġistrazzjoni nkluża)
VAT Direttur Ġenerali Ford Focus 4,863
Diretturi (2) VW Bora 5,220 - il-waħda
Taxxi Interni Direttur
Direttur Citroen Xsara 4,850
Direttur Citroen Xsara 4,830
Użu Ġenerali VW Polo Classic 4,850
Kuntratti Direttur Ġenerali
Teżor Direttur VW Bora 5,100
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37265 Data:
Seduta Numru:823 - 02/12/2002
Seduta Interim:
Titlu: Karozza ta' l-Elettriku
L-Onorevoli RITA LAW
staqsiet lill-Onorevoli ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni):
Jista' l-Ministru jinformana kemm għandna karozzi liċenzjati jaħdmu bl-elettriku? Kemm hu n-numru ta' dawk il-karozzi reġistrati li jaħdmu bil-batterija?
Tweġiba:
Jiena nfurmat li n-numru ta' karozzi liċenzjati li jaħdmu bl-elettriku hu :
Elettriku / Petrol (Hybrid) : 11
Elettriku: 1.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37244 Data:
Seduta Numru:823 - 02/12/2002
Seduta Interim:
Titlu: Servizzi Ekonomiċi - Karozzi Ġodda
L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI
staqsa lill-Onorevoli JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi):
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 37125, jista' l-Ministru jgħati d-dettalji mitluba fir-rigward tal-Ministeru u s-segretarjat parlamentari li jaqgħu taħtu kif ukoll tac-chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Tweġiba:
Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs ma inxtrawx karozzi ġodda sabiex jintużaw mill-Personnel tas-Segretarjat Privat tiegħi jew dawk tas-Segretarjat Privat taż-żewġ Segretarji Parlamentari. L-informazzjoni mitluba fil-konfront ta' Diretturi ta' Dipartimenti u Chairman ta' azjendi li jagħmlu parti mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi hija kif ġej:
Toyota Corolla mixtrija Lm5,800 użatha mid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Politika Ekonomika.
Toyota Corolla mixtrija Lm5,820 użatha mid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Kummerċ.
Ford Focus mixtrija Lm4,860 użatha mid-Direttur tad-Direttorat għas-Servizzi tal-Kummerċ.
Ford Focus mixtrija Lm7,020 użatha mid-Direttur tal-Policy & Regulatory Services Directorate.
Toyota Corolla mixtrija Lm8,500 użatha mill-Kap Eżekuttiv ta' l-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards.
Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Standardizzazzjoni) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards.
Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Oġġetti għall-Konsum u għall-Industrija) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards.
Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Oġġetti ta' l-Ikel, Kimiċi u Kosmetiċi) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards.
Citroen Picasso mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Metroloġija) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards.
Honda Accord mixtrija Lm6,910 użatha mis-Segretarju Permanenti.
Ford Focus mixtrija Lm4,963 użatha mid-Direttur tar-Review fil-Ministeru.
Hyundai Accent mixtrija Lm5,782 użatha miċ-Chairperson ta' l-Awtorita' Maltija ta' l-Istatistika.
Ford Focus mixtrija Lm4,860 użatha mid-Direttur (Operations) fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni.
Volkswagon Bora mixtrija Lm9,000 użatha miċ-Chairman ta' l-IPSE
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37134 Data:
Seduta Numru:819 - 26/11/2002
Seduta Interim:
Titlu: Ministeru għall-Affarijiet Barranin - Karozzi ġodda
L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI
staqsa lill-Onorevoli JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin):
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid
Tweġiba:
B'risposta għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant, qed nagħti l-informazzjoni mitluba kif tidher hawn taħt:
Sezzjoni Marka Prezz
Segretarju Permanenti Ford Focus LM6,322.00
Direttur Servizzi Korporattivi Citroen Xsara LM4,480.00
Ambaxxatur,
Ambaxxatur,
Ambaxxatur,
*L-Ambaxxatur għadu ma ħax pussess tal-karozza għax għad iridu jiġu pprovduti n-numru tagħha.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37132 Data:
Seduta Numru:819 - 26/11/2002
Seduta Interim:823 02/12/2002
Titlu: Ministeru tas-Saħħa - Karozzi ġodda
L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid
Tweġiba:
Infurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs inxtraw għaxar vetturi. Dettalji jinsabu fit-tabella hawn taħt.
Karozza u Marka Min juża l-karozza Valur (LM)
Ford Focus Direttur, Office of Review 4,860
Ford Focus Direttur, Policy & Planning 4,860
Jaguar Ministeru 13,800
Peugeot Partner Ministeru 4,542
Nissan Vanette Dipartiment tas-Saħħa Pubblika 6,763
Subaru Sambar Dipartiment tas-Saħħa Pubblika 4,150
Subaru Sambar Dipartiment tas-Saħħa Pubblika 4,150
Renault Megane Direttur Institutional Health 5,555
Citroen C5 Kap Eżekuttiv, Sptar Mater Dei 11,115
Citroen C5 Kap Eżekuttiv, Sptar Monte Carmeli 11,615
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37129 Data:
Seduta Numru:818 - 25/11/2002
Seduta Interim:0
Titlu: Ministeru ħal-Għawdex - Karozzi ġodda
L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI
staqsa lill-Onorevoli GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex):
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid
Tweġiba:
Jiena nfurmata li matul dawn laħħar sena u nofs ilMinisteru għal Għawdex xtara żewġ karozzi. Waħda
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37128 Data:
Seduta Numru:818 - 25/11/2002
Seduta Interim:
Titlu: Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni - Karozzi ġodda
L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI
staqsa lill-Onorevoli ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni):
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid
Tweġiba:
Jien infurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs inxtraw dawn il-karozzi:
Awtorita' Marittima ta'
Volkswagen Bora li kienet tiswa Lm7,341. Inxtrat f'Mejju u tintuża mit-Technical Manager.
Ford Focus li kienet tiswa Lm5,675. Inxtrat f'Ottubru 2001 u tintuża mill-Harbour Master.
Renault Megane li kienet tiswa Lm5,410. Inxtrat f'Ottubru 2001 u tintuża mil-IS Manager.
Nissan Pickup li kienet tiswa LM9,292. Din inxtrat f'Novembru 2001 u tintuża għal użu ġenerali għall-Maintenance Department, Ports.
Awtorita' ta'
Volkswagen Bora li kienet tiswa LM11,200. Din il-karozza inxtrat f'Lulju 2001 u tintuża mic-Chairman ta' l-Awtorita'.
Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni
Matul dawn l-aħħar sena u nofs l-unika karozza mixtrija kienet Skoda IBG072 li kienet tiswa LM5485. Din il-karozza tiġi wżata mid-Director Office of Review.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37126 Data:
Seduta Numru:818 - 25/11/2002
Seduta Interim:
Titlu: Ministeru tal-Biedja u Sajd - Xiri ta' karozzi
L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI
staqsa lill-Onorevoli NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd):
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid
Tweġiba:
Jien infurmat li matul l-aħħar sena u nofs inxtraw mill-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu sitt vetturi ġodda kif ġej:
Marka Data tar-Reġistrazzjoni Ammont imħallas għall-karrozza Min juża l-karrozza
Citroen 'Picasso'
Opel 'Astra'
Citroen 'Picasso'
Honda 'Accord'
Tata 'Safari'
Renault 'Megane Classic' (Diesel)
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:37119 Data:
Seduta Numru:818 - 25/11/2002
Seduta Interim:
Titlu: Air
L-Onorevoli MARIO GALEA
staqsa lill-Onorevoli JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi):
Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36918?
Tweġiba:
Jiena nfurmat li l-inkjesta li saret mill-Air Malta dwar l-inċident tat-13 ta' Ottubru 2002 meta ajruplan AMC455 tal-kumpanija lokali niżel madwar tlitt mitt pied f'daqqa, stabbiliet li dan l-inċident seħħ meta ajruplan Boeing 747 tal-kumpanija Egypt Air ingħata l-clearance mill-awtoritajiet Taljani biex jitla' mal-livell ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta mingħajr is-separazzjoni laterali meħtieġa.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:36940 Data:
Seduta Numru:821 - 27/11/2002
Seduta Interim:
Titlu: NTOM - Salarji tad-diretturi
L-Onorevoli NOEL FARRUGIA
staqsa lill-Onorevoli MICHAEL REFALO (Ministru tat-Turiżmu):
Jista' l-Ministru tat-Turiżmu jgħid għal kull belt fl-Ewropa fejn għandu uffiċju tal-NTOM, kemm jaqla' fis-sena (2002) id-direttur ta' kull uffiċċju f'salarju u allowances b'kollox?
Tweġiba:
Peress li l-NTOM ġiet xolta beffett mill-31 ta Awissu, 1999, nippreżumi li l-Onor. Membru qed jirreferi għall-uffiċini u d-diretturi ta l-MTA. Għalhekk, qed nagħti l-informazzjoni kif mogħtija lili mill-MTA. Is-salarju u l-allowances, tad-diretturi ta l-Awtorita ta
LM
Russja 36,341
Italja 26,759
Ingilterra 34,676
Olanda 28,240
Ġermanja 30,909
Franza 29,876
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:36637 Data:
Seduta Numru:812 - 11/11/2002
Seduta Interim:
Titlu: Pulizija - Ex-membri tad-dejma
L-Onorevoli MARIE LOUISE COLEIRO
staqsiet lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm, jew hemmx, membri tal-korp tal-pulizija li huma ex-membri tad-dejma? Is-servizz fi żmien li kienu fil-korp tad-dejma se jgħodd mal-25 sena servizz?
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 17-il membru tal-Korp tal-Pulizija li qabel kienu membri tad-Dejma. Infurmat ukoll illi dak il-perijodu ta` żmien li huma kienu qed iservu mal-Korp tal-Pulizija qabel ma ingaġġaw fil-Korp tal-Pulizija jgħodd mal-25 sena servizz.
Leġislatura IX Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:36523 Data:
Seduta Numru:821 - 27/11/2002
Seduta Interim:
Titlu: Pulizija
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):
Billi kullħadd jaf illi ġo bajja li hemm bejn il-Ġnejna u l-bajja ta' Għajn Tuffieħa qed ikun hemm ħafna persuni jgħumu mingħajr malji u anki qed isiru ħafna attijiet oxxeni u ndiċenti, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni din is-sena fuq dan l-abbuż lampanti?
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm żewġ persuni li tressqu quddiem il-Qorti fuq akkużi li neżgħu għarwenien jew ma kienux lebsin xieraq fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:11118 Data:
Seduta Numru:243 - 01/03/2005
Seduta Interim:262 03/05/2005
Titlu: Birkirkara -
L-Onorevoli GAVIN GULIA
staqsa lill-Onorevoli
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ilma tad-drenaġġ ilu jiskula
Tweġiba:
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija konxja mill-problemi ta' drenaġġ ġewwa
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:10467 Data:
Seduta Numru:232 - 07/02/2005
Seduta Interim:262 03/05/2005
Titlu: Tarzna - Ħaddiema barranin
L-Onorevoli JOSE' HERRERA
staqsa lill-Onorevoli
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm barranin preżentament jaħdmu fit-tarzna? Jista' jagħti dettalji opportuni?
Tweġiba:
Jiena nfurmat li bħalissa fit-tarzna hemm tliet barranin fi gradi maniġerjali b'kuntratt definit. Hemm ukoll, 28 Pollakk fi gradi industrijali fuq bażi temporanja.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:12078 Data:
Seduta Numru:261 - 02/05/2005
Seduta Interim:
Titlu: Sptar San Luqa - Social cases
L-Onorevoli KARL CHIRCOP
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm social cases rikoverati fis-swali ta' l-isptar San Luqa bħalissa? X'inhi r-raġuni li ċerti każi li jkollhom bżonn ta' trattament akut li jkunu ddaħħlu bih mid-dipartiment ta' l-emerġenza, qed jitqiesu bħala social cases mill-ewwel ġurnata li jkunu ddaħħlu l-isptar għall-finijiet ta' tnaqqis mill-pensjoni tagħhom?
Tweġiba:
Ninsab infurmat li s-Social Cases rikoverati fis-swali ta' l-Isptar San Luqa bħalissa (
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:11827 Data:
Seduta Numru:260 - 27/04/2005
Seduta Interim:
Titlu: Pulizija - Fenek li ġie mqaxxar ħaj
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):
Billi skond il-gazzetti ġewwa ħanut f'Ħaż-Żabbar allegatament ġie mqaxxar fenek waqt li kien għadu ħaj, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija?
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda rapport dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Pero'
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:12051 Data:
Seduta Numru:259 - 26/04/2005
Seduta Interim:
Titlu: Dipartiment tas-Saħħa - Pilloli tal-qalb
L-Onorevoli FRANCO GALEA
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-pilloli tal-qalb Vastarel humiex out of stock? Jekk dan huwa minnu, meta se jkun hemm kunsinna oħra? Il-għala spiċċaw out of stock? Hemm pilloli alternattivi f'każ ta' ħtieġa?
Tweġiba:
Ninsab infurmat li l-pilloli Trimetazidine Hydrochloride 20mg huma out of stock. Il-kunsinna li jmiss għandha tasal Malta sa l-aħħar ta' dan ix-xahar.
Il-konsum ta' din il-mediċina kien diġa żdied b'wieħed u tletin fil-mija bejn is-sena 2003 u 2004. Fl-ewwel xahar ta' din is-sena s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern kienu diġa ħarġu ħamsa u għoxrin fil-mija tal-konsum tal-2004 lill-klijenti tagħhom minħabba li l-konsum baqa' dejjem tiela'. Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ma jaħżinx mediċini oħra f'din l-istess kategorija.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:11286 Data:
Seduta Numru:259 - 26/04/2005
Seduta Interim:
Titlu: Affarijiet Barranin - Kiri ta' karozzi
L-Onorevoli NOEL FARRUGIA
staqsa lill-Onorevoli MICHAEL FRENDO (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin):
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10577, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom? Jista' jagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?
Tweġiba:
Matul l-2004 inxtrat karozza waħda ġdida għall-u]u fil-Ministeru u ħamsa għall-Ambaxxati u/jew Konsolati. In-nefqa tammonta għal Lm 68,367. Dan il-Ministeru għandu 62 vettura li 35 minnhom jintu]aw fl-Ambaxxati u/jew Konsolati, filwaqt li 6 vetturi oħra huma beyond economical repair u qegħdin fil-proċess li jinbiegħu jew jiġu scrapped.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:11333 Data:
Seduta Numru:250 - 16/03/2005
Seduta Interim:
Titlu: Tas-Sliema - Chalet
L-Onorevoli STEFAN BUONTEMPO
staqsa lill-Onorevoli JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq):
Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-Chalet ta' Tas-Sliema hux se jiġi żviluppat?
Tweġiba:
Ninsab infurmat li bħalissa l-iżvilupp fuq ix-Chalet ta Tas-Sliema għaddej mill-aħħar fażi ta deċiżjonijiet fuq il-permess li huwa marbut ma l-EIA li ġie kummissjonat mill-MEPA.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:10948 Data:
Seduta Numru:243 - 01/03/2005
Seduta Interim:
Titlu: ETC - Karozza Alfa Romeo
L-Onorevoli CHRIS AGIUS
staqsa lill-Onorevoli LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi):
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li karozza Alfa Romeo proprjeta' tal-ETC se tinbiegħ? Kif se jsir dan il-bejgħ? Kemm inxtrat din il-karozza u meta?
Tweġiba:
Ninsab informat li l-Bord ta' l-ETC iddeċida li jbiegħ il-karozza msemmija li nxtrat sitt snin ilu bil-prezz ta' Lm8203 għall-prezz ta' Lm3400 li jirrepreżenta il-valur deprezzat fuq il-kotba ta' l-ETC.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:11046 Data:
Seduta Numru:242 - 28/02/2005
Seduta Interim:
Titlu: Tribunal għall-Investigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji
L-Onorevoli JOSE' HERRERA
staqsa lill-Onorevoli
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġie kkundannat iħallas komplessivament il-gvern in linea ta' danni mit-tribunal għall-investigazzjonijet ta' l-inġustizzji? Jista' jgħid kemm hemm sentenzi mogħtija
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi l-Gvern sal-lum ħallas l-ammont ta Lm511,297.33 li minnhom Lm385,191.61 ingħataw fKumpens li jinkludi Lm201.11 briżultat ta Amicable Settlement u Lm126,105.72 ingħataw fArretrati. In-numru ta sentenzi mgħotija
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:12208 Data:
Seduta Numru:266 - 11/05/2005
Seduta Interim:
Titlu: Kunsill Mediku - Tobba barranin
L-Onorevoli SILVIO PARNIS
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):
Jista' il-Ministru jgħid
Tweġiba:
Ninsab infurmat li
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:11894 Data:
Seduta Numru:265 - 10/05/2005
Seduta Interim:
Titlu: Pulizija - Membri
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew membri tal-korp tal-pulizija kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex? Kemm telqu
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 10 membri li tkeċċew mill-Korp tal-Pulizija wara li kienu nstabu ħatja ta' reati kriminali, filwaqt li 6 oħra tneħħew fl-interess pubbliku.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:13138 Data:
Seduta Numru:281 - 20/06/2005
Seduta Interim:
Titlu: Shelters tal-gwerra
L-Onorevoli FRANCO GALEA
staqsa lill-Onorevoli GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent):
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-MEPA dwar shelters tal-gwerra li jinsabu fi proprjetajiet privati - speċjalment fejn hemm urban conservation zones? X'inhi l-pożizzjoni f'każi fejn dawn jistgħu jiġu meqruda fi żvilupp? Jikkonsidra l-Ministru li dawn ix-shelters għandhom jiġu mħarsa billi aktar ma jgħaddi ż-żmien, inqas hemm każi ta' shelters intatti u aktar ikollhom valur storiku?
Tweġiba:
Ix-Xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija llum għandhom 65 sena u għalhekk jikkwalifikaw bħala antikitajiet għall-iskop tal-liġijiet Maltin permezz ta' Artiklu 3 ta' l-Att dwar il-Wirt Kulturali 2002 (qabel magħrufa bħala l-Att dwar il Protezzjoni ta' l-Antikitajiet, 1925), irrispettivament fejn jinstabu. F'każijiet ta' sejbien ta' xelters waqt żvilupp, anke f'propjeta' privata, l-Awtorità ta
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:13010 Data:
Seduta Numru:281 - 20/06/2005
Seduta Interim:
Titlu: Importazzjoni ta' armi
L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impurtati armi f'dawn l-aħħar sitt xhur u li ma kienux snieter jew air guns?
Jista' jgħid min kellu l-permess li jimpurtahom u x'kalibru u kwalita' kienu?
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta Jannar u s-16 ta Ġunju ta l-2005 ġew importati 214 arma, kif jidher hawn taħt:
Carbine 3 Persussion Muskett 5 Rifle 65
Dagger 1 Pistol 61 Flintlock Muskett 12
Sub machine gun 1 Harpoon 40 Revolver 20
Flintlock Pistol 2 Bayonette 2 Knife 1
Sword 1
Ma nħossx illi tagħrif personali dwar l-importaturi għandu jkun ippublikat. Dwar armi li m'humiex snieter tal-kaċċa jew airguns, dawn jiġu importati għax huma antiki jew artistiċi.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:12834 Data:
Seduta Numru:279 - 14/06/2005
Seduta Interim: 281 20/06/2005
Titlu: Fondi lil
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm irċeviet flus
Tweġiba:
Matul il-perjodu ndikat mill-Onorevoli Interpellant,
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:13126 Data:
Seduta Numru:289 - 11/07/2005
Seduta Interim:
Titlu: Korp tal-pulizija - Membri
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pulizija llum u x'rank għandhom? Kemm hemm nisa u irġiel u kemm ilhom fil-korp? Kemm hemm membri li ilhom aktar
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,726 membru fil-Korp tal-Pulizija. Dawn huma mqassma kif ġej:
Irġiel Nisa Aktar
Kummissarju 1 - 1
Deputat Kummissarju 1 - 1
Assistent Kummissarju 9 - 7
Supretendent 20 1 10
Spettur 76 15 9
Surġent Maġġur 1 - 1
Surġent 282 25 49
Kuntistabbli 1,086 209 90
Ma nħossx li tagħrif aktar dettaljat dwar l-operat tal-Korp tal-Pulizija għandu jkun ippublikat.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:15761 Data:
Seduta Numru:338 - 10/01/2006
Seduta Interim:
Titlu: Vapuri tal-gwerra
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni):
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra din is-sena u x'tip kienu?
Tweġiba:
Jien infurmat li fit-2005 in-numru ta' żjarat ta' vapuri navali li daħlu Malta kien ta' 31 li kienu 11 frigati, 1 Landing Ship, 1 Cruiser, 6 Destroyer, 3 Training Ship,1 Submarine, 1 Corvett, 2 Auxiliary Ship, 1 Salvage Boat, 2 Assault Ship, 1 Oceangraphic u 1 Support vessel.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:17976 Data:
Seduta Numru:371 - 28/03/2006
Seduta Interim:
Titlu: Green Wardens
L-Onorevoli CHARLES BUHAGIAR
staqsa lill-Onorevoli GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent):
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-green wardens pajżana għandhomx xi forma ta' identity card li jridu juru lil persuna qabel ma jħarrku lill-istess persuna? Jaf il-Ministru li hemm
Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Green Wardens għandhom identity card maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija, u din irridu jippreżentawha meta jħarku xi persuna. Irrid ngħid li jista' jkun hemm xi każijiet fejn il-persuna li tkun qed twettaq ir-rejat ma tobdix l-ordni tal-Green Warden, u tibqa' għaddejja. Għalhekk, f'każijiet bħal dawn, il-gwardjan ma jkunx jista' juri l-identity card. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, irid jingħad li l-green wardens huma impjegati ta' żewġ aġenziji prinċipali li joffru dan is-servizz.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:18314 Data:
Seduta Numru:378 - 26/04/2006
Seduta Interim:
Titlu: Sptarijiet - Operazzjonijiet
L-Onorevoli LEO BRINCAT
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16428, 17109 u 17529 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Tweġiba:
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġejja hawn taħt:
Dipartiment Numru ta' Pazjenti L-iktar Stennija
Kirurġija Ġenerali 1595 Sentejn u nofs
Uroloġija 420 Ħdax-il xahar
Newrokirurġija 19 Xahrejn
Kirurġija Plastika 136 Sena u nofs
Kirurġija tat-tfal 246 Tmien xhur
ENT 296 Ħames xhur
Ġinekoloġija 369 Tliet xhur
Oftalmoloġija 3570 Sentejn u nofs
Ortopedija 6650 Erba' snin
Kirurġija tal-Qalb 25 Sitt ġimgħat
Dentistrija 52 Tliet xhur
Nixtieq inżid li l-emerġenzi jsiru minnufih u l-urġenti f'qasir żmien. L-operazzjonijiet iż-żgħar u mhux urġenti jsiru meta jkun hemm ħin għalihom. Għalkemm l-iktar żmien ta' stennija huwa ndikat, dan jiddependi skond id-domanda għall-Konsulenti partikolari. Nixtieq ngħid ukoll li fix-xhur tax-xitwa l-operazzjonijiet mhux urġenti jitnaqsu minħabba s-sitwazzjoni tas-sodod fl-Isptar San Luqa.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:19519 Data:
Seduta Numru:395 - 12/06/2006
Seduta Interim:
Titlu: Eurovision Song Festival
L-Onorevoli EVARIST BARTOLO
staqsa lill-Onorevoli FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura):
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19368 u 19421 u jgħid kemm ġie jiswa l-festival fejn intagħżlet il-kanzunetta Maltija għall-Eurovision 2006? Kemm nefaq
Tweġiba:
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella (A) li turi l-infieq u d-dħul marbut mal-Festival Kanzunetta Maltija għall-Europa u l-parteċipazzjoni ta'
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:18934 Data:
Seduta Numru:395 - 12/06/2006
Seduta Interim:
Titlu: Vetturi clamped u towed away
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew clamped u towed away veikoli s-sena l-oħra u minfejn? Kemm minnhom kienu tal-kiri?
Tweġiba:
Għal dak li jirrigwardja l-Kunsill Lokali ninsab infurmat illi fis-sena 2005 ma ġiet ikklampjata l-ebda vettura, filwaqt illi 355 il-vettura ġiet irmonkata (towed).
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 20902 Data:
Seduta Numru: 437 - 11/10/2006
Seduta Interim:
Titlu: Ajruplani tal-gwerra
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli MICHAEL FRENDO (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin):
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu ajruplani tal-gwerra fl-ispazju ta' l-ajru Malti din is-sena? Ta' liema nazzjonalita' kienu u kemm
Tweġiba:
Matul din is-sena kien hemm total ta 313 ajruplan militari li daħlu fl-ispazju ta l-ajru Malti u minnhom 102 niżlu
In-nazzjonalitajiet kienu varji, u cioe` : Italy, USA, France, Tunis, Algeria, Libya, China, Serb/Mont, Germany, Russia, Macedonia, Turkmenistan, Greece, Mozambique, Spain, UAE, Gabon, Oman, UK, Canada, Uruguay, Brazil, Ethopia, Netherlands, Croatia, Pakistan, Serbia, Saudi Arabia, Kazakhstan, Portugal, Botswana, Turkey, Bulgaria, Sudan, South Africa, Poland, Morocco, Sweden, United Nations, Egypt, Denmark, Philipinnes, Switzerland, Colombia, Syria, Venezuela, Mali, Ireland, Rep Of Korea, Luxembourg, Angola.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 20483 Data:
Seduta Numru: 433 - 03/10/2006
Seduta Interim:
Titlu: Importazzjoni ta' Armi tan-Nar
L-Onorevoli CHRIS CARDONA
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew importati armi tan-nar din is-sena s'issa u x'tip kienu?
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta Jannar u t-12 ta Settembru 2006 ġew importati 1,847 armi tan-nar, kif jidher hawn taħt:
Pin fire revolver 3 Matchlock pistol 10
Machine gun 3 Air pistol 95
Air rifle 366 Mortar 1
Sub machine gun 1 Carbine 10
Matchlock musket 10 Percussion cap pistol 3
Muzzlegun 1 Percussion revolver 2
Flare pistol 3 Pepper box revolver 1
Shotgun 446 Revolver 89
Pistol 379 Flintlock musket 5
Rifle 403 Percussion musket 2
Paintball gun 8 Flintlock pistol 6
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22233 Data:
Seduta Numru: 470 - 27/11/2006
Seduta Interim:
Titlu: Sptar San Luqa - Każi ta' Food Poisoning
L-Onorevoli MICHAEL FARRUGIA
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22088 u jgħid fl-aħħar xahar kemm kien hemm każi ta' food poisoning fl-isptar San Luqa? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm każi ta' food poisoning fuq pazjenti u kemm kien hemm impjegati affettwati? X'kienet il-kawża?
Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-10, 11, 12 ta' Novembru 2006 d-dipartiment tas-Saħħa Pubblika ġie nfurmat li hemm numru ta' pazjenti residenti fl-Isptar San Luqa li kienu qegħdin ibatu b'gastroenterite.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:23186 Data:
Seduta Numru:493 - 12/02/2007
Seduta Interim:
Titlu: Pulizija
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pulizija illum? X'rank għandhom? X'sess għandhom f'kull rank u kemm ilhom fil-korp?
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Rank Fil-preżent Irġiel Nisa Aktar
Kummissarju 1 1 - 1
D/Kumm 1 1 - 1
Ass. Kumm 9 9 - 7
Supt 24 21 3 6
Spettur 80 69 11 8
1/SM 2 2 - 2
2/SM 29 25 4 11
Surġent 301 279 22 28
Kuntistabbli 1,306 1,087 219 83
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru:24358 Data:
Seduta Numru: 505 - 12/03/2007
Seduta Interim:
Titlu: Sptar Mater Dei - Servizz ta' PET Scan
L-Onorevoli JOE MIZZI
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-isptar Mater Dei hux se jkun hemm servizz ta' PET Scan?
Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal issa mhux ser jingħata servizz ta' PET Scan fl-isptar Mater Dei.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 21050 Data:
Seduta Numru:437 - 11/10/2006
Seduta Interim:
Titlu: Sptar Mater Dei
L-Onorevoli CHARLES BUHAGIAR
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi stmata n-nefqa rikorrenti għall-isptar Mater Dei?
Tweġiba:
Ninsab infurmat li l-istima tan-nefqa fuq l-operat tal-Isptar Mater Dei hija ta' Lm4,278,000 fix-xahar. Din iċ-ċifra ma tinkludix l-ispejjez tal-mediċini u l-materjali farmaċewtiċi użati mill-pazjenti.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 28790 Data:
Seduta: 588 - 13/11/2007
Seduta Interim:
Titlu: Ħaddiema barranin
L-Onorevoli LEO BRINCAT
staqsa lill-Onorevoli LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi):
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-net inflow ta' ħaddiema barranin lejn
Tweġiba:
Informat li n-net inflow ta' ħaddiema barranin (jigifieri, id-differenza bejn dawk li nghataw permess ta xoghol u dawk li ma ġġeddidilhomx ilpermess, huma ta' liema nazzjonalita huma) lejn
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 29357 Data:
Seduta: 604 - 08/01/2008
Seduta Interim:
Titlu: Nurses Barranin
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nurses barranin jaħdmu
Tweġiba:
In-numru ta' Nurses ta' nazzjonalita' barranija li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Anzjani u
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 29374 Data:
Seduta: 607 - 15/01/2008
Seduta Interim:
Titlu: Tipjip
L-Onorevoli
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jpejpu f'postijiet projbiti din is-sena?
Tweġiba:
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2007, kien hemm 1,275 persuna li nqabdu mill-pulizija jpejpu f'postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit.
Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 27065 Data:
Seduta: 548 - 09/07/2007
Seduta Interim: 609 21/01/2008
Titlu: Ċerimonja ta' l-isptar
L-Onorevoli MICHAEL FARRUGIA
staqsa lill-Onorevoli
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju, 2007 fl-isptar Mater Dei? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż?
Tweġiba:
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:
· It-tlestija u l-Handling Over ta Sptar Mater Dei
· L-attivitajiet prinċipali kienu: 1). Ċelebrazzjoni dinjituża tat-tlestija ta l-akbar proġett nazzjonali. 2). Eżerċizzju ta familjarizzazjoni permezz ta Open Weekend fejn il-poplu ġie mistieden iżur u jara bgħajnejh dan il-proġett ta sptar state of the art. 3). Eżerċizzju ta Promozzjoni tas-Saħħa fejn ġie organizzat Health Festival biex wara li wieħed ikun ra l-faċilitajiet disponibbli, jiġi mħeġġeġ jieħu ħsieb saħħtu permezz ta mezzi ta prevenzjoni: primarjament billi jiekol ikel bnin, jagħmel eżerċizzju fiżiku, jibża għall-ambjent, jagħmel screening tal-kundizzjonijiet tiegħu u billi jevita dak li jagħmillu l-ħsara.
· L-attivitajiet kienu ta suċċess kbir tant li huwa stmat li 1). Aktar
In-nefqa totali, eskluż il-VAT għal dan il-weekend, kienet ta Lm56,797.48 jew 71 ċenteżmu għal kull persuna li pparteċipat fdawn l-avvenimenti. Il-breakdown ta l-ispejjeż qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 19858 Data:
Seduta: 283 - 11/11/2010
Seduta Interim:
Titlu: ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt - nefqa
L-Onorevoli ANTHONY AGIUS DECELIS
staqsa lill-Onorevoli
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa iċ-ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt u jekk dawn il-flus kenux inklużi mal-istima oriġinali ta' kemm se jiġi jiswa l-proġett innifsu?
Tweġiba:
Ninsab infurmat li ċ-ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt ġiet tiswa' 61,039. Dawn il-flus m'għandhomx x'jaqsmu mal-budget tal-proġett.