Nirringrazzja lil dawk kollha li ddecidew li jaghmlu r-rimarki taghhom fil-guest book, li issa huwa maghluq. Il-guest book inghalaq minhabba l-lingwagg baxx u oxxen li bih certu Nazzjonalisti riedu jizvugaw kontrija u kontra l-Partit Laburista. Huwa mportanti li wiehed ikollu opportunita biex isemma lehnu, wara kollox il-liberta tal-espressjoni hekk tfisser. Minn naha l-ohra mhux sew li wiehed japprofitta ruhu minn dan id-dritt biex jaqa baxx u jiprova jwaqqa baxx lil din il-website u ghalhekk kelli bilfors nezercita xi ftit tal-kontroll fuq dak li nkiteb.
Uhud mill-messaggi li rcevejt u li qieghed nippublika hawn, gew editjati minhabba li fihom kien hemm certu nformazzjoni personali ta' dawk li kitbu li jidhirli jkun ahjar jekk ma tigix ippublikata.
Kulhadd ghandu dritt jesprimi l-fehmiet tieghu u maltapolitics.com taghtik ic-cans li tghid xhinuma l-opinjonijiet tieghek dwar il-politika fMalta u/jew dwar din is-site. Fcerti kazijiet hassejt li kelli nirrispondi ghal xi messaggi u poggejt ir-risposta tieghi ezatt wara l-kummenti ta whud minnkom. Napprezza jekk il-messaggi taghkom ma jkunux twal hafna.