Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

 

 

Ghal min m’huwiex midhla tal-Air Malta forsi ma jafx li ta’ kull xahar, il-kumpanija nazzjonali tal-ajru tohrog magazine li jitqassam b’xejn lil passiggieri li jtiru maghha. Qeghdin nitkellmu fuq mijiet ta’ eluf ta’ nies. Ghal snin shah, l-Air Malta ippermettiet issir propaganda favur il-Partit Nazzjonalista fil-gvern liema propaganda ssir b’mod sottili inkella b’mod dirett. L-aktar propaganda li ssir hija dik minn Pierre Portelli, Nazzjonalist maghruf u attivist tal-PN. Mieghu xi snin ilu inghaqad Simon Busuttil li kulhadd jafu. Imbaghad hemm Blanche Gatt li fl-intervisti taghha mhux darba jew tnejn tefghet botti kontra l-Partit Laburista.

 

Meta wiehed iqis li l-Air Malta hija kumpanija kummercjali li saret mill-Gvern Laburista tas-snin sebghin, u li zgur m’hijiex xi sors ta’ politika partiggjana wiehed jitqazzez ghalhekk jara dan il-magazine jigi uzat b’mod apert biex jigi agjevolat il-Partit Nazzjonalista.

 

Normalment risposti tieghi ghal dak li jkun intqal jew inkiteb jidhru fil-pagna Botta u Risposta, imma din id-darba inhoss li dan l-abbuz li qieghed isir bil-barka tal-management tal-Air Malta ghandu jinghata prijorita sabiex il-poplu jkun jaf kif f’din il-kumpanija nazzjonali hemm min ghandu nteress idahhal il-politika partiggjana.

 

Il-harga li ghaliha din il-pagna qeghda tirreferi hija l-harga tax-xahar ta’ Settembru 2004. Ezattament pagna 72 fis-sezzjoni Review by Pierre Portelli. Setghu facilment tawha t-titlu ta’ PN Propaganda Section!!

 

Pierre Portelli kiteb taht it-titlu Promoting Change. F’dan l-artiklu, Portelli semma kif hawn it-tgergir fil-pajjiz (haga li ma setax jichadha). Meta imbaghad gie biex inaddaf lill-PN minn kull htija ghal dan it-tgergir, Portelli kellu l-istonku jghid hekk, “So what is this administration doing to displease those who for so long identified themselves with the policies it embraced? Nothing, really …”

 

Bil-Malti, Portelli staqsa, “x’hini taghmel din l-amministrazzjoni (Nazzjonalista) li bih qeghdha ddejjaq lil dawk li appoggjaw il-politika li thaddan? Xejn, attwalment …” Rajtuha l-verita ta’ Portelli? Skond hu, il-gvern Nazzjonalista m’hu qieghed jaghmel xejn li bih idejjaq lill-poplu. Allura jekk dan hu hekk, il-poplu hu mignun, m’ghandux x’jaghmel u jmissu jaghlaq halqu ghax il-gvern Nazzjonalista hu perfett u m’hu qieghed jaghmel l-ebda zball, kollox perfett fil-pajjiz, imma l-poplu ingrad u qieghed jivvinta fuq x’hiex igorr. Ja poplu kemm int injurant qieghed jghidlek Pierre Portelli, m’ghandekx toqghod tgorr, l-ilmenti tieghek huma finta u m’humiex ibbazati fuq il-verita. Il-gvern Nazzjonalista hu maghmul minn qaddisin u angli mibghuta mis-sema u li ghandna nzommuhom fuq pedestal gholi bhala s-salvaturi taghna.

 

Din hija l-arroganza Nazzjonalista li ma trid tmur b’xejn. Hija arroganza li saret parti mill-hajja tal-istess PN. Lill-poplu jghidulu li m’ghandux ragun jilmenta u jgorr ghax m’hemmx ghalfejn ghax il-gvern qieghed jaghmel kollox sew. Huwa l-poplu li ghandu tort u mhux il-gvern. Jekk il-poplu qieghed mghaffeg, tort tieghu u mhux tort tal-gvern. U mhux tort tal-gvern li l-poplu jilmenta minn:

 

Ziediet tat-taxxi diretti u indiretti

Abbandun tal-ambjent Malti

Gholi tal-hajja

Shubija fl-Unjoni Ewropea li tefghet tbatija kbira fuq il-poplu, b’weghdiet itiru mar-rih.

Kriminalita rampanti.

Tberbieq totali ta’ flus il-poplu minn dawk li llum jitolbu lill-istess poplu biex jaghmel is-sagrificcji.

Azjendi tal-gvern falluti.

Dejn super inkredibbli ta’ 1.3 BILJUN Lira.

Progetti mwaqqfa u ohrajn ma jispiccaw qatt.

13,000 ruh ifittxu x-xoghol.

Ekonomija li sejra lura ghax il-poplu qed jonfoq anqas.

Servizzi tal-gvern li kienu b’xejn li issa jintalab hlas ghalihom.

Avvizi ta’ aktar tbatijiet gejjin.

Tgawdija ghall-hbieb tal-hbieb, bl-akbar insult jigi b’Dr. Fenech Adami jirrizenja minn Prim Ministru sabiex jinhatar President tar-Repubblika.

Glied bejn in-Nazzjonalisti li jridu jahtfu kull ma jistghu issa li qeghdin jaraw iz-zmien fil-poter gej fit-tmiem.

Djufija quddiem min hu b’sahhtu imma sahha tremenda quddiem il-poplu zghir.

Rizenji ta’ rjus kbar fil-PN.

Nuqqas ta’ abilita li jwettqu dak li weghdu imma jkomplu jaghmlu weghdiet ohra godda.

 

Dan mhux tort tal-gvern skond Pierre Portelli ghax il-gvern m‘hu qieghed jaghmel xejn li jdejjaq lin-nies. Dan Pierre Portelli kien kitibli biex jghidli li ma jaqbel xejn ma dak li hawn f’maltapolitics.com, naturalment Pierre Portelli ghandu ragun f’kollox u huma l-bqija tal-poplu li ghandhom tort.

 

Viva l-genna tal-art li tissejjah Malta, jew l-illuzjoni taghha li tissejjah ingann Nazzjonalista … bil-barka tal-Air Malta.

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX