Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

 

By what measure of cheek and slander does Sharon Ellul Bonici try to sling mud at Eddie Fenech Adami’s untainted career? – Pierre Portelli jikteb f’The Malta Independent tal-24 ta’ Frar 2004.

 


 

Nibdew mill-bidu. Jien m’ghandi l-ebda problema nghid li Dr. Fenech Adami ghandu kwalitajiet tajbin. Fiz-zmien li ghamel Prim Ministru dahhal diversi mizuri li tejbu l-hajja taghna. Ha diversi decizjonijiet f’waqqthom u li kienu ta’ gwadann ghal-pajjiz. L-anqas biss tghaddili minn rasi nghid li ghamel kollox hazin. Imma jien zgur mhux ser naqa’ f’argument tad-dahk bhal ma’ ghamel Pierre Portelli. Ghax trid tkun qed iddahhak biex tghid li l-karriera ta’ Dr. Fenech Adami kienet “untainted” jigifieri nadifa tazza.

 

Tghid dan Pierre Portelli twieled il-bierah? Ghax jekk ghadu tarbija zgur ma jiftakarx li . . .

 

Dr. Fenech Adami accetta li jsir kap tal-PN wara kongura biex inehhu lil Gorg Borg Olivier.

 

Dr. Fenech Adami irid jiehu responsabilta ghal-dak li nqala fil-pajjiz wara l-1981 meta ma accettax it-telfa elettorali li kien sofra l-partit tieghu.

 

Dr. Fenech Adami jibqa responsabbli ghall-konfrontazzjoni politika fil-pajjiz permezz tal-glieda tieghu bl-uzu tad-dizubidjenza civili u rezistenza passiva u permezz tal-bojkotts li kien jaghmel.

 

Dr. Fenech Adami qatt ma kellu jitbellah bhal meta kellu l-kaz ta’ “hawn jien suq”.

 

Dr. Fenech Adami kien responsabbli meta ma rnexxilux jikkontrolla l-marmalja Nazzjonalista fid-daghdigha ta’ vjolenza wara l-elezzjoni tal-1987.

 

Dr. Fenech Adami baqa ma wettaqx weghdiet elettorali fundamentali.

 

Dr. Fenech Adami ghad irid jghidilna min qatel lil Karen Grech u issa ser jirrizenja u baqa ma fetahx halqu.

 

Dr. Fenech Adami igorr ir-responsabilta politika ghar-ruxmata vendikazzjonijiet li sofrew haddiema Laburisti mal-gvern u korpi parastatli.

 

Dr. Fenech Adami kien wera irresponsabilta enormi meta baqa jinsisti li r-rizultat tal-elezzjoni tal-1996 kienet “photofinish” meta l-PN kien ha tkaxkira kbira.

 

Dr. Fenech Adami kien instab hati ta’ diskriminazzjoni politika.

 

Dr. Fenech Adami kien instab li kiser id-drittijiet ta’ zewg imhallfin.

 

Dr. Fenech Adami wera arroganza meta kien qal lill-poplu biex ma joqghodx igorr.

 

Dr. Fenech Adami hu responsabbli ghad-dhul tal-politika partiggjana fil-kunsilli lokali.

 

Dr. Fenech Adami kien, ghadu u jibqa responsabbli ghal zbalji oxxeni li saru mill-ministri tieghu u meta ma tax widen ghal ghajta popolari biex ibiddel dawk il-ministri arroganti u dawk “under-achievers”.

 

Dr. Fenech Adami igorr ir-responsabilta ghad-decizjoni zbaljata meta ta l-helsien lit-terrorista Ali Resaq u meta ta l-helsien lill-baruni tad-droga Francisco de Assis Queiroz.

 

Dr. Fenech Adami jibqa sinonimu mad-dejn enormi tal-Gvern.

 

Dr. Fenech Adami jibqa mfakkar ghal-weghdiet kbar li ghamel dwar l-Unjoni Ewropea, liema weghdiet taru mar-rih.

 

Dr. Fenech Adami ser jibqa msemmi ghall-gidba fahxija kontra Dr. Alfred Sant ftit jiem qabel l-elezzjoni tal-2003 fejn akkuzah li zammlu lit-tifel milli jidhol l-Universita. Il-hsara li ghamel lil Dr Sant ma setghetx tigi rrimedjata qabel l-elezzjoni b’detriment politiku ghal Dr. Sant.

 

Dr. Fenech Adami bhala Prim Ministru ghadu hati tal-emorogija finanzjarja tal-gvern, b’deficit enormi u nfieq minghajr kontroll filwaqt li l-poplu mifni b’taxxi kbar u dejjem jizdiedu.

 

Dr. Fenech Adami qatt ma ddejjaq jidher mal-kriminali tipo Zeppi l-Hafi anzi qabez ghalih u tah tlett mahfriet.

 

Dr. Fenech Adami jibqa mfakkar bhala l-uniku bniedem fid-dinja li rnexxielu jbiddel Rebbiegha Gdida f’Xitwa tal-wahx.

 

Altru minn karriera nadifa tazza!!

 

Allura biex tghid li l-karriera ta’ Dr. Fenech Adami kienet nadifa tazza trid ikollok wiccek bhal ta’ Pierre Portelli.

 


 

 

 

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX