Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

 

 

 

F’din il-pagna ghandkom issibu diversi mistoqsijiet parlamentari kif ukoll it-twegibiet ghalihom. Dawn il-mistoqsijiet fl-opinjoni tieghi huma ta’ interess pubbliku. Mhux hekk biss imma whud mit-twegibiet li nghataw huma aktar minn interessanti … huma ta’ importanza politika kbira. F’kull kaz, hemm min kien il-membru parlamentari li ghamel il-mistoqsija u min kien il-ministru/segretarju parlamentari li wiegeb. Hemm ukoll liema legislatura saret fiha l-mistoqsija, in-numru taghha, it-titlu w id-data.

 

(nota: l-izbalji fl-ortografija huma tal-gvern)

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38551                   Data:   05/02/2003

Seduta Numru:869 - 11/02/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Sptar Mater Dei - Pazjenti

L-Onorevoli JEAN PIERRE FARRUGIA

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):

F'liema stadju wasal il-bini ta' l-Isptar Mater Dei? Meta hu maħsub li jibdew jingħataw servizzi lill-pazjenti:- i)out-patient u ii)in-patient?

Tweġiba:

It-tliet fażijiet tal-bini huma maħsuba li jitlestew kollha sal-2010. Hu ppjanat li l-outpatients jiftaħ Ġunju 2003, waqt li l-inpatients jibdew jemigraw lejn l-ipstar Mater Dei fl-2005.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38092                   Data:   13/01/2003

Seduta Numru:851 - 17/01/2003 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     Tas-Sliema/San Ġiljan - Dawl tal-Milied

L-Onorevoli CHARLES BUHAGIAR

staqsa lill-Onorevoli FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura):

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol tad-dawl tal-Milied li tqiegħed mal-promenade ta' Tas-Sliema u San Ġiljan?

Tweġiba:

Ninsab infurmat li l-ispejjeż involuti fix-xogħol imwettaq mill-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Manifattura u Servizzi huwa:

 

Materjal tal-lampi Lm1,723.

Conduit u wire Lm1,039.

Ħlas ta' overtime: plumbers Lm1,081.

Ħlas ta' overtime: electricians Lm1,666.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38448                   Data:   03/02/2003

Seduta Numru:868 - 11/02/2003 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     Ġbir ta' batteriji

L-Onorevoli JOE MIZZI

staqsa lill-Onorevoli FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura):

Jista' il-Ministru jgħid kif ġiet riveduta l-iskema għal-ġbir tal-batteriji u kif qegħda taħdem issa? Xi jrid jagħmel il-pubbliku sabiex jimxi fuq normi ambjentali sabiex jarmi dawn il-batteriji u x'inhu jsir minnhom?

Tweġiba:

L-iskema ta' servizz bla ħlas għal-ġbir tal-batteriji wżati titħaddem billi l-pubbliku huwa nkoraġġit sabiex jidisponi minn dawn il-batteriji f'reċipjenti provduti apposta f'diversi ħwienet u stabbilimenti madwar Malta. Id-dipartiment jipprovdi servizz tal-ġbir ta' dawn ir-riċipjenti fil-batteriji wżati fejn dawn qegħdin jiġu storjati sakemm eventwalment dawn inridu niddisponu minnhom mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lill-Ambjent.

 

Il-pubbliku għandu wkoll il-faċilita' li juża n-numru tat-telefon 21236347 fejn jitħalla messaġġ sabiex wara jittieħdu l-passi neċessarji għal ġbir tal-batteriji wżati.

 

Fil-kas tal-batteriji wżati ta' daqs akbar bħal dawk tal-karozzi dawn wara li jinġabru qegħdin jiġu mogħdija għal esportazzjoni bl-iskop ta' reċiklaċċ.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38629                   Data:   17/02/2003

Seduta Numru:874 - 24/02/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Pulizija - Każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account

L-Onorevoli MICHAEL ASCIAK

staqsa lill-Onorevoli AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali):

Minħabba l-inkonvenjenza fil-każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account, tista' sseħħ emenda fil-kodiċi ċivili sabiex fil-każ imsemmi fuq, il-joint account ma jinżammx?

Tweġiba:

Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jemenda l-liġi fis-sens indikat fil-mistoqsija iżda qabel kollox irid jara l-veduti tal-banek kummerċjali.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38548                   Data:   05/02/2003

Seduta Numru:869 - 11/02/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Floriana - Għassa tal-pulizija

L-Onorevoli JEAN PIERRE FARRUGIA

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):

Kemm-il jum jirriżulta li nfetħet l-għassa tal-pulizija fil-Floriana matul Jannar 2003?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi matul Jannar 2003 dejjem kien hemm kuntistabbli, u drabi anke surġent, dettaljat fl-Għassa imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu, jista` jkun hemm drabi fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-pulizija li jkunu għassa joħorġu fuq xogħol, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq f`dawk il-ħinijiet.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38393                   Data:   28/01/2003

Seduta Numru:864 - 04/02/2003 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju - Infiq ta' flus

L-Onorevoli EVARIST BARTOLO

staqsa lill-Onorevoli LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni):

X'passi ħa l-Ministeru biex jirregolarizza l-kontijiet minfuqa fuq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju li ġibed l-attenzjoni għalihom l-Awditur Nazzjonali fl-aħħar rapport tiegħu?

Tweġiba:

Informat li d-Dipartiment tal-Kultura ħa l-passi indikati kif ġej:

 

L-erba' ħlasijiet doppji li ħarġu lill-kuntratturi privati li ħadmu fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju ġew mgħarrfa b'ittra uffiċjali u ntalbu jroddu lura l-flus fi żmien stipulat mill-liġi.

 

Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni u l-Kummissarju tad-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ġew mgħarrfa bil-ħlasijiet kollha li ngħataw lill-individwi u kumpaniji li wettqu xogħol varju fiċ-ċelebrarzzjonijiet tal-millennju.

 

Ingħata rendikont lill-Uffiċċju ta' l-Awditur dwar l-assi li kienu fi ħdan il-Kumitat taċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38536                   Data:   05/02/2003

Seduta Numru:870 - 12/02/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Passive smoking - Studju

L-Onorevoli CARMELO ABELA

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):

Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx sar xi studju dwar l-effetti ta' tipjip (passive smoking) f'Malta? Jekk fl-affermattiv jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Tweġiba:

Infurmat li studji epidemjoloġiċi ta' din ix-xeħta qatt ma saru hawn Malta.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38532                   Data:   05/02/2003

Seduta Numru:869 - 11/02/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Pulizija

L-Onorevoli CARMELO ABELA

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' membri fil-korp tal-pulizija bħalissa? Kemm minnhom għandhom aktar minn ħamsa u għoxrin sena servizz? Jista' jgħid kemm matul din is-sena se jagħlqu l-eta' li bilfors ikollhom jirtiraw? Ta' liema rank huma?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,790 membru fil-Korp tal-Pulizija. Minn dawn hemm 154 li fil-preżent għandhom 25 sena servizz, filwaqt li hemm 3 kuntistabbli oħra li matul din is-sena ser jagħlqu l-eta` ta` l-irtirar.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38074                   Data:   13/01/2003

Seduta Numru:853 - 20/01/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Ċimiterji

L-Onorevoli SILVIO PARNIS

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċimiterji ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna? Fejn jinsabu? Kemm minnhom jintużaw?

Tweġiba:

Infurmat li f'Malta, hawn ħdax-il Ċimiterju tal-Gvern, f'Għawdex hemm tnejn, waqt li f'Kemmuna m'hemm l-ebda ċimiterju tal-Gvern.

 

Dawk f'Malta jinsabu fil-lokalitajiet segwenti-

Mosta, Mellieħa, Raħal Ġdid (Addolortata), Mġarr, Burmarrad, Pieta' (Ta' Braxia), Qormi, Rabat, Żebbuġ, Kalkara w is-Siġġiewi.

Ta' Għawdex jinsabu fix-Xewkija w Victoria.

Iċ-Ċimiterji tal-lokalitajiet segwenti m'humiex jintużaw preżentement-

F'Malta-Kalkara, parti minn Ta' Braxia (Pieta') u tas-Siġġiewi.

F'Għawdex iċ-Ċimiterju ta' l-Għonq fil-Victoria.

Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li oltre minn dawn iċ-Ċimiterji, jeżistu dawk tal-knisja, f'diversi lokalitajiet, li huma kkontrollati mill-Kurja.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38537                   Data:   05/02/2003

Seduta Numru:868 - 11/02/2003 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     Permessi - Karozzi/Ħġieġ skur

L-Onorevoli FRANCIS AGIUS

staqsa lill-Onorevoli ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni):

Jista' il-Ministru jgħid jekk jinħarġux xi permessi fuq karozzi li jkollhom ħġieġ skur biex ikunu permessi li jinsaqu fit-toroq?

Tweġiba:

Jiena nfurmat li d-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet joħroġ permessi għall-ħġieġ light tint biss. Dawn jinħarġu bil-kundizzjoni li bl-ebda' mod dan it-tip ta' ħġieġ ma jkun qed irendi l-karozza inqas safe u li s-sewwieq ikun jista' jara dak kollu li hemm madwaru mingħajr xkiel.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38701                   Data:   18/02/2003

Seduta Numru:875 - 25/02/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Sptar Mater Dei - Ħsarat fil-bini

L-Onorevoli CHRIS AGIUS

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-pilastri tal-basement ta' Blokk D tal-isptar Mater Dei għandhom xi ħsarat u qed iċedu?

Tweġiba:

Infurmat li mhux minnu li xi pilastru ta' Block D fl-isptar Mater Dei se jċedi jew għandu xi forma ta' ħsara.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38816                   Data:   20/02/2003

Seduta Numru:874 - 24/02/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Żebbuġ - Triq il-Kandlora

L-Onorevoli GAVIN GULIA

staqsa lill-Onorevoli ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni):

Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac triq ġdida fi Triq il-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ, liema triq għalkemm hija sekondarja għadha ma tistax tinħadem mill-kunsill lokali għaliex għadhom ma sarux l-ewwel servizzi?

Tweġiba:

Jien infurmat li l-Aworita' dwar it-Trasport qegħda tħejji program għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkun qed jirriżulta minn żmien għal żmien.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38692                   Data:   18/02/2003

Seduta Numru:875 - 25/02/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Vapuri tal-gwerra

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin):

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra f'Malta is-sena li għaddiet? X'tip kienu u ta' liema Nazzjon?

Tweġiba:

In-numru ta' vapuri tal-gwerra li ngħataw permess biex jidħlu Malta għal żjarat qosra tul is-sena 2002 kien ta' tmenin.

 

L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda spjegata fuq id-dokument anness.

4 of 4

 

FLAG  VESSEL NAME                      CLASS                        VISIT

1          Canada            HMCS Halifax Frigate                          28-31/01/02

2          Canada            HMCS Toronto            Patrol frigate                 28-31/01/02

3          Canada            Charlottetown               Frigate                          20-22/02/02

4          Canada            St Johns                       Frigate                          03-06/11/02

5          France  Versau                         Hunter of Mines            02-13/01/02

6          France  EV Jacoubet                 Sloop                           18-22/02/02

7          France  LV Lavallee                  Standard Sloop            11-12/03/02

8          France  Jeanne d'Arc                Helicopter Carrier         19-23/04/02

9          France  Georges Leygues          Anti-Submarine Frigate19-23/04/02

10        France  Gazelle             Support Ship                05-10/06/02

11        France  La Motte-Picquet         Frigate                          06-9/09/02

12        France  La Motte-Picquet         Frigate                          28-03/10/02

13        France  Courbet                        Frigate                          28-03/09/02

14        France  D’Entrecasteaux           Survey & Research       15-18/11/02

15        Germany          FGS Weiden    Minesweeper                23-26/02/02

16        Germany          U 17 (S 196)    Submarine                    25-26/10/02

17        Greece HS Evniki                     Minesweeper                23-26/02/02

18        Greece Polsemistis                    Patrol Vessel                06-13/09/02

19        India     INS Darshak                Survey Ship                  23-25/04/02

20        India     INS Sindhuratna           Submarine                    01-03/11/02

21        Ireland  L.E. Niamh                   Large Patrol Vessel      15-17/2/02

22        Italy      ITS Numana                 Minesweeper                23-26/02/02

23        Italy      Tirso                            Water Tanker               31/05-04/06/02

24        Italy      Corsaro II                    Training ship                 01-22/07/02

25        Italy      Libra                            Patrol vessel                 08-13/09/02

26        Italy      Polifemo                       Ocean Tug                   08-13/09/02

27        Italy      M/V CP 278                Patrol Boat                   08-13/09/02

28        Italy      Francesco Mazzinghi    Coast Guard Vessel      08-13/09/02

29        Italy      Saettia                          Coast Guard Vessel      08-13/09/02

30        Italy      Mimbelli                       Destroyer                     08-13/09/02

31        Italy      Sapri                            Mine-swiper                 16-23/09/02

32        Netherlands HNLMS "Van Galen"        Frigate              27-30/05/02

33        Netherlands HNLMS BruinvisSubmarine                      29/03-04/04/02

34        Netherlands JUMBO                Royal Yacht                 26-29/06/02

35        Polish   OPR "Kontradmiral Xawery Czernicki"

Peace Mission "Enduring

Freedom"                                                                                 24-25/07/02

36        Spain    Tramontana                  Submarine                    17-19/10/02

37        Spain    SPS Turia                     Minesweeper                23-26/02/02

38        Tunisia  Ras Ifrika                     Patrol Craft                  08-13/09/02

39        Turkey TCG Sokullu Mehmetpasa        Commanding Ship        23-26/02/02

40        Turkey TCG Enez                    Minesweeper                23-26/02/02

41        Turkey TCG S Mehmet            Training Ship                28-30/07/02

42        Turkey CG Hasan Pasa            Training Ship                28-30/07/02

43        UK      HMS Portland              Frigate                          25-30/01/02

44        UK      HMS Kent                   Duty Class Frigate        22-27/02/02

45        UK      HMS Southampton       Naval Destroyer           04-07/03/02

46        UK      HMS Norfolk               Duke dass frigate          12-17/04/02

47        UK      HMS Ark Royal           Aircraft carrier  26-30/09/02

48        UK      HMS Southampton       Destroyer                     26-30/09/02

49        UK      Argyll                           Frigate                          13-18/11/02

50        UK      HMS Roebuck             Survey Ship                  22-25/11/02

51        UK      RFA Fort Austin           Supply ship                   20/12/02-06/01/03

52        USA    USNS Apache             Fleet ocean tug             18-13/01/02

53        USA    USNS 2LT John P. Bobo.        Commercial vessel contracted to USN to carry supplies for the US Marine Corps                           25/01/02-25/03.02-

30/04/02

54        USA    USS Sullivans   Destroyer                     25/02-01/03/02

55        USA    USNS Apache             Fleet ocean tug 15/02-06/03/02

56        USA    USS Hue City             Cruiser                         25/02-1/03/02

57        USA    USS Ramage                Destroyer                     06-11/03/02

58        USA    USS Vella-Gulf            Cruiser                         11-15/03/02

59        USA    USS Bataan                 Aircraft carrier  25-29/03/02

60        USA    USS Hayler                  Destroyer                     25-28/03/02

61        USA    USS Roosevelt             Destroyer                     18-22/04/02

62        USA    USS Carney                 Destroyer                     14-17/05/02

63        USA    USNS Sirius                 Stores ship                   14-17/05/02

64        USA    USS Underwood          Frigate                          10-13/06/02

65        USA    USS Apache                Fleet ocean tug 13-22/06/02

66        USA    USS Lasalle                 Command Ship 29/06-2/07/02

67        USA    USS Roosevelt Destroyer                     1-6/07/02

68        USA    USS Normandy            Cruiser                         7-10/07/02

69        USA    USS Petalesharo          Large Harbour Tug       12/07/02-29/08/02

29/08/02-3/09/02

70        USA    USS Mahan                 Destroyer                     22-26/08/02

71        USA    USNS Saturn               Combat Stores Ship     29/08/02-2/09/02

72        USA    USS Apache                Fleet ocean tug 1-17/09/02

73        USA    USNS Dallas                Submarine                    5/09/02

74        USA    USS Monterey             Cruiser                         7-11/10/02

75        USA    USS Tortuga                Ferry class                    11-15/10/02

76        USA    Grasp                           Salvage ship                 11-14/11/02

77        USA    Mount Whitney Command Ship 1-4/12/02

78        USA    Kauffman                     Frigate                          23-27/12/02

79        USA    Barry                            Destroyer                     30/12-3/1/03

80        USA    Donald Cook               Destroyer                     30/12-7/01/03

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38728                   Data:   18/02/2003

Seduta Numru:875 - 25/02/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Gwardjani lokali - Ċitazzjonijiet

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali):

Tweġiba:

In-numru totali ta` taħrikiet li ngħataw f`Malta u Għawdex mill-Gwardjani Lokali tul is-sena 2002 kien 149843. Qiegħed nehmez ma` din it-tweġiba lista li telenka fuq liema kontravenzjonijiet ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37845                   Data:   16/12/2002

Seduta Numru:844 - 13/01/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Sptar San Luqa

L-Onorevoli CHARLES BUHAGIAR

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa rikorrenti għal kull sena għat-tħaddim ta' l-Isptar San Luqa?

 

Jista' jgħid kemm hi stmata n-nefqa rikorrenti għall-Isptar Mater Dei?

Tweġiba:

Ninsab infurmat li:

1.         In-nefqa rikorrenti għat-tħaddim ta' l-Isptar San Luqa għas-sena 2003 hija stmata li tkun ta' LM29,496,350.

2.         In-nefqa rikorrenti għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2003 hija stmata li tkun ta' LM800,000.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38700                   Data:   18/02/2003

Seduta Numru:874 - 24/02/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Sptar Mater Dei - Bricks

L-Onorevoli CHRIS AGIUS

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-bricks li tneħħew mid-diviżorji ta' ċerti blokki tal-isptar Mater Dei?

Tweġiba:

Meta d-diviżorji twaqqgħu, l-bricks ma kellhomx użu ieħor u ġew distrutti.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38016                   Data:   13/01/2003

Seduta Numru:854 - 21/01/2003 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     San Ġiljan - Żagħżagħ/alkoħol

L-Onorevoli CARMELO ABELA

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):

Jista' il-Ministru għalkemm fi tweġiba preċedenti ta' ftit xhur ilu qal li qed ikun hemm sorveljanza fl-inħawi ta' fuq ta' St. George' Road f'San Ġiljan fejn qed ikun hemm ħwienet (mhux bars) li qed ibiegħu nbid u xorb alkoħoliku ieħor liż-żagħżagħ anke taħt l-eta', jgħid kemm-il darba nqabdu dawn il-ħwienet ibiegħu dan l-alkoħol? Jista' il-Ministru jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji peress li għandi lmenti li l-playing fields faċċata ta' dawn il-ħwienet qed tkun mimlija żagħżagħ jixorbu l-alkoħol u li l-Ħadd filgħodu dan il-post ikun mimli fliexken vojta speċjalment ta' l-inbid?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 ma kienx hemm okkazzjonijiet fejn irrizulta illi l-hwienet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant bieghu inbid, birra jew likuri spirituzi lil persuna taht sittax-il sena. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tkompli taghmel sorveljanza fl-inhawi msemmija.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:38817                   Data:   21/02/2003

Seduta Numru:875 - 25/02/2003 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Anzjani - Day centres

L-Onorevoli JEAN PIERRE FARRUGIA

staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali):

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet hemm miftuħa ċentri għal matul il-jum għall-anzjani? F'liema ġranet u ħinijiet dawn ikunu miftuħa? Kemm jattendu anzjani f'kull ċentru? Hemm xi ftehim dwar dawn iċ-ċentri ma' kunsilli lokali? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-ftehim?

Tweġiba:

Il-lum id-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' qed jopera 13 il-Ċentru ta' Matul il-Jum. Dawn jinsabu ż-Żejtun, il-Ħamrun, Ħal-Qormi, Ħad-Dingli, tas-Sliema, iż-Żurrieq, Bormla, Ħal-Luqa, l-Imtarfa, B'Kara, San Pawl il-Baħar, B'Buġia, u Mosta. Dawn iċ-ċentri huma elenkati skond id-data tal-ftuħ tagħhom. Kull wieħed minn dawn iċ-Ċentri jiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 ta' filgħodu u l-4.00 ta' wara nofsinhar, bl-eċċezzjoni taċ-Ċentru li hemm f'tas-Sliema peress li dan jibqa' miftuħ sas-7.00 ta' fil-għaxija. L-attendenza f'kull ċentru dvarja pero' hemm total ta' 1121 membru li jattendu b'mod regolari f'dawn iċ-Ċentri. Filwaqt li fil-ftuħ taċ-Ċentri tal-bidu, d-Dipartiment ħa l-inizjattiva waħdu, llum qed ikun hemm diskussjoni u ko-ordinament mal-Kunsill Lokali rispettiv. Pero' l-ispejjeż għat-tmexxija ta' kuljum baqgħu r-responsabilita' tad-Dipartiment f'kull każ.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37513                   Data:   04/12/2002

Seduta Numru:838 - 16/12/2002 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     Qorti - Moħqrija ta' l-annimali

L-Onorevoli NOEL FARRUGIA

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):

Kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-qorti fuq moħqrija fuq l-annimali matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:

1998    1999    2000    2001    2002*

5          6          15        11        29

 

*sal-30/11/02

 

L-Onor. Interpellant jiehu gost jinnota li l-prosekuzzjonijiet dwar mohrija ta' l-annimali zdied b'sitt darbiet f'dawn l-ahhar erba' snin.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37477                   Data:   03/12/2002

Seduta Numru:830 - 09/12/2002 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     Bieb il-Bombi - Poster

L-Onorevoli CHARLES BUHAGIAR

staqsa lill-Onorevoli FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura):

Jista' il-Ministru jgħid min kien responsabli għal-printing tal-poster kbir li twaħħal ma Bieb il-Bombi? Kemm ġie jiswa dan il-posteri?

Tweġiba:

Ninsab infurmat li x-xogħol tal-printing tal-poster imsemmi ġie mogħti lil 'The Fotografer' tal-Fgura għas-somma globali ta' Lm7,486 wara sejħa għal offerti (tender) li saret għal dan l-iskop.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37586                   Data:   05/12/2002

Seduta Numru:840 - 17/12/2002 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     WSC - Servizzi tad-dawl u l-ilma

L-Onorevoli NOEL FARRUGIA

staqsa lill-Onorevoli JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi):

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa uffiċjali għall-applikzzjoni ġdida tas-servizzi tad-dawl u ilma fil-mument? Kemm ingħataw servizzi ġodda matul din is-sena?

Tweġiba:

Jiena nfurmat li t-tariffi sabiex jingħata servizz ġdid ta' l-ilma hija ta' Lm70 għal dar u Lm35 għal flat sa distanza ta' 7 metri fiż-żewġ każi. Jekk id-distanza tkun itwal minn hekk, ikun irid isir ħlas ta' Lm10 għal kull metru jew parti minnu. Bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ipprovdiet 2,487 servizz ġdid.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37308                   Data:   26/11/2002

Seduta Numru:823 - 02/12/2002 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Mediċini - Spiżerija tal-isptar San Luqa

L-Onorevoli JEAN PIERRE FARRUGIA

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):

 

Jistgħu residenti li joqodu fil-viċinanzi ta' l-isptar San Luqa iżda mhux neċessarjament f'Tal-Pieta' (eż. Ħamrun partikolarment Blata l-Bajda), jingħataw il-possibilita' li jiġbru l-mediċini mill-ispiżerija tal-isptar San Luqa stess?

Tweġiba:

 

Ir-risposta hija fin-negattiv.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37301                   Data:   26/11/2002

Seduta Numru:824 - 03/12/2002 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     Ministeru tal-Finanzi - Karozzi Ġodda

L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI

staqsa lill-Onorevoli JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi):

 

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistqsija parlamentari numru 37131?

Tweġiba:

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-karozzi ġodda li nxtraw fid-dekasteru tiegħi huma kif ġej:

Post Użu Marka Prezz LM

Ministeru Direttur Ġenerali Toyota Corolla        5,780

Direttur Skoda Octavia                                     5,390

Direttur Opel Astra                                           7,000 (taxxa tar-reġistrazzjoni nkluża)

VAT Direttur Ġenerali Ford Focus                    4,863

Diretturi (2) VW Bora                          5,220 - il-waħda

Taxxi Interni Direttur Toyota Corolla     5,108

Direttur Citroen Xsara                          4,850

Direttur Citroen Xsara                          4,830

Użu Ġenerali VW Polo Classic                         4,850

Kuntratti Direttur Ġenerali Toyota Corolla         5,735

Teżor Direttur VW Bora                                   5,100

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37265                   Data:   26/11/2002

Seduta Numru:823 - 02/12/2002 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Karozza ta' l-Elettriku

L-Onorevoli RITA LAW

staqsiet lill-Onorevoli ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni):

Jista' l-Ministru jinformana kemm għandna karozzi liċenzjati jaħdmu bl-elettriku? Kemm hu n-numru ta' dawk il-karozzi reġistrati li jaħdmu bil-batterija?

Tweġiba:

Jiena nfurmat li n-numru ta' karozzi liċenzjati li jaħdmu bl-elettriku hu :

Elettriku / Petrol (Hybrid) : 11

Elettriku: 1.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37244                   Data:   25/11/2002

Seduta Numru:823 - 02/12/2002 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Servizzi Ekonomiċi - Karozzi Ġodda

L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI

staqsa lill-Onorevoli JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi):

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 37125, jista' l-Ministru jgħati d-dettalji mitluba fir-rigward tal-Ministeru u s-segretarjat parlamentari li jaqgħu taħtu kif ukoll tac-chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Tweġiba:

Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs ma inxtrawx karozzi ġodda sabiex jintużaw mill-Personnel tas-Segretarjat Privat tiegħi jew dawk tas-Segretarjat Privat taż-żewġ Segretarji Parlamentari. L-informazzjoni mitluba fil-konfront ta' Diretturi ta' Dipartimenti u Chairman ta' azjendi li jagħmlu parti mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi hija kif ġej:

Toyota Corolla mixtrija Lm5,800 użatha mid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Politika Ekonomika.

Toyota Corolla mixtrija Lm5,820 użatha mid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Kummerċ.

Ford Focus mixtrija Lm4,860 użatha mid-Direttur tad-Direttorat għas-Servizzi tal-Kummerċ.

Ford Focus mixtrija Lm7,020 użatha mid-Direttur tal-Policy & Regulatory Services Directorate.

Toyota Corolla mixtrija Lm8,500 użatha mill-Kap Eżekuttiv ta' l-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards.

Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Standardizzazzjoni) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards.

Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Oġġetti għall-Konsum u għall-Industrija) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards.

Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Oġġetti ta' l-Ikel, Kimiċi u Kosmetiċi) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards.

Citroen Picasso mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Metroloġija) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards.

Honda Accord mixtrija Lm6,910 użatha mis-Segretarju Permanenti.

Ford Focus mixtrija Lm4,963 użatha mid-Direttur tar-Review fil-Ministeru.

Hyundai Accent mixtrija Lm5,782 użatha miċ-Chairperson ta' l-Awtorita' Maltija ta' l-Istatistika.

Ford Focus mixtrija Lm4,860 użatha mid-Direttur (Operations) fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni.

Volkswagon Bora mixtrija Lm9,000 użatha miċ-Chairman ta' l-IPSE

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37134                   Data:   20/11/2002

Seduta Numru:819 - 26/11/2002 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     Ministeru għall-Affarijiet Barranin - Karozzi ġodda

L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI

staqsa lill-Onorevoli JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin):

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Tweġiba:

B'risposta għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant, qed nagħti l-informazzjoni mitluba kif tidher hawn taħt:

 

Sezzjoni                                    Marka                          Prezz

Segretarju Permanenti   Ford Focus                  LM6,322.00

Direttur Servizzi Korporattivi     Citroen Xsara               LM4,480.00

Ambaxxatur, Brussels               Mercedes E240            LM13,583.00*

Ambaxxatur, Copenhagen         Volvo                           LM10,458.00

Ambaxxatur, The Hague           Volvo S80                    LM11,808.63

Ambaxxatur, New York           Cadillac Deville LM17,878.00

Ambaxxatur, Washington          Cadillac                        LM17,742.42

 

*L-Ambaxxatur għadu ma ħax pussess tal-karozza għax għad iridu jiġu pprovduti n-numru tagħha.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37132                   Data:   20/11/2002

Seduta Numru:819 - 26/11/2002 09:00 AM

Seduta Interim:823 02/12/2002 06:00 PM

Titlu:     Ministeru tas-Saħħa - Karozzi ġodda

L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa):

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Tweġiba:

Infurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs inxtraw għaxar vetturi. Dettalji jinsabu fit-tabella hawn taħt.

 

Karozza u Marka         Min juża l-karozza                                Valur (LM)

Ford Focus                  Direttur, Office of Review                     4,860

Ford Focus                  Direttur, Policy & Planning                    4,860

Jaguar                          Ministeru                                              13,800

Peugeot Partner            Ministeru                                              4,542

Nissan Vanette Dipartiment tas-Saħħa Pubblika            6,763

Subaru Sambar Dipartiment tas-Saħħa Pubblika            4,150

Subaru Sambar Dipartiment tas-Saħħa Pubblika            4,150

Renault Megane            Direttur Institutional Health                    5,555

Citroen C5                   Kap Eżekuttiv, Sptar Mater Dei            11,115

Citroen C5                   Kap Eżekuttiv, Sptar Monte Carmeli     11,615

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37129                   Data:   20/11/2002

Seduta Numru:818 - 25/11/2002 06:00 PM

Seduta Interim:0

Titlu:     Ministeru ħal-Għawdex - Karozzi ġodda

L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI

staqsa lill-Onorevoli GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex):

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Tweġiba:

Jiena nfurmata li matul dawn l­aħħar sena u nofs il­Ministeru għal Għawdex xtara żewġ karozzi. Waħda minn dawn il­karozzi hija Peugot Saloon Diesel li nxtrat għas­somma ta' Lm7520 u hija l­karozza uffiċċjali tiegħi. Il­karozza l­oħra hija Kia Rio li nxtrat għas­somma ta' Lm 3815 u hija għall­użu tas­Segretarjat Privat.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37128                   Data:   20/11/2002

Seduta Numru:818 - 25/11/2002 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni - Karozzi ġodda

L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI

staqsa lill-Onorevoli ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni):

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Tweġiba:

Jien infurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs inxtraw dawn il-karozzi:

Awtorita' Marittima ta' Malta

Volkswagen Bora li kienet tiswa Lm7,341. Inxtrat f'Mejju u tintuża mit-Technical Manager.

Ford Focus li kienet tiswa Lm5,675. Inxtrat f'Ottubru 2001 u tintuża mill-Harbour Master.

Renault Megane li kienet tiswa Lm5,410. Inxtrat f'Ottubru 2001 u tintuża mil-IS Manager.

Nissan Pickup li kienet tiswa LM9,292. Din inxtrat f'Novembru 2001 u tintuża għal użu ġenerali għall-Maintenance Department, Ports.

Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni

Volkswagen Bora li kienet tiswa LM11,200. Din il-karozza inxtrat f'Lulju 2001 u tintuża mic-Chairman ta' l-Awtorita'.

Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni

Matul dawn l-aħħar sena u nofs l-unika karozza mixtrija kienet Skoda IBG072 li kienet tiswa LM5485. Din il-karozza tiġi wżata mid-Director Office of Review.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37126                   Data:   20/11/2002

Seduta Numru:818 - 25/11/2002 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Ministeru tal-Biedja u Sajd - Xiri ta' karozzi

L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI

staqsa lill-Onorevoli NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd):

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Tweġiba:

Jien infurmat li matul l-aħħar sena u nofs inxtraw mill-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu sitt vetturi ġodda kif ġej:

 

Marka                     Data tar-Reġistrazzjoni        Ammont imħallas għall-karrozza        Min juża l-karrozza

Citroen 'Picasso'   06-Jun-01                               Lm 5,070                                 Direttur, Office of Review

Opel 'Astra'           13-Sep-01                               Lm 4,920                                 Direttur, Policy & Planning

Citroen 'Picasso'   28-Sep-01                               Lm 5,070                                 Direttur, Plant Health

Honda 'Accord'    07-Dec-01                              Lm 7,270                                 Segretarju Permanenti

Tata 'Safari'            11-Jul-02                                Lm 6,094                                 Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kura tal-Pjanti

Renault 'Megane Classic' (Diesel)     28-Oct-02               Lm 5,370                 Direttur tas-Servizzi Korporattivi

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:37119                   Data:   20/11/2002

Seduta Numru:818 - 25/11/2002 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Air Malta - Inċident waqt titjira

L-Onorevoli MARIO GALEA

staqsa lill-Onorevoli JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi):

Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36918?

Tweġiba:

Jiena nfurmat li l-inkjesta li saret mill-Air Malta dwar l-inċident tat-13 ta' Ottubru 2002 meta ajruplan AMC455 tal-kumpanija lokali niżel madwar tlitt mitt pied f'daqqa, stabbiliet li dan l-inċident seħħ meta ajruplan Boeing 747 tal-kumpanija Egypt Air ingħata l-clearance mill-awtoritajiet Taljani biex jitla' mal-livell ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta mingħajr is-separazzjoni laterali meħtieġa. L-Air Malta infurmat b'dan l-inċident lill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni, kemm lokali kif ukoll dawk Taljani. Ebda membru tal-crew ma' ġie grounded b'riżultat ta' l-inċident. Fil-fatt korrew sitt persuni, erba' passiġġieri, li tnejn minnhom irrifjutaw li jiġu imdewwija, u tnejn mill-cabin crew. Peress li r-rapport ta' l-investigazzjoni fih informazzjoni teknika, kif ukoll ta' natura kummercjali sensittiva, ma nħossx li jkun prudenti li npoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:36940                   Data:   12/11/2002

Seduta Numru:821 - 27/11/2002 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     NTOM - Salarji tad-diretturi

L-Onorevoli NOEL FARRUGIA

staqsa lill-Onorevoli MICHAEL REFALO (Ministru tat-Turiżmu):

Jista' l-Ministru tat-Turiżmu jgħid għal kull belt fl-Ewropa fejn għandu uffiċju tal-NTOM, kemm jaqla' fis-sena (2002) id-direttur ta' kull uffiċċju f'salarju u allowances b'kollox?

Tweġiba:

Peress li l-NTOM ġiet xolta b’effett mill-31 ta’ Awissu, 1999, nippreżumi li l-Onor. Membru qed jirreferi għall-uffiċini u d-diretturi ta’ l-MTA. Għalhekk, qed nagħti l-informazzjoni kif mogħtija lili mill-MTA. Is-salarju u l-allowances, tad-diretturi ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta tat-Turiżmu huma dawn:

 

LM

Russja              36,341

Italja                 26,759

Ingilterra           34,676

Olanda             28,240

Ġermanja         30,909

Franza              29,876

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:36637                   Data:   04/11/2002

Seduta Numru:812 - 11/11/2002 06:00 PM

Seduta Interim:

Titlu:     Pulizija - Ex-membri tad-dejma

L-Onorevoli MARIE LOUISE COLEIRO

staqsiet lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm, jew hemmx, membri tal-korp tal-pulizija li huma ex-membri tad-dejma? Is-servizz fi żmien li kienu fil-korp tad-dejma se jgħodd mal-25 sena servizz?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 17-il membru tal-Korp tal-Pulizija li qabel kienu membri tad-Dejma. Infurmat ukoll illi dak il-perijodu ta` żmien li huma kienu qed iservu mal-Korp tal-Pulizija qabel ma ingaġġaw fil-Korp tal-Pulizija jgħodd mal-25 sena servizz.

 

 

Leġislatura     IX                                Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:36523                   Data:   28/10/2002

Seduta Numru:821 - 27/11/2002 09:00 AM

Seduta Interim:

Titlu:     Pulizija

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent):

 

Billi kullħadd jaf illi ġo bajja li hemm bejn il-Ġnejna u l-bajja ta' Għajn Tuffieħa qed ikun hemm ħafna persuni jgħumu mingħajr malji u anki qed isiru ħafna attijiet oxxeni u ndiċenti, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni din is-sena fuq dan l-abbuż lampanti?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm żewġ persuni li tressqu quddiem il-Qorti fuq akkużi li neżgħu għarwenien jew ma kienux lebsin xieraq fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:11118                   Data:   25/02/2005

Seduta Numru:243 - 01/03/2005 06:00 PM

Seduta Interim:262 03/05/2005 06:00 PM

Titlu:     Birkirkara - Valley Road - ilma tad-drenaġġ

L-Onorevoli GAVIN GULIA

staqsa lill-Onorevoli AUSTIN GATT (Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni):

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ilma tad-drenaġġ ilu jiskula minn diversi bokok ġewwa Valley Road, Birkirkara ħdejn il-bini li kien jokkupa l-istabbiliment tal-Price Club u ħdejn l-istabbiliment tad-Domestica għal diversi snin? Jista' jara li dan l-inkonvenjent, li huwa ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, jitneħħa darba għal dejjem għaliex wara ftit żmien li jsiru t-tiswijiet meħtieġa l-problema dejjem terġa' titfaċċa?

Tweġiba:

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija konxja mill-problemi ta' drenaġġ ġewwa Valley Road, B'Kara/Msida. Is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi imsemmija qed tiġi studjata ħalli jsiru t-tibdiliet meħtieġa fuq s-sistema ta' mains ta' drenaġġ biex jiġu evitati dawn il-problemi.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:10467                   Data:   01/02/2005

Seduta Numru:232 - 07/02/2005 06:00 PM

Seduta Interim:262 03/05/2005 06:00 PM

Titlu:     Tarzna - Ħaddiema barranin

L-Onorevoli JOSE' HERRERA

staqsa lill-Onorevoli AUSTIN GATT (Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni):

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm barranin preżentament jaħdmu fit-tarzna? Jista' jagħti dettalji opportuni?

Tweġiba:

Jiena nfurmat li bħalissa fit-tarzna hemm tliet barranin fi gradi maniġerjali b'kuntratt definit. Hemm ukoll, 28 Pollakk fi gradi industrijali fuq bażi temporanja.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:12078                   Data:   25/04/2005

Seduta Numru:261 - 02/05/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Sptar San Luqa - Social cases

L-Onorevoli KARL CHIRCOP

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm social cases rikoverati fis-swali ta' l-isptar San Luqa bħalissa? X'inhi r-raġuni li ċerti każi li jkollhom bżonn ta' trattament akut li jkunu ddaħħlu bih mid-dipartiment ta' l-emerġenza, qed jitqiesu bħala social cases mill-ewwel ġurnata li jkunu ddaħħlu l-isptar għall-finijiet ta' tnaqqis mill-pensjoni tagħhom?

Tweġiba:

Ninsab infurmat li s-Social Cases rikoverati fis-swali ta' l-Isptar San Luqa bħalissa (02/05/05) huma 73. Il-policy ta' l-Isptar hi li pazjent jiġi d-dikjarat Social Case meta l-Konsulent tiegħu jiddeċiedi li hu fiżikament f'saħtu biex jiġi discharged, pero l-pazjent ma jkunx jista jirritorna f'daru għal raġunijiet familjari jew soċjali.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:11827                   Data:   12/04/2005

Seduta Numru:260 - 27/04/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Pulizija - Fenek li ġie mqaxxar ħaj

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):

Billi skond il-gazzetti ġewwa ħanut f'Ħaż-Żabbar allegatament ġie mqaxxar fenek waqt li kien għadu ħaj, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda rapport dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Pero' minn stħarriġ li sar sussegwement ġew identifikati żewġ persuni li jidher li kienu involuti u l-Pulizija ser tieħu l-passi opportuni skond il-liġi.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:12051                   Data:   21/04/2005

Seduta Numru:259 - 26/04/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Dipartiment tas-Saħħa - Pilloli tal-qalb

L-Onorevoli FRANCO GALEA

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-pilloli tal-qalb Vastarel humiex out of stock? Jekk dan huwa minnu, meta se jkun hemm kunsinna oħra? Il-għala spiċċaw out of stock? Hemm pilloli alternattivi f'każ ta' ħtieġa?

Tweġiba:

Ninsab infurmat li l-pilloli Trimetazidine Hydrochloride 20mg huma out of stock. Il-kunsinna li jmiss għandha tasal Malta sa l-aħħar ta' dan ix-xahar.

Il-konsum ta' din il-mediċina kien diġa żdied b'wieħed u tletin fil-mija bejn is-sena 2003 u 2004. Fl-ewwel xahar ta' din is-sena s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern kienu diġa ħarġu ħamsa u għoxrin fil-mija tal-konsum tal-2004 lill-klijenti tagħhom minħabba li l-konsum baqa' dejjem tiela'. Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ma jaħżinx mediċini oħra f'din l-istess kategorija.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:11286                   Data:   02/03/2005

Seduta Numru:259 - 26/04/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Affarijiet Barranin - Kiri ta' karozzi

L-Onorevoli NOEL FARRUGIA

staqsa lill-Onorevoli MICHAEL FRENDO (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin):

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10577, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom? Jista' jagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?

Tweġiba:

Matul l-2004 inxtrat karozza waħda ġdida għall-u]u fil-Ministeru u ħamsa għall-Ambaxxati u/jew Konsolati. In-nefqa tammonta għal Lm 68,367. Dan il-Ministeru għandu 62 vettura li 35 minnhom jintu]aw fl-Ambaxxati u/jew Konsolati, filwaqt li 6 vetturi oħra huma beyond economical repair u qegħdin fil-proċess li jinbiegħu jew jiġu scrapped.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:11333                   Data:   04/03/2005

Seduta Numru:250 - 16/03/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Tas-Sliema - Chalet

L-Onorevoli STEFAN BUONTEMPO

staqsa lill-Onorevoli JESMOND MUGLIETT (Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq):

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-Chalet ta' Tas-Sliema hux se jiġi żviluppat?

Tweġiba:

Ninsab infurmat li bħalissa l-iżvilupp fuq ix-Chalet ta’ Tas-Sliema għaddej mill-aħħar fażi ta’ deċiżjonijiet fuq il-permess li huwa marbut ma’ l-EIA li ġie kummissjonat mill-MEPA.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:10948                   Data:   16/02/2005

Seduta Numru:243 - 01/03/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     ETC - Karozza Alfa Romeo

L-Onorevoli CHRIS AGIUS

staqsa lill-Onorevoli LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi):

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li karozza Alfa Romeo proprjeta' tal-ETC se tinbiegħ? Kif se jsir dan il-bejgħ? Kemm inxtrat din il-karozza u meta?

Tweġiba:

Ninsab informat li l-Bord ta' l-ETC iddeċida li jbiegħ il-karozza msemmija li nxtrat sitt snin ilu bil-prezz ta' Lm8203 għall-prezz ta' Lm3400 li jirrepreżenta il-valur deprezzat fuq il-kotba ta' l-ETC.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:11046                   Data:   22/02/2005

Seduta Numru:242 - 28/02/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Tribunal għall-Investigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji

L-Onorevoli JOSE' HERRERA

staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi):

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġie kkundannat iħallas komplessivament il-gvern in linea ta' danni mit-tribunal għall-investigazzjonijet ta' l-inġustizzji? Jista' jgħid kemm hemm sentenzi mogħtija minn dan it-tribunal li għadhom sal-lum mhux implimentati u jagħti spjega?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi l-Gvern sal-lum ħallas l-ammont ta’ Lm511,297.33 li minnhom Lm385,191.61 ingħataw f’Kumpens li jinkludi Lm201.11 b’riżultat ta’ Amicable Settlement u Lm126,105.72 ingħataw f’Arretrati. In-numru ta’ sentenzi mgħotija minn dan it-Tribunal u li sal-lum għadhom ma ġewx implimentati huwa ta’ 31. Minn dawn hemm 19 fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma qablitx, 2 fejn infetħet Ritrattazzjoni kontra l-individwu, u 10 li qed jiġu kkontestati quddiem il-Qorti Ċivili.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:12208                   Data:   02/05/2005

Seduta Numru:266 - 11/05/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Kunsill Mediku - Tobba barranin

L-Onorevoli SILVIO PARNIS

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):

Jista' il-Ministru jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea kemm tobba minn pajjiżi membri applikaw lill-kunsill mediku biex jaħdmu Malta? Ta' liema speċjalita' huma dawn it-tobba/speċjalisti? Kemm minnhom ingħataw permess biex jaħdmu u f'liema speċjalita'?

Tweġiba:

Ninsab infurmat li minn mindu Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropeja l-Kunsill Mediku ipproċessa sebgħa u għoxrin (27) talba minn tobba/speċjalisti minn stati membri ta' l-istess Unjoni. Minn dawn insibu sbatax (17) Franċiżi fl-ispeċjalita ta' plastic surgeons, tliet (3) tobba Ġermaniżi, tliet (3) tobba Taljani u wieħed (1) mill-Olanda. Il-Kunsill Mediku rċieva u pproċessa wkoll żewġ applikazzjonijiet f'isem żewġ tobba mir-Renju Unit li ġew irreġistrati għal perjodu ta' sentejn. Il-Kunsill Mediku rċieva wkoll talba waħda u proċessaħa minn dentist Ġermaniż. Għall-aħħar parti tad-domand nirreferi lill-Onor. Interpellant lill-Ministru kkonċernat.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:11894                   Data:   12/04/2005

Seduta Numru:265 - 10/05/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Pulizija - Membri

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew membri tal-korp tal-pulizija kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex? Kemm telqu minn jeddhom fl-istess żmien u x'rank kellhom?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 10 membri li tkeċċew mill-Korp tal-Pulizija wara li kienu nstabu ħatja ta' reati kriminali, filwaqt li 6 oħra tneħħew fl-interess pubbliku.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:13138                   Data:   14/06/2005

Seduta Numru:281 - 20/06/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Shelters tal-gwerra

L-Onorevoli FRANCO GALEA

staqsa lill-Onorevoli GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent):

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-MEPA dwar shelters tal-gwerra li jinsabu fi proprjetajiet privati - speċjalment fejn hemm urban conservation zones? X'inhi l-pożizzjoni f'każi fejn dawn jistgħu jiġu meqruda fi żvilupp? Jikkonsidra l-Ministru li dawn ix-shelters għandhom jiġu mħarsa billi aktar ma jgħaddi ż-żmien, inqas hemm każi ta' shelters intatti u aktar ikollhom valur storiku?

Tweġiba:

Ix-Xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija llum għandhom 65 sena u għalhekk jikkwalifikaw bħala antikitajiet għall-iskop tal-liġijiet Maltin permezz ta' Artiklu 3 ta' l-Att dwar il-Wirt Kulturali 2002 (qabel magħrufa bħala l-Att dwar il Protezzjoni ta' l-Antikitajiet, 1925), irrispettivament fejn jinstabu. F'każijiet ta' sejbien ta' xelters waqt żvilupp, anke f'propjeta' privata, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tagħmel ħilitha sabiex ma' ssirx ħsara lil dawn ix-xelters. Ħafna mix-xelters jinsabu fiż-Żoni tal-Konservazzjoni Urbana peress li f'dawn iċ-ċentri antiki kienu jgħixu l-maġġoranza tal-Maltin. Uħud mix-xelters jinstabu taħt it-toroq u l-bini, oħrajn imħaffra fis-swar. F'każ ta' sejbien ta' xelters waqt li jkun qed isir żvilupp l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar MEPA normalment tipprova tilħaq ftehim bejn il-partijiet konċernati, inkluż is-sid tal-propjetà, sabiex l-antikitajiet jiġu salvagwardjati. Fejn hu possibbli l-perit jintalab ibiddel parti mid-disinn ta' l-iżvilupp propost sabiex jikkonserva l-antikitajiet misjuba fil-post. Dawn l-aħħar snin diversi xelters ġew irrestawrati u miftuħa għall-pubbliku bħala attrazzjoni edukattiva, kulturali u turistika. B'hekk, dawn ix-xelters kattru r-repertorju kulturali Malti minn żmien il-preistorja sal-passat riċenti.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:13010                   Data:   13/06/2005

Seduta Numru:281 - 20/06/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Importazzjoni ta' armi

L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impurtati armi f'dawn l-aħħar sitt xhur u li ma kienux snieter jew air guns?

Jista' jgħid min kellu l-permess li jimpurtahom u x'kalibru u kwalita' kienu?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u s-16 ta’ Ġunju ta’ l-2005 ġew importati 214 arma, kif jidher hawn taħt:

Carbine                        3          Persussion Muskett       5          Rifle                             65

Dagger                         1          Pistol                            61        Flintlock Muskett          12

Sub machine gun           1          Harpoon                       40        Revolver                       20

Flintlock Pistol  2          Bayonette                     2          Knife                            1

Sword                          1         

 

Ma nħossx illi tagħrif personali dwar l-importaturi għandu jkun ippublikat. Dwar armi li m'humiex snieter tal-kaċċa jew airguns, dawn jiġu importati għax huma antiki jew artistiċi.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:12834                   Data:   31/05/2005

Seduta Numru:279 - 14/06/2005 06:00 PM

Seduta Interim:          281 20/06/2005 06:00 PM

Titlu:     Fondi lil Malta mill-Unjoni Ewropea

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi):

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm irċeviet flus Malta mill-Unjoni Ewropea minn meta saret membru u kemm ikkontribwiet fl-istess żmien?

Tweġiba:

Matul il-perjodu ndikat mill-Onorevoli Interpellant, Malta rċiviet l-ammont ta’ Lm46,231,717 mill-Unjoni Ewropea filwaqt li kkontribwixxiet l-ammont ta’ Lm25,965,865 sabiex b’hekk fadal bilanċ ta’ Lm20,265,852.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:13126                   Data:   13/06/2005

Seduta Numru:289 - 11/07/2005 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Korp tal-pulizija - Membri

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pulizija llum u x'rank għandhom? Kemm hemm nisa u irġiel u kemm ilhom fil-korp? Kemm hemm membri li ilhom aktar minn 25 sena u kif u f'liema sezzjoni, skwadri, eċċ. huma mqassmin?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,726 membru fil-Korp tal-Pulizija. Dawn huma mqassma kif ġej:

 

Irġiel     Nisa     Aktar minn 25 sena servizz

Kummissarju                            1          -                       1

Deputat Kummissarju               1          -                       1

Assistent Kummissarju  9          -                       7

Supretendent                            20        1                      10

Spettur                                     76        15                    9

Surġent Maġġur                        1          -                       1

Surġent                         282      25                    49

Kuntistabbli                              1,086   209                  90

 

Ma nħossx li tagħrif aktar dettaljat dwar l-operat tal-Korp tal-Pulizija għandu jkun ippublikat.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:15761                   Data:   14/11/2005

Seduta Numru:338 - 10/01/2006 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Vapuri tal-gwerra

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli ĊENSU GALEA (Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni):

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra din is-sena u x'tip kienu?

Tweġiba:

Jien infurmat li fit-2005 in-numru ta' żjarat ta' vapuri navali li daħlu Malta kien ta' 31 li kienu 11 frigati, 1 Landing Ship, 1 Cruiser, 6 Destroyer, 3 Training Ship,1 Submarine, 1 Corvett, 2 Auxiliary Ship, 1 Salvage Boat, 2 Assault Ship, 1 Oceangraphic u 1 Support vessel.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:17976                   Data:   20/03/2006

Seduta Numru:371 - 28/03/2006 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Green Wardens

L-Onorevoli CHARLES BUHAGIAR

staqsa lill-Onorevoli GEORGE PULLICINO (Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent):

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-green wardens pajżana għandhomx xi forma ta' identity card li jridu juru lil persuna qabel ma jħarrku lill-istess persuna? Jaf il-Ministru li hemm minn dawn il-wardens irġiel li jmorru fuq xogħolhom bil-misluta f'xuftejhom?

Tweġiba:

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Green Wardens għandhom identity card maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija, u din irridu jippreżentawha meta jħarku xi persuna. Irrid ngħid li jista' jkun hemm xi każijiet fejn il-persuna li tkun qed twettaq ir-rejat ma tobdix l-ordni tal-Green Warden, u tibqa' għaddejja. Għalhekk, f'każijiet bħal dawn, il-gwardjan ma jkunx jista' juri l-identity card. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, irid jingħad li l-green wardens huma impjegati ta' żewġ aġenziji prinċipali li joffru dan is-servizz.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:18314                   Data:   05/04/2006

Seduta Numru:378 - 26/04/2006 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Sptarijiet - Operazzjonijiet

L-Onorevoli LEO BRINCAT

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):

 

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16428, 17109 u 17529 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?

Tweġiba:

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġejja hawn taħt:

Dipartiment                   Numru ta' Pazjenti        L-iktar Stennija

Kirurġija Ġenerali         1595                            Sentejn u nofs

Uroloġija                      420                              Ħdax-il xahar

Newrokirurġija 19                                Xahrejn

Kirurġija Plastika          136                              Sena u nofs

Kirurġija tat-tfal            246                              Tmien xhur

ENT                             296                              Ħames xhur

Ġinekoloġija                 369                              Tliet xhur

Oftalmoloġija                3570                            Sentejn u nofs

Ortopedija                    6650                            Erba' snin

Kirurġija tal-Qalb         25                                Sitt ġimgħat

Dentistrija                     52                                Tliet xhur

 

Nixtieq inżid li l-emerġenzi jsiru minnufih u l-urġenti f'qasir żmien. L-operazzjonijiet iż-żgħar u mhux urġenti jsiru meta jkun hemm ħin għalihom. Għalkemm l-iktar żmien ta' stennija huwa ndikat, dan jiddependi skond id-domanda għall-Konsulenti partikolari. Nixtieq ngħid ukoll li fix-xhur tax-xitwa l-operazzjonijiet mhux urġenti jitnaqsu minħabba s-sitwazzjoni tas-sodod fl-Isptar San Luqa.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:19519                   Data:   05/06/2006

Seduta Numru:395 - 12/06/2006 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Eurovision Song Festival

L-Onorevoli EVARIST BARTOLO

staqsa lill-Onorevoli FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Turiżmu u Kultura):

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19368 u 19421 u jgħid kemm ġie jiswa l-festival fejn intagħżlet il-kanzunetta Maltija għall-Eurovision 2006? Kemm nefaq il- kumitat li jmexxi dan il-festival fl-aħħar sena? Fuq xiex saru n-nefqiet ta' dan il-kumitat? Kemm swiet b'kollox il-parteċipazzjoni Maltija fil-Eurovision 2006? F'kemm pajjiżi saret promozzjoni favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-Eurovision 2006? Kemm swiet din il-promozzjoni? Min siefer biex jagħmel din il-promozzjoni u kemm intnefaq fuq is-safar? Kemm swew il-persuni barranin li akkumpanjaw lill-kantant Malti waqt il-kanzunetta tiegħu fil-Eurovision 2006? Kemm telgħu persuni jakkumpanjaw lill-kantant Malti għall-Eurovision 2006 f'Ateni? Kemm swiet l-akkomodazzjoni u l-ispiża tas-safar u nefqiet oħra f'Ateni?

Tweġiba:

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella (A) li turi l-infieq u d-dħul marbut mal-Festival Kanzunetta Maltija għall-Europa u l-parteċipazzjoni ta' Malta fil-festival tal-Eurvision. Qed inqiegħed ukoll tabella (B) bl-informazzjoni dwar fejn saret il-promozzjoni. Kien hemm tnax-il persuna jakkompanjaw il-kantant Malti f’Ateni u n-nefqa globali kienet tammonta għal Lm11,892.50.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:18934                   Data:   04/05/2006

Seduta Numru:395 - 12/06/2006 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Vetturi clamped u towed away

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew clamped u towed away veikoli s-sena l-oħra u minfejn? Kemm minnhom kienu tal-kiri?

Tweġiba:

Għal dak li jirrigwardja l-Kunsill Lokali ninsab infurmat illi fis-sena 2005 ma ġiet ikklampjata l-ebda vettura, filwaqt illi 355 il-vettura ġiet irmonkata (towed). Minn dawn, 36 kienu vetturi tal-kiri. Il-lokalitajiet li fihom ġew irmonkati dawn il-vetturi huma kif jidher fit-Tabella "A" li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella "B" li turi l-informazzjoni dwar vetturi li ġew clamped jew towed mill-Pulizija. Locality tindika Distrett tal-Pulizija.

 

 

Leġislatura X                                     Kategorija  ORAL

Mistoqsija Numru: 20902                  Data: 03/10/2006

Seduta Numru: 437 - 11/10/2006 06:00 PM

Seduta Interim: 

Titlu: Ajruplani tal-gwerra 

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli MICHAEL FRENDO (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin):

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu ajruplani tal-gwerra fl-ispazju ta' l-ajru Malti din is-sena? Ta' liema nazzjonalita' kienu u kemm minn dawn niżlu Malta?

Tweġiba:

Matul din is-sena kien hemm total ta’ 313 ajruplan militari li daħlu fl-ispazju ta’ l-ajru Malti u minnhom 102 niżlu Malta.

In-nazzjonalitajiet kienu varji, u cioe` : Italy, USA, France, Tunis, Algeria, Libya, China, Serb/Mont, Germany, Russia, Macedonia, Turkmenistan, Greece, Mozambique, Spain, UAE, Gabon, Oman, UK, Canada, Uruguay, Brazil, Ethopia, Netherlands, Croatia, Pakistan, Serbia, Saudi Arabia, Kazakhstan, Portugal, Botswana, Turkey, Bulgaria, Sudan, South Africa, Poland, Morocco, Sweden, United Nations, Egypt, Denmark, Philipinnes, Switzerland, Colombia, Syria, Venezuela, Mali, Ireland, Rep Of Korea, Luxembourg, Angola.

 

 

Leġislatura X                                     Kategorija  ORAL

Mistoqsija Numru: 20483                  Data: 04/08/2006

Seduta Numru: 433 - 03/10/2006 06:00 PM

Seduta Interim: 

Titlu: Importazzjoni ta' Armi tan-Nar 

L-Onorevoli CHRIS CARDONA

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew importati armi tan-nar din is-sena s'issa u x'tip kienu?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u t-12 ta’ Settembru 2006 ġew importati 1,847 armi tan-nar, kif jidher hawn taħt:

 

Pin fire revolver            3                      Matchlock pistol           10                   

Machine gun                 3                      Air pistol                      95

Air rifle                         366                  Mortar                         1                                 

Sub machine gun           1                      Carbine                        10

Matchlock musket        10                    Percussion cap pistol    3         

Muzzlegun                    1                      Percussion revolver       2

Flare pistol                   3                      Pepper box revolver     1         

Shotgun                        446                  Revolver                       89

Pistol                            379                  Flintlock musket           5                     

Rifle                             403                  Percussion musket        2

Paintball gun                 8                      Flintlock pistol 6  

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:     22233              Data:   20/11/2006

Seduta Numru:           470 - 27/11/2006 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Sptar San Luqa - Każi ta' Food Poisoning

L-Onorevoli MICHAEL FARRUGIA

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22088 u jgħid fl-aħħar xahar kemm kien hemm każi ta' food poisoning fl-isptar San Luqa? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm każi ta' food poisoning fuq pazjenti u kemm kien hemm impjegati affettwati? X'kienet il-kawża?

Tweġiba:

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-10, 11, 12 ta' Novembru 2006 d-dipartiment tas-Saħħa Pubblika ġie nfurmat li hemm numru ta' pazjenti residenti fl-Isptar San Luqa li kienu qegħdin ibatu b'gastroenterite. Meta dan id-dipartiment investiga dan l-avveniment, instab li kien hemm total ta' 45 każijiet ta' gastrioenterite f'pazjenti u żewġ każijiet f'impjegati. Testijiet fuq dawn il-każijiet irriżulta li dawn il-pazjenti kienu qegħdin ibatu minn Norovirus.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:23186                   Data:   17/01/2007

Seduta Numru:493 - 12/02/2007 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Pulizija

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pulizija illum? X'rank għandhom? X'sess għandhom f'kull rank u kemm ilhom fil-korp?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:

 

Rank                Fil-preżent        Irġiel     Nisa     Aktar minn 25 sena servizz

Kummissarju    1                      1          -                       1

D/Kumm          1                      1          -                       1

Ass. Kumm      9                      9          -                       7

Supt                 24                    21        3                      6

Spettur             80                    69        11                    8

1/SM               2                      2          -                       2

2/SM               29                    25        4                      11

Surġent 301                  279      22                    28

Kuntistabbli      1,306               1,087   219                  83

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:24358                   Data:   07/03/2007

Seduta Numru:           505 - 12/03/2007 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Sptar Mater Dei - Servizz ta' PET Scan

L-Onorevoli JOE MIZZI

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-isptar Mater Dei hux se jkun hemm servizz ta' PET Scan?

Tweġiba:

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal issa mhux ser jingħata servizz ta' PET Scan fl-isptar Mater Dei.

 

 

Leġislatura     X                                 Kategorija      ORAL

Mistoqsija Numru:     21050              Data:   06/10/2006

Seduta Numru:437 - 11/10/2006 06:00 PM

Seduta Interim:         

Titlu:     Sptar Mater Dei

L-Onorevoli CHARLES BUHAGIAR

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi stmata n-nefqa rikorrenti għall-isptar Mater Dei?

Tweġiba:

Ninsab infurmat li l-istima tan-nefqa fuq l-operat tal-Isptar Mater Dei hija ta' Lm4,278,000 fix-xahar. Din iċ-ċifra ma tinkludix l-ispejjez tal-mediċini u l-materjali farmaċewtiċi użati mill-pazjenti.

 

 

Leġislatura X                                     Kategorija ORAL

Mistoqsija Numru: 28790                  Data: 05/11/2007

Seduta: 588 - 13/11/2007 06:00 PM

Seduta Interim: 

Titlu: Ħaddiema barranin 

L-Onorevoli LEO BRINCAT

staqsa lill-Onorevoli LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi):

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-net inflow ta' ħaddiema barranin lejn Malta matul is-sena 2006 u 2007 sal-lum? Kemm hawn ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta bħalissa? Kemm minnhom ġejjin mill-Unjoni Ewropea? Kemm minnhom ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea?

Tweġiba:

Informat li n-net inflow ta' ħaddiema barranin (jigifieri, id-differenza bejn dawk li nghataw permess ta’ xoghol u dawk li ma ġġeddidilhomx il–permess, huma ta' liema nazzjonalita huma) lejn Malta matul is-sena 2006 kien ta’ 3448 u n-net inflow ta’ ħaddiema barranin lejn Malta matul is-sena 2007 sal-lum kien ta’ 3475. In-numru ta’ ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta bħalissa huwa ta' 5752 li minnhom 2602 ġejjin mill-Unjoni Ewropea u 3150 ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea.

 

 

Leġislatura X                                     Kategorija ORAL

Mistoqsija Numru: 29357                  Data: 14/12/2007

Seduta: 604 - 08/01/2008 06:00 PM

Seduta Interim: 

Titlu: Nurses Barranin 

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'):

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nurses barranin jaħdmu Malta illum? Minn fejn huma? Kemm hu n-numru li applikaw biex jiġu jaħdmu Malta wara s-sejħa li saret dan l-aħħar?

Tweġiba:

In-numru ta' Nurses ta' nazzjonalita' barranija li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' huwa ta' 29. In-nazzjonalita' ta' dawn in-Nurses huma elenkati hawn taħt:

 

Serbia & Montenegro 3                                    Philippines 3

Poland 3                                                           Albania 2

Bosnia 2                                                           Nigeria 4

Germany 2                                                       United Kingdom 2

India 1                                                              Pakistan 2

Bulgaria 1                                                         Russia 1

Slovak Republic 1                                            Finland 1

Greece 1

 

 

Leġislatura X                                     Kategorija ORAL

Mistoqsija Numru: 29374      Data: 14/12/2007

Seduta: 607 - 15/01/2008 06:00 PM

Seduta Interim: 

Titlu: Tipjip 

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO

staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jpejpu f'postijiet projbiti din is-sena?

Tweġiba:

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2007, kien hemm 1,275 persuna li nqabdu mill-pulizija jpejpu f'postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit.

 

 

Leġislatura X                                     Kategorija ORAL

Mistoqsija Numru: 27065                  Data: 03/07/2007

Seduta: 548 - 09/07/2007 06:00 PM

Seduta Interim: 609 21/01/2008 06:00 PM

Titlu: Ċerimonja ta' l-isptar 

L-Onorevoli MICHAEL FARRUGIA

staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi):

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju, 2007 fl-isptar Mater Dei? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż?

Tweġiba:

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:

· It-tlestija u l-Handling Over ta’ Sptar Mater Dei minn għand Skanska Malta JV għal għand il-Gvern ta’ Malta ġiet iċċelebrata b’numru ta’ attivitajiet li seħħew bejn id-29 ta’ Ġunju 2007 u l-1 ta’ Lulju 2007. Il-kunċett ġenerali kien wieħed ta’ promozzjoni tal-kura tas-saħħa.

· L-attivitajiet prinċipali kienu: 1). Ċelebrazzjoni dinjituża tat-tlestija ta’ l-akbar proġett nazzjonali. 2). Eżerċizzju ta’ familjarizzazjoni permezz ta’ Open Weekend fejn il-poplu ġie mistieden iżur u jara b’għajnejh dan il-proġett ta’ sptar state of the art. 3). Eżerċizzju ta’ Promozzjoni tas-Saħħa fejn ġie organizzat Health Festival biex wara li wieħed ikun ra l-faċilitajiet disponibbli, jiġi mħeġġeġ jieħu ħsieb saħħtu permezz ta’ mezzi ta’ prevenzjoni: primarjament billi jiekol ikel bnin, jagħmel eżerċizzju fiżiku, jibża’ għall-ambjent, jagħmel screening tal-kundizzjonijiet tiegħu u billi jevita dak li jagħmillu l-ħsara.

· L-attivitajiet kienu ta’ suċċess kbir tant li huwa stmat li 1). Aktar minn 80,000 persuna żaru dan il-proġett matul dawn it-tlett ijiem. 2). 2,500 għamlu testijiet mediċi ta’ prevenzjoni. 3). Eluf oħra ħadu sehem f’attivitajiet ta’ eżerċizzju fiżiku u sport filwaqt li kielu ikel bnin mir-restaurant armat għall-okkażjoni.

In-nefqa totali, eskluż il-VAT għal dan il-weekend, kienet ta’ Lm56,797.48 jew 71 ċenteżmu għal kull persuna li pparteċipat f’dawn l-avvenimenti. Il-breakdown ta’ l-ispejjeż qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

 

Leġislatura XI Kategorija ORAL

Mistoqsija Numru: 19858 Data: 04/10/2010

Seduta: 283 - 11/11/2010 09:00 AM

Seduta Interim: 

Titlu: ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt - nefqa

L-Onorevoli ANTHONY AGIUS DECELIS

staqsa lill-Onorevoli AUSTIN GATT (Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni):

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa iċ-ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt u jekk dawn il-flus kenux inklużi mal-istima oriġinali ta' kemm se jiġi jiswa l-proġett innifsu?

Tweġiba:

Ninsab infurmat li ċ-ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt ġiet tiswa' €61,039. Dawn il-flus m'għandhomx x'jaqsmu mal-budget tal-proġett.

 

 

 

 

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX