Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

 

 

Fis-sena 1996, konna fil-kampanja elettorali. Kont bdejt nipprepara xi artikli ghal pubblikazzjoni f'The Times ghal qabel l-elezzjoni.

 

Fl-20 ta' Mejju ktibt l-ewwel artiklu.

 

Fil-21 ta' Mejju ktibt it-tieni artiklu.

 

Fit-28 ta' Mejju ktibt it-tielet artiklu.

 

Fid-29 ta' Mejju nircievi ittra mid-deputy editor ta' The Times fejn qalli, “Thank you for your letters to the editor dated May 20 and May 21. It is our intention to publish them, but I would appreciate it if you could phone me on 221168 as soon as possible. I am available every day ...”

 

Mela The Times ikkonfermat li kienet ser tippublika l-artikli. Minhabba f'hekk jien ma kellix ghalfejn immur ghand xi gazzetti ohra galadarba The Times accettat li tippublikhom. B'hekk kont dhalt f'xibka minghajr ma kont naf. Meta cempilt lid-deputy editor, qalli li ried aktar informazzjoni dwar l-ewwel artiklu. Forsi haseb li b'hekk kien ser jaqtaghli qalbi? Ghamilt dak li qalli u tajtu l-informazzjoni li talabni f'ittra ddatata 23 ta' Gunju.

 

Fl-1 ta' Lulju ktibt r-raba artiklu.

 

Waqt Lulju u Awwissu bqajt nistenna l-pubblikazzjoni tal-artikli f'The Times. Iz-zmien kien ghaddej gmielu.

 

Fis-6 ta' Settembru ktibt lid-deputy editor u ghidtlu li ghadda zmien izzejjed u li minhabba n-natura tal-artikli whud minnhom kellhom jigu aggornati.

 

Ghaddew tlett gimghat ohra.

 

Fit-23 ta' Settembru wara diversi attentati sabiex inkellem lid-deputy editor, irnexxieli nkelmu u qalli li ried ikellem lill-editur dwar l-artikli dakinhar stess. Qalli sabiex nerga incempillu xi granet wara.

 

Tajthom gimgha ohra. Ergajt cempiltlu u qalli li m'ghandux risposta u qalli biex ma ncempillux fil-gurnata tat-Tnejn. Qalli ncempillu l-Erbgha.

 

Ergajt cempilt u qalli li kien ghadu ma kellimx lill-editur u qalli biex nerga ncempillu aktar tard!! Ergajt cempilt u qalli li l-editur kien ghadu ma qarax l-artikli u kellu x'jaghmel!! Ghidtlu li ma kontx kuntent fuq kif imxew mieghi u ghidtlu li mhux ser nerga ncempillu ghax kien qieghed jahlili l-hin tieghi. Fakkartu li l-artikli kienu ghandhom minn Mejju. Qalli li hu kien qara l-artikli kollha u ma kellu l-ebda oggezzjoni ghalihom.

 

26 t'Ottubru - JUM L-ELEZZJONI GENERALI u l-ebda artiklu tieghi ma gie ppublikat.

 

RAJTUHA L-LIBERTA TAL-ESPRESSJONI SKOND THE TIMES?

 

L-unika konsolazzjoni li kelli kienet li l-MLP kien rebah l-elezzjoni imma xorta jibqa l-fatt li The Times kienet vili, gidbet u ghalqitli halqi biex ma nsemmax lehni. Tahseb li dak kien kollox? ASSOLUTAMENT LE. Komplu aqraw.

 

Ovvjament huwa mpossibli ninsa dak li ghamlitli The Times. Dawk li jhabtu fuq sidirhom u jriduna nemmnuhom li jaqbzu ghaz-zghir u ghal dak li m'ghandux lehen. Ipokriti aktar minnhom Alla jrid johloq.

 

Mela konna fil-kampanja elettorali tal-1998. Din id-darba ktibt artiklu wiehed biss. Iva wiehed biss. Hsibt li l-messagg tieghi stajt nibaghtu f'artiklu wiehed. Bghattu lill-editur fil-bidu t'Awwissu 1998. Pero din id-darba bghattlu nota fejn ghidtlu, “L-unika kontribuzzjoni tieghi fil-kampanja elettorali hija l-artiklu t'hawn taht. Nispera illi ma tergax tirrepeti l-manuvri li bihom kont irnexxielek izzommni milli nsemma lehni sentejn ilu. Ghalhekk qieghed nitlob li nkun naf l-intenzjonijiet tieghek dwar dan l-artiklu u dan nitolbu minnek minnufih. Grazzi.”

 

Ma stajtx inhallih jerga jitmejjel bija u jhallini nistenna mill-lum ghal ghada, ghal gimgha ta' wara, ghax-xahar ta' wara... L-anqas tahsbu x'ghamel l-editur. BGHATTLI L-ARTIKLU LURA b'nota bl-Ingliz (ma jafx jikteb bil-Malti?) u ghajjarni li mhux ser jippublika l-artiklu tieghi ghax JIEN ARROGANTI!!!! Iva hekk qal. Jien kont l-arroganti ghax ma ridtux jitmejjel bija u jaghlaqli halqi. Jien kont l-arroganti? Inkredibli imma vera. Hu jaghmel li jrid ghax ghandu s-sahha, jien pupu f'idejh ghax bid-drittijiet kollha li ghandi xorta ma nista naghmel xejn u bil-wicc tost kollu jghid li jien arroganti! The Times issawtek u ghax tghid ajma terga ssawtek ghax ftaht halqek!! Araw min irid jghallimna d-demokrazija.

 

Fl-editorjal tal-harga tat-Times tal-4 ta' April 2003 l-editur bil-wicc tost, bl-akbar dizonesta, bl-akbar ipokrizija qal, “The Times . . . has done so without elbowing out of its columns views that run contrary to its own.”

 

Miskin l-editur f'hiex gabha l-gazzetta!

 

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX