Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

 

Prijoritajiet imhawwdin ta' gvern bla qalb!

Kaz numru 1

Il-Gvern Nazzjonalista ma qadx jahsibha darbtejn biex jonfoq Lm9 MILJUNI fuq blokk bini fi Brussell li Malta m’ghandiex bzonnu.

 

Imma meta nigu ghal-morda, dak mod iehor, il-gvern ihallihom jinqdew f’ambulanzi se jaqghu bicciet u zamm lura milli jixtri ambulanzi godda, moderni u komdi kif kull marid ghandu dritt li juza f’kaz ta’ mard jew incidenti.

 

PIETA', Malta (di-ve news)--March 13, 2006 -- 1630CET-- The Union Haddiema Maghqudin (UHM) said the emergency ambulance service might be hit by industrial actions soon if the ambulance fleet is not replaced or increased. It said that a good number of ambulances are very often off the road for repairs and are not being replaced. This is putting a lot of mental and phyiscal strain on the ambulance drivers as they are not keeping up with the amount of emergency calls, the union said.

 

Union laments condition of ambulances

“Ambulance drivers are suffering from physical and mental pressure because there are no ambulances to replace others which break down, the Union Haddiema Maghqudin said yesterday.”

The Times 14.3.2006

 

X’hemm ghalfejn infittxu ghaliex il-PN tilef kull kuxjenza socjali, meta ghandna provi abbundanti madwarna.

 

Kaz numru 2

Kif jahdem il-gvern Nazzjonalista . . . dak tal-kuxjenza socjali.

 

L-Ewwel

 

Il-Gvern iddecieda li jiffranka ftit tal-flus billi waqqaf il-festini kollha ghal-Milied u l-Ewwel tas-Sena ghal-haddiema tieghu. Johrog cirkulari 47/2003 li tghid, “Public funds should not go towards any Christmas parties, lunches or dinners for staff or other invitees ...”

 

It-Tieni

 

Il-flus li ffranka, xorta nefaqhom mod iehor. The Times tghidilna li, “Only the Prime Minister will be holding receptions for heads of departments, non-government organisations and so forth.” Rajtuh fejnu l-ispirtu tal-Milied? Rajtuha l-kuxjenza socjali?

 

Il-GWU u l-MLP rrifjutaw inviti li waslulhom sabiex jattendu ghall-festini, dan bhala turija ta' solidarjeta mall-haddiema tal-gvern li ma thallewx jiehdu sehem f'dawn il-festini tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.

 

Kaz numru 3

Aktar provi tan-nuqqas ta’ kuxjenza socjali tal-Gvern Nazzjonalista …

 

Awwissu 2006

 

Mort St. Luke’s biex nara marid. Sibt li fil-ward fejn kien ma kellhomx imhaded bizzejjed u uzaw gvieret biex jimlew l-investa biex taparsi jaghmlu mhadda. Gharukaza ghidt jien, kemm dan il-gvern ixxotta mill-flus.

 

X’gara imma fl-istess xahar mal-hbieb tal-hbieb?

 

Ic-chairman u CEO tal-Awtorita tat-Turizmu Romwald Lungaro Mifsud irrizenja f’Lulju 2006 b’effett mill-ahhar t’Awwissu 2006. Xejn specjali f’dan. Li sar wara pero wera bic-car fejn il-Gvern qieghed jiffoka l-flus tieghu. Minkejja li Lungaro Mifsud irrizenja, il-Gvern iddecieda li jibqa jhallsu l-paga sa’ MARZU TAS-SENA 2007!!! Jigifieri Lungaro Mifsud se jibqa jaqla paga ta’ Lm480 FIL-GIMGHA meta l-anqas biss jahdem. Anzi lil dan Lungaro Mifsud se jaghtuh il-karozza tal-kumpanija u l-mobile tieghu jithallas mill-Awtorita tat-Turizmu. Ta’ x’hiex dan? TA’ XEJN GHAX LUNGARO MIFSUD IRRIZENJA MINN JEDDU MILL-KARIGA TIEGHU.

 

Il-ferita tkompli tikber meta naraw x’qal il-Ministru Zammit Dimech: “Lm12,000, would not make the “slightest difference” to the tourism budget, adding that anyone that was making an issue of it was being vindictive. “The government will make up the amount if necessary.” – The Times 12.8.2006

 

Prosit, mela fejn jidhlu l-hbieb tal-hbieb, il-Gvern jaghmel kollox biex ipaxxihom anzi jara minn fejn isib il-flus biex ma jmorrux ikunu skomdi. Pero l-morda le, ghal dawk m’hemmx flus bizzejjed biex jaghtuhom imhaded biex imiddu rashom fuqhom u l-anqas biss jikkonsidra jara minn fejn isib il-flus ghal dawn il-bzonnijiet bazici bhal ma ghamel fil-kaz ta’ Lungaro Mifsud.

 

Ikkalkulaw inthom kemm tixtri mhaded ghall-morda bi Lm12,000 li hlewhom fuq persuna li se tibqa tithallas minghajr ma tahdem.

 

Kaz numru 4

L-ardir ta’ min jilghabha tat-tarka tal-kuxjenza socjali:

 

“The Inland Revenue Department has sent no less than 299 demands to relatives of deceased persons asking them for unpaid income tax. The total sum demanded amounted to Lm845,000, Prime Minister Lawrence Gonzi told Robert Arrigo. Dr Gonzi justified sending such demands to relatives of the dead due to the fact that the dead persons ‘did not raise any objection”. – The Malta Independent 3.11.2006

 

Kaz numru 5

F’Lulju 2006, il-Ministru Tonio Borg habbar li kienu ntefqu aktar minn Lm26,000 fuq xoghol fuq il-bieb ta’ barra tal-Qorti.

 

Minn naha l-ohra, is-sewwieqa tal-ambulanzi kienu ilhom mis-sena 2003 jitolbu ghal apparat ta’ ventilazzjoni fil-garaxx tal-ambulanzi biex ma jibqghux jibilghu l-exhaust tal-karozzi. Imma ghal xejn ghax l-apparat baqa ma nxtarax. Il-union taghhom ukoll ordnat azzjonijiet industrijali.

 

Kaz numru 6

F’editorjal ta’ The Malta Independent tal-21 ta’Frar 2007, il-gazzetta fakkret li kienu ghaddew 10 snin ta’ diskussjonijiet bejn il-Gvern u c-Chamber of Pharmacists u c-Chamber for Small and Medium Sized Enterprises dwar l-iskema fejn dawk li huma ntitolati ghall-medicini jkunu jistghu jiehduhom mill-ispizerija fejn joqghodu. 10 snin jkaxkar saqajh il-gvern minhabba hlas ta’ Lm1 miljun. L-editorjal gustament fakkar fit-tbatija ta’ dawk li jkollhom imorru fi spizerija tal-gvern biex jinqdew (meta jinqdew). Mhux biss minhabba li jridu jistennew fil-kju u f’xi kazi ghalxejn ukoll ghax medicina gieli tkun out-of-stock, imma ghandhom l-iskarigg li f’hafna kazi jridu jmorru l-boghod minn djarhom sakemm isibu l-ispizerija tal-Gvern, fl-istess waqt li spizeriji privati hawn bir-rimi f’Malta minn fejn jistghu jingabru l-medicini.

 

Minn naha l-ohra l-Gvern Nazzjonalista dam biss ftit gimghat biex iddecieda li jixtri Dar Malta fi Brussell. L-ispiza kienet Lm10 miljuni. L-anqas biss kellu flus fil-budget biex jixtra dan il-blokk bini imma mar il-parlament u peress li kellu l-maggoranza parlamentari gab Lm10 miljuni aktar mill-budget li kien ghamel ftit gimghat qabel. B’hekk ir-rapprezentanti Maltin fil-Belgju ghandhom post modern u komdu, ftit passi biss il-boghod mill-Kummissjoni Ewropea. Blokk bini li huwa ta’ daqs esagerat ghall-bzonnijiet ta’ Malta, tant li l-Gvern Nazzjonalista qal li se jikri xi sulari minnu. Imma ghac-cittadini Maltin li ghandhom bzonn il-medicini, m’hemmx din il-kumdita. Ilhom 10 snin jistennew lill-Gvern jiccaqlaq u jibda din l-iskema li tnaqsilhom hafna mit-tbatijiet li ghandhom.

 

Kaz numru 7

Fis-sajf tal-2007, il-Ministru Ninu Zammit inghata Lm70,000 bhala kumpens ghal bicca art zghira filwaqt li haddiehor tawh il-karawett.

 

Imma ghal-kura tal-pazjenti, il-Gvern Nazzjonalista jitqammel. Fil-kaz ta’ dawk li jbaghtu mil-kancer tas-sider, dejjem sabu bibien maghluqin. The Times tghidilna dwar it-talba ta’ Helen Muscat, “Helen Muscat, a founder of the Action for Breast Cancer Foundation, pointed out that they are not receiving the best treatment available from the government. The most notable example is Herceptin treatment, which is effective in one fifth of breast cancer cases. This is not made available by the government.”

 

Min jaf kemm setghu fiequ pazjenti kieku dawk is-Lm70,000 intefqu biex jikkuraw dawn il-pazjenti?

 

Kaz numru 8

Fis-sajf tal-2008 wara l-wirja fqira tal-atleti Maltin fil-loghob olimpiku li saru fic-Cina, id-Direttur tal-Isports tal-Kumitat Olimpiku Malti Pippo Psaila gie kkwotat hekk:

“Funds would raise Malta team out of mediocrity 

by Paul Cachia - [email protected]

Other Sport -- 28 August 2008 -- 16:55CEST

MOC director of sports Pippo Psaila offered a frank analysis of the Maltese athletes' performance in Beijing. … In terms of funding for Malta's perspective Olympians, only the 2003 Games had proper funding and there was an immediate return on that investment when the Maltese athletes won a record medal haul. “Do we really care enough about our participation in the Olympics to make a genuine attempt to improve on our results or are we doomed to mediocrity?” he asked.”

 

Mela flus bizzejjed ghal-atleti Maltin m’hemmx tant li Pippo Psaila jrid lill-Gvern jinvesti aktar sabiex ma nibqghux medjokri. Imma l-Gvern Nazzjonalista ghandu flus biex jahli? Ara dan ir-rapport ta’ The Sunday Times ta’ erbat ijiem biss qabel l-appell ta’ Psaila:

“The Parliamentary Secretary for Youth and Sport, Clyde Puli, spent 16 days in Beijing watching the Olympic Games on a trip that cost the public coffers €7,728. … Sources said that some senior government officials were angered by the length of Mr Puli's stay in Beijing, especially considering that top officials of various countries - even those with prominent and successful athletes - limited their visits to a few days. The Office of the Prime Minister declined to pass judgment on whether Mr Puli's stay was excessive and said that the decision was taken by Culture Minister Dolores Cristina and the Parliamentary Secretary after they received an invitation from the International Olympics Committee.”

 

Kaz numru 9

Il-qrid ta’ John Dalli dwar kemm huma ghaljin il-medicini.

A new chemotherapeutic drug just made available on the NHS was costing €250,000 a year to give to five patients, Social Policy Minister John Dalli said yesterday. … He was making the point about the high cost of introducing new medicines and pointed out that some medications cost a staggering €4,000 for every shot.

The Times 26.3.2009

 

Ghaljin il-medicini hux?!! Imma Lawrence Gonzi xejn ma ddardar iqassam bhala rigal €157,000 lil 9 deputati parlamentari wara l-elezzjoni tal-2008. Biex jghinhom jidhlu fid-dinja tax-xoghol qal Gonzi (tghid mhux hekk!!). Bil-flus li qassam ghal xejn Gonzi, kienu jinghataw 40 doza li jkollhom bzonn pazjenti morda gravi. Dawk iva, dawk hemm bzonnhom, imma li m’hemmx bzonn huwa nfieq bl-addocc u bla ghaqal ta’ flus il-poplu li jistghu jintuzaw biex jikkuraw il-pazjenti fl-isptarijiet tal-Gvern.

 

U araw x’izvelat MaltaToday tas-26 ta’ Novembru 2008, “But to add insult to injury, MaltaToday can confirm that most of these MPs were back to work just months, if not weeks after the March election, some of them in their very own firms where a job was waiting for them.”

 

U aktar …

 

“The former parliamentary secretary Tony Abela, who was paid €14,014 by the government for a ‘terminal benefit’ for former ministers who were no longer selected for Cabinet, was back at work on 11 March – only three days after the 2008 general elections.”

MaltaToday 28.1.2009

 

Kaz numru 10

Vince Farrugia kandidat PN ghall-elezzjonijiet MEP 2009

 

Kif il-Gvern Nazzjonalista ghazel li jzid it-tariffi tad-dawl u l-ilma wara Ottubru 2008

Kaz numru 11

Kaz numru 12

   

Kaz numru 13

Ic-Child Abuse Hotline fl-2008 kien gie mwaqqaf minhabba li ma kienx hemm flus bizzejjed. Dan ikkonfermatu Carmen Zammit, Kummissarju ghat-Tfal. Dan is-servizz ghen biex jinkixfu abbuzi fuq it-tfal tant li bejn Settembru 2006 u Mejju 2008 saru 363 rapport dwar abbuz fuq it-tfal. Il-Gvern tal-kuxjenza socjali pero’ halla dan is-servizz imut.

 

Imma f’Dicembru 2009, l-istess gvern ma ddardar xejn jonfoq €85,000 iva HAMSA U TMENIN ELF EWRO biex jiccelebra l-ftuh tal-pjazza San Gorg il-Belt. Dawn il-flus ma ntefqux biex issir il-pjazza imma biss biex jigi ccelebrat IL-FTUH TAGHHA!!! U t-tfal abbuzati baqghu minghajr refugju ghax m’hemmx flus ghalihom.

 

Kaz numru 14

Kif GonziPN ihaxxen bwiet lil xi whud

L-ghajnuna li GonziPN ta lil single mother li ghandha dhul biss mill-assistenza socjali biex suppost jghinha tlahhaq mal-piz tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma GHAL 6 XHUR. L-ghajnuna kienet biss ta' 1 Euro u 66 centezmi ghal sitt xhur

Kaz numru 15

Lawrence Gonzi jwissi li qeghdin fi krizi

 

U jiehu hsieb li jara li whud ma jbaghtux

U L-BQIJA TAL-HADDIEMA MALTIN? ... heqq dawk jiehdu zieda ta' €1.16 biss fil-gimgha ghas-sena 2011!!

 

Kaz numru 16

GONZIPN inaqqas mijiet ta' eluf ta' Ewro mill-budgets fil-qasam socjali ghas-sena 2012.

Ara d-dokument ufficcjali.

 

 

Kaz numru 17

Iz-zewg ucuh ta' GONZIPN. Ta' gewwa idahluhom maghhom bl-eluf ta' Ewro fix-xahar u l-agenziji socjali inaqsulhom il-mijiet tal-eluf ta' Ewro.

 

 

Bla Kumment

Trid tara biex temmen

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX