Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

Il-kliem

Il-Fatti

Min ma jiftakarx l-ghajta tal-Partit Nazzjonalista Xoghol, Gustizzja u Liberta? Dik l-ghajta rebhithom il-gvern fl-1987. Imma dik l-ghajta hekk biss kienet . . . GHAJTA u xejn aktar . L-ghajta ta’ gustizzja kienet ghajta fil-vojt, ghajta fid-dezert ghal hafna Laburisti li sfaw vittmi ta’ ingustizzji minhabba t-twemmin taghhom. Kieku dik l-ghajta ghamluha XOGHOL ghan-Nazzjonalisti, GUSTIZZJA ghan-Nazzjonalisti u LIBERTA ghan-Nazzjonalisti, kienet tkun ahjar. Kienet aktar tirrifletti l-verita ta’ dak li sehh wara l-elezzjoni tal-1987.

 

Mhux qed nghid li ma kienx hemm post ghal aktar xoghol fil-pajjiz, ghal-aktar liberta u gustizzja imma dak li sehh wara r-rebha Nazzjonalista hasad hafna nies inkluzi Nazzjonalisti li raw lill-partit taghhom iwettaq l-oppost ta’ dak li wieghed meta kien fl-opposizzjoni. Kien hemm min anke telaq mill-PN minhabba dak li sar, kif ser naraw il-quddiem.

 

Ghamilt zmien intella u nnizzel jekk insemmix in-nies b’isimhom, nies vittmi tal-ingustizzji meta suppost il-pajjiz kellu jiehu nifs il-gewwa u jiehu r-ruh. Id-decizjoni ma kienetx facli imma dawn il-vittmi ghandhom iservu biex il-poplu jiftah ghajnejh u jinduna li l-boghod mix-xinxilli u t-tejatrini tal-Partit Nazzjonalista u t-tahbit fuq sidirhom, hemm verita kiefra, verita li toffendi, verita li twegga', verita li l-PN il-hin kollu jahbi. Mela la l-PN jahbi l-verita, halli nikxfuha ahna u nxandruha. Il-persuni li ser insemmi huma bizzejjed biex wiehed ikollu idea tal-mod li bih il-PN fil-gvern mexa mal-haddiema.

 

Minghajr dubbju l-ghar legislatura f’dawk li huma ingustizzji kienet dik bejn l-1987 u l-1992. Sal-1992 partitarji Nazzjonalisti kienu diga bdew jitilqu lill-PN. Kien hemm sforz sabiex il-partit iheggeg lin-Nazzjonalisti jergghu lura. Fil-waqt li l-garr tan-Nazzjonalisti beda jsir fil-miftuh hadd ma kien jikteb pubblikament dwar is-sitwazzjoni li l-PN kien sab ruhu fiha wara biss ftit snin fil-gvern. Ghalhekk meta kien hemm dak il-wiehed li kiteb, l-ghajnejn infethu berah ghax wara dak il-wiehed li kiteb kien hemm mijiet jekk mhux eluf li zammew fommhom sieket.

 

Wiehed mill-ftit li hareg fil-pubbliku d-dispjacir tieghu ghal-mod kif il-PN inbidet kien Victor Mario Abela, li f’Il-Gens f’Lulju tal-1992 kiteb, “JIEN WIEHED LI ILI NIVVOTA PN GHAL AKTAR MINN 30 SENA... ILLUM INHOSS QALBI TINGHAFAS... IL-GUSTIZZJA LI TANT NIFTAHRU BIHA QEGHDA TIGI MZEBILHA B'TALI MANJIERA LI T-TRASPARENZA TAGHHA GHODDHA GHEBET GHAL KOLLOX.”

 

Dawn t’hawn taht huma ftit mill-vittmi.

 

Wiehed mill-vittmi tal-PN kien wiehed minn taghhom stess, DR. GIOVANNI BONELLO. Halli l-ewwel naraw kif ittrattawh il-PN. F’Settembru 1995 kiteb, “THIS DECEPTION ENSURED THAT I GOT NEITHER OF THE TWO POSTS I DESERVED... I HAVE TO EXPOSE ANOTHER FILTHY INDECENCY COMMITTED AGAINST ME.. I HAVE BEEN VILIFIED BEFORE, BUT RARELY SO BEASTFULLY AS THIS. I WAS AGAIN USED AS A STEPPING STONE.” Kellu jkun Gvern Laburista mmexxi minn Dr. Alfred Sant li gharaf din l-ingustizzja kontra Dr. Bonello u rrangaha. I.M. Beck kiteb f’The Times f’Jannar tal-1998, “I AM HAPPY TO NOTE THAT THE INJUSTICE PERPETRATED BY THE NATIONALIST GOVERNMENT ON DR. GIOVANNI BONELLO HAS FINALLY BEEN RIGHTED.”

 

Surgent maggur sofra ingustizzja meta inghata transfers politici u vendikattivi li minhabba fihom kellu jirrizenja mill-Korp tal-Pulizija.

 

ALFRED FARRUGIA li kien suldat fid-Dejma sofra ingustizzja meta minkejja li kien kok tajjeb, tawh xkupa u landa taz-zibel u qalulu biex jigbor iz-zibel.

 

Haddiem tal-Water Services Corporation CARMELO AGIUS sofra ingustizzja meta gie maqbuz minn hafna nies ghal-promozzjoni. Dan affetwalu hazin kemm il-paga tieghu kif ukoll il-penzjoni.

 

JOSEPH DIMECH sofra ingustizzji meta gie trasferit ghall-Water Works Department wara l-elezzjoni tal-1987 u gie maqbuz meta wasal ghall-promozzjoni. Anzi inqabez tlett darbiet.

 

CARMEL TONNA, haddiem mall-Enemalta kien inghata transfer fuq ragunijiet politici ftit wara l-elezzjoni tal-1987.

 

Sewwieq tal-bowser GEORGE CUTAJAR sofra diversi ingustizzji meta taht Gvern Nazzjonalista inghata diversi transfers.

 

L-ex ufficcjal tal-Pulizija CARMEL SCHEMBRI sofra ingustizzja meta fl-1994 ma thallix jerga jidhol fil-korp wara li kien irrizenja minhabba ragunijiet personali. Schembri jemmen li ma thallix jerga jidhol minhabba ragunijiet politici.

 

PETER THAKE sofra ingustizzji meta wara l-elezzjoni tal-1987 inghata numru kbir ta' transfers fil-kumpanija Kalaxlokk.

 

Anke haddiem tal-Maltacom sofra ingustizzja taht il-PN bejn l-1987 u l-1995. Bhal ma gralhom haddiema ohra tat-Telemalta (illum GO).

 

Haddiem iehor CARMELO CALLEJA ukoll sofra ingustizzja meta minhabba l-opinjoni politika tieghu inqabez fil-promozzjonijiet.

 

WALTER TANTI li kien pulizija sofra ingustizzja meta minhabba t-transfers ingusti li inghata waqa f’dipressjoni u kellu jigi boarded out.

 

Haddiem iehor PAUL VELLA sofra ingustizzja meta gie trasferit ingustament wara l-elezzjoni tal-1987.

 

LAWRENCE SCHEMBRI kien vittma iehor tal-ingustizzji taht il-PN wara l-elezzjoni tal-1987.

 

JOSEPH DELCEPPO sofra ingustizzja meta inghata transfer politiku minhabba li kien Laburist.

 

JOSEPH SCHEMBRI sofra ingustizzja meta gie trasferit mill-Public Works Department ghal mal-Water Works Department ftit wara l-elezzjoni tal-1987.

 

Anke s-segretarju generali tal-MLP JIMMY MAGRO sofra ingustizja minn taht idejn l-MDC wara l-elezzjoni tal-1987.

 

Imma l-MDC mhux ma’ Jimmy Magro biss imxiet hazin imma instabet hatja wkoll ta’ diskriminazzjoni politika anke ma’ Dr. MARIO VELLA li kien il-President tal-MLP.

 

Mall-bidla fil-gvern fl-1987 anke announcers fuq it-television tal-istat li kienu Laburisti gew mibdula u dahhlu Nazzjonalisti minn flokhom.

 

SILVIO DEMANUELE sofra ingustizzja meta wara xahrejn mill-elezzjoni tal-1987 gie trasferit minhabba ragunijiet politici.

 

FRANCIS GILFORD kien vittma ohra meta sofra ingustizzja fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

 

EMANUEL SPITERI, suldat fil-Forzi Armati ta’ Malta kien sofra ingustizzja meta inghata transfer ingust wara l-elezzjoni tal-1987.

 

ANTHONY CACHIA inghata diversi transfers vendikattivi meta kien jahdem mall-MDC bejn l-1989 u l-1992.

 

JOSEPH RIZZO sofra ingustizzja meta ma giex promoss ghall-Assistent Kummissarju tal-Pulizija fl-1988.

 

Il-pulizija JOHN MARY CAMILLERI sofra ingustizzja meta fl-1995 ma giex promoss ghal-surgent.

 

JOSEPH BUTTIGIEG sofra ingustizzja meta wara l-elezzjoni tal-1987, inghata transfer ghad-Dipartiment tas-Sahha. Wara biss gurnata xoghol inghata transfer iehor ghal mal-Posta. Wara 36 siegha inghata transfer iehor ghal mad-Dipartiment tal-Avjazzjoni Civili. Wara gimgha baghtuh id-dar sakemm jibghatu ghalih. Imma wara erbat ijiem baghat ghalih l-Establishments Secretary fejn qallu li kellu jahdem minn Kastilja. Wara tawh transfer iehor ghal-Water Department.

 

EDMUND VELLA sofra ingustizzja meta fl-1991 ma nghatax promozzjoni ghal-University Registrar u l-post hadu persuna ohra b’anqas esperjenza u kwalifici.

 

MANUEL RIZZO, MARY ANNE MICALLEF, CARMELO VASSALLO, GAETANO FALZON u EMANUEL R. ABELA haddiema tal-Bank of Valletta sofrew ingustizzja taht il-Gvern Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1995 meta ma nghatawx promozzjoni dovuta lilhom. Manwel Rizzo sofra ingustizzji ohrajn meta nghata diversi transfers minghajr gustifikazzjoni bejn diversi ferghat tal-bank matul l-istess zmien.

 

JOSEPH MASINI, li kien il-president tal-fergha Ghawdxija tal-MLP sofra ingustizzja mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni meta ma thallitx issir revizjoni tal-karti tieghu tal-ezami li kien sar f’April 1992 liema ezami kien ghal Administrative Officers.

 

STEPHEN SALIBA sofra ingustizzja meta nghata erba transfers fil-Mid Med Bank u nghata xoghol li ma kellux jaghmel.

 

SAVIOUR BONNICI sofra ingustizzja meta f'Mejju tal-1987 meta kien jahdem mat-Telemalta, qala' transfer u ma thallix jahdem overtime. Wara li applika u ghamel interview ghal technical officer, il-promozjoni tawha lil haddiehor li kellu anqas esperjenza minnu.

 

EILEEN MONTESIN kienet sofriet ingustizzja meta wara li tela' l-PN fil-Gvern fl-1987, Xandir Malta u Telemalta kienu waqqfu l-programmi kollha taghha u Montesin kienet sfat vittma ta' bojkott ghal disa snin.

 

PHILIP ABDILLA kien vittma ta' ingustizzja meta mal-bidla fil-Gvern fl-1987 ma kienx inghata licenzja biex igorr turisti minn Wied iz-Zurrieq sal-Blue Grotto u lura meta fl-istess waqt applikanti ohrajn kienet inhargitilhom licenzja.

 

Il-kirurgu VICTOR SULTANA sofra ingustizzja meta fl-1988 gie maqbuz minhabba ragunijiet politici meta applika ghal-posizzjoni ta’ consultant surgeon fid-Dipartiment tas-Sahha.

 

ALFRED GRIXTI kien sofra ingustizzja meta wara li fl-elezzjoni tal-1992 kien hareg mal-MLP, fl-1994 kien applika ghal-post ta’ manager mat-Telemalta, imma l-post kien hadu persuna ohra anqas kkwalifikata minnu.

 

JOHN PACE sofra ingustizzja meta wara l-elezzjoni tal-1987 inqabez ghall-promozzjoni ta’ Assistant Cultural Organiser fid-Dipartiment tal-Kultura.

 

JOSEPH MELI soffra ingustizzja taht il-Works Division meta ma thallasx ghall-overtime li hadem u ma nghatax il-kariga ta’ Support Services Officer minhabba t-twemmin politiku tieghu.

 

F’Ottubru 2016, l-ex surgent tal-pulizija MICHAEL BUTTIGIEG inghata kumpens mill-Qorti Civili wara li din sabet li f’Jannar tal-2001 kien tkecca ingustament.     

 

F’Novembru 2016, staff nurse f’Mater Dei RITA VELLA inghatat kumpens mill-qorti li ddecidiet li t-transfer li qalghet Vella f’Awwissu 2011 kien abbuziv.

 

F’Novembru 2017, Mario Cutajar li kien Head Visitors Services ma’ Heritage Malta kien ddikjarat li sofra ingustizzja meta ma regax gie appuntat fil-kariga li kellu minhabba t-twemmin politiku tieghu.

 

Dr. Fenech Adami nnifsu kien instab hati ta’ diskriminazzjoni politika fl-1994. Kien irrizenja imma mbaghad irtira r-rizenja tieghu. Ma ninsewx li waqt diskors li ghamel hu stess fis-Siggiewi f’Gunju tal-1990 kien qal, “IL-GVERN MA JIDDISKRIMINA KONTRA HADD”. Zinn, mur emmnu!!

 

Tal-biki kienet ir-rejazzjoni ta’ Carmel Cacopardo li fl-1996 irrifjuta li jaccetta proposta tal-MLP biex issir dikjarazzjoni pubblika bejn iz-zewg partiti li jikkommettu ruhhom kontra d-diskriminazzjoni fid-dinja tax-xoghol.

Nota

Nota tal-ahhar… 1,713 u 779. Tafu xi jfissru dawn in-numri?

 

Le?, Mela halli nghidilkom.

 

1,713 huwa n-numru ta’ transfers li nghataw fic-civil u korpi parastatali fl-ewwel erba xhur biss mill-elezzjoni tal-1987. Jigifieri mal-HMISTAX il-transfer KULJUM.

 

779 huwa n-numru ta’ transfers li inghataw fil-Korp tal-Pulizija ukoll fl-ewwel erba xhur biss wara li tela l-PN fil-gvern. Jigifieri SITT pulizija qalghu transfer KULJUM. Imma tal-wahx huwa l-fatt li 668 minn dawn it-transfers saru fl-ewwel XAHREJN jigifieri medja ta’ HDAX il-transfer kuljum.

Alfred Sant

X’gara meta Dr. Alfred Sant lahaq Prim Ministru fl-1996? Tghidilna The Sunday Times tas-17 ta’ Novembru 1996, “ONE HAS TO HAND IT TO DR. ALFRED SANT: HE HAS, SO FAR LIVED UP TO HIS PRE-ELECTION PLEDGE... THE PRAGMATISM WITH WHICH THE PRIME MINISTER AND HIS TEAM HAVE GONE ABOUT THEIR BUSINESS SO FAR IS ADMIRABLE. DR. SANT HAS WON PRAISE FOR HIS MATURE DECISION NOT TO RESORT TO THE PAST PRACTICE OF WHOLESALE TRANSFERS OF GOVERNMENT EMPLOYEES FOLLOWING A CHANGE IN ADMINISTRATION.”

 

Il-konkluzjoni nhalliha ghalikom.





In 1987, I served under Carmel Cacopardo when he was acting head of environment, having replaced Vince Farrugia who had been the head of IDEA under Labour minister Daniel Micallef. Cacopardo was then a PN candidate who fared rather miserably in the elections. One of his first moves was to transfer the very efficient girls in the secretariat, simply because they had Labourite roots. There are other stories I could recount. I will stop here for now.

Saviour Balzan

MaltaToday 18.7.2007





Araw x’wicc tost ghandu l-MP Nazzjonalista David Agius. Gideb hekk f’The Malta Independent tas-16 ta’ Jannar 2009:

 

“In 1987, the newly elected PN administration, under the leadership of Eddie Fenech Adami came out with a vision of national reconciliation and national unity.”

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX