Malta u l-politika

Ittri ccensurati u punti ta' riflessjoni politika.

F’din il-pagna ghandkom l-opportunita sabiex taghmlu dawk il-kummenti li tixtiequ fuq dak kollu li jolqotna bhala konsumaturi. Tistghu ezempju tfahhru xi servizz li hadtu jew bil-kontra tilmentaw fuq nuqqas ta’ servizz jew servizz hazin.

 

Kien hemm xi kaz li ressaqtu ghal gudizzju u ma hadtux dak li xtaqtu?

Tibzghu tidhlu l-qorti jew ma tistghux tlahhqu mal-ispejjez ta’ xi kawza imma tridu tinfurmaw lill-poplu b’dak li ghaddejtu minnu?

Thossukom imcahhda minn xi dritt?

Inkissrulkom id-drittijiet taghkom bhala konsumaturi?

Qeghdin tistennew kumpens imma ma wasaltux?

Tahsbu li haqkom kumpens ghal xi nuqqas ta’ haddiehor?

 

Iktbu lil maltapolitics@yahoo.com u aqsmu ma’ haddiehor l-esperjenzi taghkom kemm tajbin u kemm le. Dment li s-suggett tal-korrispondenza taghkom ikun fuqna l-konsumaturi u minn x’hiex nghaddu, kull korrispondenza tista tigi ppubblikata.

 

Nota: maltapolitics.com tirriserva d-dritt li tippubblika risposti li jaslu ghall-kummenti taghkom.

 

 

Kaz 001

Mhux kaz kbir imma irritanti zgur. Il-Gimgha 26 t’Awwissu 2005 fuq il-vapur Gaudos mic-Cirkewwa ghall-Imgarr Ghawdex fl-10.15am. Fil-cafeteria tal-vapur ma kellhomx cappuccino. Fuq in-naha ta’ wara fejn hemm is-sala l-ohra kien hemm magni awtomatici tax-xorb u tfajt flus ghal cappuccino. Hareg biss mishun jaghli. Kellimt lil dik li kienet qed taqdi n-nies fil-cafeteria u qaltli li huma kienu responsabbli ghal-magni. Qaltli li l-magna kienet bil-hsara (kont diga naf ghax kienet barmitli 35c). Jien tlabtha l-flus lura li hallast imma qalet li ma setghetx taghtini flus, setghet biss taghtini xi haga ohra mill-cafeteria. Jien ma ridt xejn aktar ghax cappuccino kelli aptit. Prosit Gozo Channel x’customer care dak!! Ghal 35c titqammlu?

 

Skond il-Gozo Channel, din il-kumpanija toffri …

“Catering on board is offered through the running of a hearty modern cafeterias offering an extensive choice of items as well as vending machines installed in the lounge and a kiosk on the open deck.”

 

“In its effort to providing a safe and efficient ferry service Gozo Channel tirelessly adopts a customer oriented mentality harnessing all its resources and efforts towards maximising customer satisfaction.”

 

Rajtuha … “tirelessly adopts a customer oriented mentality…” Bil-mod ghax tinhelbu!!

 

 

Kaz 002

Li l-Maltin jisolhu lit-turisti hajjin ilna nafuha imma hadd ma jrid jammetti. Meta t-turisti jinsterqu fil-berah u quddiem il-Maltin ara vera m’hawnx fejn naslu aktar. Nhar it-Tlieta 6 ta’ Settembru kont ma’ zewg turisti u ridna nirkbu l-karozzin minn hdejn Sant Iermu l-belt, sa’ putirjal. Kwarta kollox. Tafu kemm ried il-kuccier? Lm12 (tnax il-Lira). L-anqas biss staha minni li jien Malti. Ovvjament tlaqna l’hemm. Eventwalment sibna kuccier iehor li wassalna … b’Lm5. Jigifieri l-ewwel kuccier kien se jisraqna Lm7.

 

 

Kaz 003

L-anarkija fil-prezzijiet tkompli. Iz-zejt taz-zebbuga Ghawdxi, Il-Ggantija (l-ahjar zejt li tistghu tixtru) jinbiegh Lm2.75 mill-hwienet. Nhar Il-Hadd 4 ta’ Settembru rajtu ghal bejgh minn fuq il-monti f’Marsaxlokk ghal prezz ta’ Lm3.50!!!

 

 

Kaz 004

Dan il-kaz hu simili ta’ Kaz 001 li esperjenzajt jien stess.

 

“A coin machine on a Gozo Channel ship dispensing chocolates broke down last Friday, angering a group of students who saw their last Maltese coins gobbled up by the machine and no chocolate was dispensed. But when the people accompanying these foreign students remonstrated with the staff in the ship’s canteen, they were told nothing could be done. When they asked them for a Customer Care officer, they were told that no Customer Care officers were on the ship.”

The Malta Independent on Sunday 26.3.2006

 

Nerga ntenni, fejn hi l-“customer oriented mentality” tal-Gozo Channel?

 

 

Kaz 005

Offerta tal-Maltacom ghal telefonati “b’xejn”

 

Fit-22 ta’Marzu 2006 il-Maltacom bdiet taghti offerta ta’ telefonati b’xejn (free calls any time). Bazikament taghzel tlett (3) numri (fixed line) tat-telefon tal-Maltacom u t-telefonati huma “b’xejn”. Il-bicca xoghol hi, li dawn m’humiex b’xejn ghax trid thallas Lm4.95 ta’ tlett xhur ghal dan is-servizz. Maltacom tghid li dawn l-Lm4.95 huma l-kera (rental fee) biex taghmel it-telefonati, imma kull min ghandu s-servizz tal-Maltacom diga qieghed ihallas il-kera li tigieh mal-kont tat-telefon, allura din m’hi kera xejn imma hlas ghal servizz li suppost hu b’xejn. Biex ikun jaqbillek tidhol f’din l-iskema trid taghmel ruxmata telefonati lil dawn it-tlett numri u trid taghmel b’aktar minn Lm4.95 telefonati fi tlett xhur fuq dawn it-tlett numri biss.