Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

Zghazagh

Iż-żgħażagħ issa jistgħu jiksbu l-informazzjoni u l-assistenza kollha li jistgħu jkollhom bżonn per eżempju għal tfittix għax-xogħol, integrazzjoni aħjar fil-forza tax-xogħol u fis-soċjetà u għajnuna psikoloġika taħt saqaf wieħed. Il-Youth Information One Stop Shop (YIOSS), immexxi mill-Aġenzija Żgħażagħ, ġie inawgurat il-Ħamis fil-Belt.

L-Orizzont 20.7.2013

 

“Agħtu demm ġdid lill-kunsilli lokali. Semmgħu l-vuċi ta’ żgħażagħ bħalkom. Kunu parti minn dan il-proċess storiku li se jwassal għall-pass naturali li jmiss.” Dan kien l-appell li għamel is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Kunsilli Lokali Josè Herrera lil 56 żagħżugħ u żagħżugħa li diġà nħatru bħala ambaxxaturi lokali biex wara l-20 ta’ Novembru jibdew ipoġġu madwar il-mejda tal-Kunsill Lokali rispettiv tagħhom.

L-Orizzont 11.11.2013

 

Permezz tal-Iskema Baned għaż-Żgħażagħ, il-Gvern se jkun qed jgħin lill-każini tal-baned jixtru strumenti u jħarrġu liż-żgħażagħ tagħhom biex jitgħallmu jdoqqu l-istrumenti. Kien is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo li ħabbar din l-iskema mmirata biex tgħin lit-tradizzjoni tal-baned tibqa’ ħajja.

L-Orizzont 25.3.2014

 

F’Konferenza tal-Aħbarijiet f’Lukanda f’San Ġiljan is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Kultura u Kunsilli Lokali l-Onor. Jose Herrera vara l-Kampanja Vot 16. Din il-kampanja ser tkun qed tinvolvi sensiela sħiħa t’attivitajiet u sessjonijiet ta’ informazzjoni li fiha ż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-18–il sena ser ikunu l-protagonisti biex f’pajjiżna l-eta tal-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tinżel għal 16–il sena.

D.O.I. Press Release Issue Date: May 26, 2013

 

A draft of the National Youth Policy, which will cover the period 2015-2020, and aimed at supporting young people between 13-30, has been launched today to be followed by discussions to finalise action plans to be implemented in January 2015.

independent.com.mt Wednesday, 09 July 2014, 11:44

 

 

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX