Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

Ohrajn

Infetħu żewġ ċentri minn fejn jingħataw servizzi tal-Gvern f’Ħal Qormi u fil-Birgu. Fl-istess ħin ġie varat ukoll is-sit bis-servizzi governattivi kollha u l-formoli relatati magħhom huma miġburin f’portal wieħed. Fit-tnedija s-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar spjega li ċ-ċentri ta’ Ħal Qormi u l-Birgu bdew jaqdu lill-klijenti tliet xhur ilu li matulhom kien hemm madwar 2000 talba f’kull ċentru, bl-aktar servizzi mfittxija jkunu dawk marbuta mas-sigurtà soċjali u t-taxxa tad-dħul. L-ewwel tliet ċentri nfetħu sena ilu fil-Qawra, Raħal Ġdid u Birkirkara.

Newsbook.com.mt 02/12/16 07:35 PM

 

Matul il-lejl li għadda il-monument tas-Sette Giugno ttieħed lura fi Pjazza San Ġorġ eżattament fil-post fejn kien jitgawda mill-pubbliku qabel sar il-proġett ta' tisbieħ fl-istess pjazza. Wara eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika aktar kmieni din is-sena, ħareġ biċ-ċar li x-xewqa tal-maġġoranza tal-poplu kienet li l-monument imur lura f’postu, jiġifieri fi Pjazza San Ġorġ. Wara li fil-ġimgħat li għaddew saru studji tekniċi biex jikkonfermaw li dan jista’ jsir, tħabbar li d-deċiżjoni tal-Gvern se tkun qed tirrispetta din ix-xewqa biex dan il-monument nazzjonali, li huwa wieħed dinjituż fl-istorja kostituzzjonali ta’ Malta, jikseb lura l-glorja tiegħu. Taħt is-sorveljanza tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, matul il-lejl li għadda, il-monument tneħħa minn Ġnien Hastings u ġie trasportat lejn Pjazza San Ġorġ f’ħidma delikata li damet għaddejja għal numru ta’ sigħat. Fil-ġranet li ġejjin, se jkunu qed isiru l-aħħar xogħlijiet fuq il-post.

Newsbook.com.mt 03/12/16 02:14 PM

 

 

 

 

 

 

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX