Bhala persuna favur il-hajja ma nistax ma ninkwetax fuq in-numru allarmanti ta’ incidenti tat-traffiku f’Malta. Jinkwetawni hafna aktar l-incidenti serji li xi kultant iwahhxuk bil-kruha taghhom. Jien mhux xi studjuz kbir jew ghamilt xi tezi fuq dan is-suggett imma ghandi s-sens komun u l-esperjenza biex nikkummenta kif gej.
Ghal kull incident hemm raguni u l-kawzi jistghu jkunu diversi. Jien se nikkummenta fuq dak li
Jien mhux se noqghod indur mal-lewza. Kontroll u supervizjoni tat-traffiku tant hu fqir li kwazi hu inezistenti u ghalhekk ineffettiv. Jien sewwieq regolari u rrid naghmel weghda biex
In-nuqqas ta’ pulizija tat-traffiku jinhass immens. Dan iwassal sabiex isir aktar abbuz mis-sewwieqa. Xorta dan m’ghandux ikun, ejjew ma nsibux skuzi. Sewwieq ghandu jsuq b’mod korrett kemm jekk hemm pulizija jhares lejh u kemm jekk m’hemmx. Xbajt
Tghiduli hemm il-wardens. Skuzi imma l-wardens aktar mohhom biex iwahhlu citazzjonijiet fuq parkegg hazin jew fuq licenzji. Qabel kienu jistghu jaghtu citazzjoni anke jekk is-sewwieq ma jieqafx. Din kienet inbidlet u c-citazzjoni trid tinghata lis-sewwieq personalment. Dan ifisser li jistghu jinghataw anqas citazzjonijiet fuq sewqan eccessiv. Hemm il-cameras. Veru, imma dawn huma ftit. Jekk se noqghodu fuq il-cameras, allura jridu jitwahhlu mijiet minnhom mal-pajjiz kollu.
Hemm imbaghad distrazzjonijiet li jtellfu lis-sewwieq. Kulhadd nahseb xi darba jew ohra ra sewwieqa jitkellmu fuq il-mobile taghhom waqt li jsuqu. Din il-prattika tant hi komuni li issa ndrat sew, imma ovvjament ftit huma dawk konxji mill-periklu li jinholoq meta s-sewwieq ihalli id wahda biss ghas-sewqan. Hija kontra l-ligi li tuza l-mobile waqt is-sewqan, imma huwa ovvju li ftit huma dawk li qeghdin jinqabdu … appuntu ghax il-pulizija ma tarahomx u l-wardens mohhom f’affarijiet ohra.
Il-periklu kbir li ghandna fiz-zoni tat-traffic lights huwa wiehed reali. L-abbuzi li qeghdin isiru fit-traffic lights huma kontinwi, iva KONTINWI. Il-hin kollu jsir l-abbuz. Ara hawnhekk il-wardens jistghu ikunu aktar effettivi. M’hemmx xi zoni specifici fil-pajjiz fejn isir dan l-abbuz. It-traffic lights huma l-istess kullimkien u l-abbuz qieghed isir bl-istess mod kullimkien. Il-periklu huwa ovvju meta wiehed ma jimxix mal-kulur muri, qieghed jistieden il-gwaj. Peress allura li l-abbuzi huma kontinwi hemm bzonn azzjoni urgenti.
Hemm imbaghad ix-xorb alkoholiku li ma jmur xejn mas-sewqan. Ix-xorb u s-sewqan huma ghedewwa ta’ xulxin u dawk li jazzardaw ihaltuhom jispiccaw jaghmlu cocktail qattiel. Kien pass ghaqli d-dhul tal-breathalyzer test. Hasra li t-testijiet qed ikunu ftit. Sewwieq xurban huwa potenzjalment qattiel. Irid jitwaqqaf malajr qabel jaghmel stragi. Hadd m’ghandu jisthi jirrifjuta jirkeb ma’ sewwieq imlahlah. Ahjar xarabank se taqa bicciet jew taxi ghalja, milli tiehu lift li jista jkun l-ahhar wiehed tieghek.
Hija hasra li l-mezzi tax-xandir specjalment dawk tal-istat huma kwazi reqdin quddiem fatti bhal dawn u kampanji ta’ informazzjoni li kienu jsiru snin ilu, sparixxew ghal kollox. Hasra, ghax dawk kienu kampanji effettivi ghax il-viziv (television) huwa mezz eccellenti ghal dan l-iskop. Naf li l-prime time jittiehed mir-riklamar, imma l-edukazzjoni tal-poplu ghandha tigi qabel in-negozju.
Mela jekk int sewwieq u ma tridx twegga, suq bil-galbu. Jekk haddiehor qieghed isuq qisu mignun, dak jarawh l-awtoritajiet. L-ewwel prijorita hija sahtek u sahhet dawk ta’ madwarek kemm dawk fil-vettura tieghek u f’vetturi ohra u kemm dawk fuq il-bankina.
Titqazzisx fis-sewqan. Darba taghmel zball kbir, u jaf ikun l-ahhar zball ta’ hajtek. Jekk tahsbu li inthom qatt m’hu se tahbtu, ftakru li min jilghab man-nar jinharaq.
U minghajr ma nidher li qieghed naghmel riklami, nghid biss li darb’ohra TISTA TKUN INT!
J’Alla ir-ritratti fl-album tal-misthija jifthu ghajnejn dawk li jitqazzu fit-toroq taghna u forsi nevitaw aktar vittmi.
L-ewwelnett ftakar
F'Malta, it-traffiku għandu jżomm fuq in-naħa tax-xellug tat-triq.
Il-vetturi kollha fit-triq għandu jkollhom il-liċenza meħtieġa u għandhom ikunu assigurati kontra r-riskji ta' terzi persuni u kull persuna li ssuq vettura bil-mutur għandu jkollha liċenza valida għat-tip ta' vettura li jkun jeħtiġilha ssuq.
Il-liċenza tas-sewqan tiegħek għandha tkun iffirmata (bil-linka).
Kun żgur illi l-vettura tiegħek tinsab fi stat tajjeb ta' tiswija u tkun tajba għal kollox għal fuq it-triq, u ara li jkollok ċertifikat tal-V.R.T., jekk ikun il-każ. Agħti attenzjoni partikulari għall-brejkijiet, il-mekkaniżmu ta' l-isteering, it-tyres u d-dawl. Kun af tajjeb il-vettura tiegħek u l-limitazzjonijiet tagħha. Ħu ħsieb li tiġi serviced u spezzjonata regolarment.
Qabel ma tikri jew tislef vettura, kun żgur li l-vettura tinsab f'kundizzjoni perfetta u bla periklu u li l-persuna li tkun se teħodha jkollha liċenza valida ta' sewqan għal
Instructor li jkun se jieħu wieħed li qed jitgħallem isuq għal lezzjoni tas-sewqan, għandu jiżgura li matul il-lezzjoni, il-vettura jkollha mwaħħla sewwa magħha l-pjanċi skond ir-regolamenti, u li dak li jkun qiegħed jitgħallem, isuq biss il-vettura fil-post u fil-ħinijiet speċifikati fil-permess maħruġ f'ismu.
Persuna li tkun għaddiet
Veloċità żejda tkabbar kemm il-possibbiltà kif ukoll il-gravità ta' l-inċidenti. Veloċità żejda u nuqqas ta' paċenzja huma sinjali ta' sewqan ħażin u jistgħu jkunu ta' periklu għal persuni bla ħtija. Fid-distanzi qosra li normalment jinsabu f'Malta, id-differenza fil-ħinijiet bejn vjaġġ; magħmul b'veloċità qawwija u ieħor ta' sewqan moderat, hija ta' ftit minuti.
Il-kundizzjoni tal-vettura tiegħek, ta' xi trailer li qed tiġbed u kull tagħbija, u l-għadd tal-passiġġieri u l-mod li bih qed jinġarru, m'għandhomx ikunu ta' periklu għalik u għall-oħrajn. B'mod partikolari, żewġ persuni biss għandhom joqogħdu fuq is-seats ta' quddiem ta' vetturi li jesgħu sa ħames persuni. Ikun aħjar jekk tfal taħt it-tnax-il sena ma jirkbux fuq is-seats ta' quddiem, anqas persuni li jġġorru tfal fuq ħoġorhom.
Uża l-vettura tiegħek b'mod li ma tkunx ta' inkonvenjenza għal ħaddieħor. Ara li l-magna taħdem tajjeb u bla storbju u li ma tqattarx żejt jew tarmi duħħan li jagħmel ħsara għas-saħħa, u li s-silencer huwa effettiv. F'postijiet residenzjali, doqq il-ħorn mill-inqas li tista'. F'postijiet fejn id-daqq tal-ħorn huwa pprojbit il-ħin kollu, u fil-postijiet abitati kollha, bejn il-11.00 p.m. u s-6.00 a.m., tista' ddoqq il-ħorn f'każ biss ta' emerġenza kbira.
Vetturi li qed jirmonkaw jew jgħabbu
L-ebda sewwieq m'għandu jirmonka vettura oħra kemm-il darba l-ħabel jew katina ma jkunux aġġustati b'mod illi d-distanza li tissepara l-eqreb punt tal-vetturi ma tkunx taqbeż l-4.5 metri u jkunu ttieħdu passi biex jagħmlu l-ħabel jew katina jingħarfu malajr
Bħala sewwieq
• M'għandekx tirmonka vettura akbar mil-liċenza tiegħek tippermettilek li tirmonka.
• M'għandekx tgħabbi ż-żejjed il-vettura jew trailer tiegħek.
• Iċċekkja l-piż muri fil-handbook tal-karozza tiegħek.
• Għandek torbot sew it-tagħbija tiegħek u din m'għandhiex toħroġ 'il barra b'tali mod li tikkawża periklu.
•
• Kun żgur li l-piż ikun imqassam b'mod uniformi fil-caravan jew trailer tiegħek biex tevita l-possibbiltà li meta tilwi jew isserrep titlef il-kontroll. Jekk jiġġri dan, naqqas il-veloċità bil-mod u erġa' ikseb il-kontroll.
•
• Ħu l-prekawzjonijiet kollha bħal dwal u sewqan b-attenzjoni meta tirmonka b'ħabel vettura oħra meta jidlam.
Tyres
Kun żgur li t-tyres ikunu adattati għat-tip ta' vettura li qed issuq, skond id-daqs, kalibru u speed rating.
Kun af li tyres issingjati mill-ġdid ma jistgħux jintużaw fuq vetturi li fihom anqas
Vetturi b'tyres immarkati b'rating ta' l-ogħla veloċità, m'għandhomx jaqbżu dik il-veloċità.
It-tyres għandhom ikunu minfuħin sew. L-anqas fond tad-disinn tas-singi huwa ta' 1.6mm u japplika għal vetturi li jġġorru passiġġieri li m'għandhomx aktar minn tmien seats għall-passiġġieri u għal vetturi bi skop doppju u tat-tgħabbija li ma jaqbżux 3,500 kg G.V.W. L-anqas fond ta' 1.0 mm tad-disinn tas-singi japplika għall-vetturi tal-passiġġieri b'aktar minn tmien seats għall-passiġġieri u vetturi għat-tagħbija 'l fuq minn 3500 kg.
It-tyres m'għandhomx ikollhom nefħiet, qsim jew tiswijiet
Mhumiex rakkomandati tyres ta' tipi jew strutturi differenti fuq l-istess axle.
Vettura bi tliet jew erba' roti li jkollha single wheels m'għandhiex ikollha:-
• tyre tat-tip cross-ply jew bias-belted imwaħħal fuq l-axle ta' wara u tyre tat-tip radial-ply imwaħħal fuq l-axle ta' quddiem.
• tyre tat-tip cross-ply jew bias-belted imwaħħal fuq l-axle ta' quddiem u tyre tat-tip radial-ply imwaħħal fuq l-axle ta' wara.
NOTA
Taħlit ta' kull tip ta' tyres bejn l-axles differenti jista' jsir għall-vetturi li għandhom
• żewġ axles u double wheels fuq l-axle ta' wara.
• tliet axles, wieħed ta' l-isteering u l-ieħor biex isuq.
NOTA
Dan ma japplikax għal vetturi b'axle li għandu 'super single' tyres li jkollhom contact area mat-triq ta' l-anqas 300 mm wiesgħa.
Ġenerali
Kun żgur li t-twieqi kollha u l-windscreen huma ndaf u ħielsa
Kun żgur li l-windscreen huwa kollu nadif
Kun żgur li l-vettura tiegħek hija mgħammra bin-numru adattat ta' mirja, imqiegħda b'mod li
Kun żgur li l-ħorn ikun jaħdem tajjeb. Ebda ħornijiet ta' l-arja ta' kwalunkew tip ma huma permessi.
Kun żgur li l-ispeedometer ikun jaħdem tajjeb.
Kun żgur li s-sistema ta' l-exhaust hija effiċjenti u li l-ħoss li tagħmel ikun fil-limiti aċċettabbli.
Bumpers standard tal-fabbrika biss huma permessi. Jekk jitneħħew, m'għandux ikun hemm partijiet oħra, jew uċuħ jew xfar jaqtgħu. L-ebda bars żejda ta' l-ebda sezzjoni jew forma ma huma permessi fuq l-ebda parti tal-vettura, l-anqas jekk tkun mill-fabbrika. (F'każ ta' ħsarat kawżati f'xi inċident, partijiet ta' metall imqabbżin 'il barra jew bix-xfar jaqtgħu għandhom jiġu rranġati mill-aktar fis possibbli, sabiex ma jkunux ta' periklu għall-pedestrians). Il-jibs tal-krejnijiet mobbli m'għandhomx jisporġu 'l barra aktar
Ikun aħjar jekk it-tagħbija fuq il-vettura tiegħek tkun marbuta b'mod li ma tistax taqa', tiċċaqlaq jew tinqaleb b'periklu jew fastidju għal ħaddieħor, u l-għoli tagħha ma jkunx jista' jipperikola l-istabbilità tal-vettura.
It-tagħbija qatt m'għandha titħalla tesporġi fuq quddiem tal-vettura. Tagħbija fuq wara qatt m'għandha titħalla tesporġi aktar
Dwal
Il-vettura għandha tkun mgħammra bi dwal ta' quddiem standard u/jew approvati mill-fabbrika, b'faċilità li jitqawwew jew jitbaxxew, u li jkunu regolati sewwa. Il-lentijiet tal-fanali m'għandhomx jitgħattew jew jinżebgħu b'xi mod, u li l-bozoz taż-żewġ naħat ikunu jaħdmu. Għall-ebda raġuni m'għandhom jitħallew dwal 'il fuq mil-livell tal-fanali l-kbar ta' quddiem ħlief f'każijiet speċifiċi approvati mill-Pulizija. Kull dawl barrani m'għandux jitfa' dawl iktar qawwi mid-dawl baxxut standard, jew inkella dawn id-dwal (barranin) għandhom jiġu armati b'mod li jintfew meta l-fanali l-baxxi proprji tal-vettura jinxtegħlu. Kwalunkwe dawl ikkulurit fuq quddiem tal-vettura għandu jkollu biss il-funzjoni ta' dawl ta' indikazzjoni/hazard, u l-kuluri għambra jew oranġo biss huma permessi. Il-bozoz tal-ġnub u tal-parking għandhom ikunu bojod biss.
Fuq in-naħa ta' wara tal-vetturi kollha, inklużi karrijiet jew vetturi rmunkati kollha, minbarra d-dawl tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni, għandu jkun hemm dawl aħmar u rifletturi ta' l-istess kulur; dawl aħmar separat tal-brejk (jew biex tieqaf) li ta' l-inqas ikun darbtejn iktar qawwi mid-dawl l-ieħor ta' wara; u dwal ta' indikazzjoni/hazard ta' kulur għambra/oranġo. Id-dawl ta' l-indikazzjoni għandhom ikunu jteptpu mhux anqas
Id-dwal kollha ta' wara msemmija hawn fuq għandhom ikunu fit-truf taż-żewġ naħat tal-vettura u aktar għoljin mil-livell tal-bumper. Il-fanali ħomor li jintużaw għaċ-ċpar u dawk tas-sewqan b'lura m'għandhomx ikunu aktar
Il-vetturi kollha, barra dawk żgħar tal-passiġġieri li jistgħu jgħabbu sa ħames passiġġieri, li jaqbżu wieħed mill-qisien li ġejjin, jiġifieri 2.1 metri wisa', 2.25 metri għoli u 6 metri tul, għandhom ikunu mgħammra wkoll bi dwal ħomor fin-naħa ta' fuq nett u fin-naħa ta' wara, sabiex l-erba' kantunieri tal-vettura jkunu viżibbli mis-sewwieqa tal-vetturi li jkunu ġejjin
Kull vettura ta' natura industrijali jew agrikola, inklużi mechanical horses, ta' kull daqs, għamla jew tip, jekk ma jkunux diġà mgħammra bid-dwal mill-fabbrika, għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet deskritti fl-artikolu 18, għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju tal-Pulizija. Vetturi ta' dan it-tip għandu jkollhom dawl għambra/isfar/oranġo jdur (blu tat-tip bħal fil-każ tal-vetturi tal-Pulizija u ta' l-iskwadra tat-tifi tan-nar) fuq il-kabina tas-sewwieq jew fuq l-iktar parti għolja, u fuq in-naħa tal-lemin tas-centre line tal-vettura; dan irid ikun mixgħul il-ħin kollu li l-vettura tkun fit-triq, sew jekk tkun qed tintuża kif ukoll jekk wieqfa.
Jekk il-vettura tiegħek tkun bowser jew vettura li qiegħda ġġorr xi tank b'xi sustanza perikoluża, ara li twaħħal fuqha s-sinjali tat-twissija meħtieġa u li dawn ikunu ċari u jidhru bla tfixkil.
Trid tkun f'saħħtek biex issuq
Kun żgur li int f'saħħtek biex issuq. Għandek tirrapporta lid-Dipartiment tal-Liċenzi tal-Vetturi kull kondizzjoni ta' saħħa li tista' taffettwa s-sewqan tiegħek.
Sewqan meta tkun għajjien jew fis-sħana ta' jum sajfi jżid ħafna r-riskju ta' inċident.
• Jekk tħossok b'xi mod bi ngħas, ieqaf f'post bla periklu.
• L-aktar modi effettivi biex tiġġieled in-ngħas huma li tieħu nagħsa qasira (sa kwarta) jew tixrob, per eżempju, xi żewġ kikkri kafè qawwi. Arja friska, eżerċizzju u tiftaħ ir-radju jistgħu jgħinuk għal xi ftit ħin, iżda mhumiex effettivi wisq.
Il-vista ta' għajnejk
Għandek tkun tista' tagħraf pjanċa tan-numru ta' vettura
Bil-lejl jew f'viżibiltà ħażina, tużax tinted glasses, lenses jew xi ħaġa li tista' tfixkel il-vista.
Alkoħol u drogi
Qatt m'għandek tixrob u ssuq għax dan jaffettwa serjament il-ġudizzju u l-kapaċitajiet tiegħek. M'għandekx issuq b'livell ta' alkoħol fin-nifs ogħla
L-Alkoħol
• itik sens żbaljat li int kapaċi tlaħħaq.
• inaqqas il-kordinazzjoni tiegħek u jraqqadlek ir-reazzjonijiet tiegħek.
• jaffettwa l-ġudizzju tiegħek ta' veloċità, distanza u riskji involuti.
• inaqqas il-kapaċità nnifisha tiegħek tas-sewqan, anke jekk ikollok inqas mil-limitu skond il-liġi.
• jieħu l-ħin biex jaħdem fil-ġisem; tista' saħansitra ma tkunx tajjeb biex issuq filgħaxija wara li tkun xrobt fl-ikla ta' nofsinhar, jew filgħodu wara li tkun xrobt fil-għaxija ta' qabel. Jekk tkun se tixrob, agħmel arranġamenti għal mod ieħor ta' trasport.
QATT m'għandek issuq taħt l-influwenza tad-drogi jew mediċina li jaffettwawlek ir-reazzjonijiet tiegħek. Ara sewwa l-istruzzjonijiet jew staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek. L-użu ta' sustanzi kkundannati huwa perikoluż ħafna. Qatt m'għandek toħodhom qabel issuq; ma tistax tobsor x'effetti jista' jkollhom, iżda jistgħu jkunu aktar qawwija mill-alkoħol u jistgħu jikkawżaw inċidenti serji jew fatali fit-triq.
Huwa d-dmir tiegħek, sew bħala sewwieq jew bħala pedestrian, li tagħti kontribut għas-sigurtà fit-toroq. Indipendentement mir-raġun u t-tort tal-każ, huwa dmir tiegħek li tevita inċident jekk tista' tagħmel hekk.
• neħħi l-vettura mit-triq.
• jekk hu possibbli agħti avviż adekwat lit-traffiku l-ieħor billi tuża l-hazard warning lights jekk il-vettura tiegħek qiegħda tikkawża xkiel.
• jekk hu possibbli qiegħed ir-reflective triangle fit-triq ta' l-anqas 50 metru wara l-vetturi wieqfa fl-istess
• żomm id-dwal tal-ġnub mixgħulin jekk ikun id-dlam jew il-viżibiltà tkun ħażina.
• toqgħodx (jew tħallix lil ħaddieħor joqgħod), bejn il-vettura tiegħek u t-traffiku li jkun ġej.
• bil-lejl jew f'viżibiltà ħażina toqgħodx fejn tista' tgħatti d-dawl tiegħek li jarah min ikun ġej.
Ir-Reflective Triangle
Ikun aħjar jekk il-vetturi kollha jġġorru r-reflective triangle bħala sinjal ta' twissija f'każ ta' bżonn. Dan għandu jintuża f'kull ħin tal-ġurnata, flimkien mal-hazard lights tal-vettura jekk din ikollha, f'postijiet fejn l-ipparkjar huwa pprojbit. Dan is-sinjal għandu jitqiegħed 50 metru bogħod
Regoli addizzjonali għal toroq arterjali
Jekk il-vettura tiegħek tiżviluppa xi ħsara:
• iġbed għal mal-ġenb tat-triq (hard shoulder) jew kemm jista'jkun lejn ix-xellug, bir-roti miksurin fuq ix-xellug.
• oħroġ mill-vettura tiegħek mill-bieba tax-xellug u kun żgur li l-passiġġieri jagħmlu l-istess. Għandek tħalli l-annimali li jkollok miegħek FIL-VETTURA, jew, f'emerġenza, żommhom taħt kontroll tajjeb mal-ġenb tat-triq.
• kun żgur li l-passiġġieri jżommu 'l bogħod mill-karreġġata u mill-hard shoulder, u li t-tfal jinżammu taħt kontroll.
• uża mobile phone jekk tista'.
• qatt m'għandek tħalli lill-vettura tiegħek waħidha aktar milli meħtieġ biex issib telefon ta' emerġenza.
• agħti d-dettalji kollha lill-Pulizija, għarrafhom ukoll jekk intix sewwieq li teħtieġ protezzjoni.
• mur lura u stenna ħdejn il-vettura tiegħek ('il bogħod sewwa mill-karreġġata u l-hard shoulder).
• jekk tħossok mhedded
Jekk ma tistax tneħħi l-vettura tiegħek mill-karreġġata għal ġol-hard shoulder:
• ixgħel il-hazard lights u, jekk hu possibbli, poġġi r-reflective triangle ta' l-anqas 50 metru wara l-vettura wieqfa.
• itlaq mill-vettura tiegħek biss meta tista' twarrab mill-karreġġata mingħajr periklu.
Sewwieqa b'diżabilità
Jekk għandek xi diżabilità li ma tħallikx tagħmel kif intqal hawn fuq inti għandek:
• tibqa' fil-vettura tiegħek.
• tixgħel il-hazard lights.
• uri bandiera żgħira li turi li teħtieġ l-għajnuna "Help" jew, jekk għandek telefon tal-karozza jew mobile ċempel lis-servizzi ta' emerġenza u għidilhom sewwa fejn tinsab.
Jekk tkun involut f'xi INĊIDENT li jikkawża ħsara jew korriment lil xi persuna, annimal jew vettura oħra, IKOLLOK TIEQAF. Fil-każ ta' ħabta Front to Rear, għandek tagħti u tieħu l-informazzjoni ma' dak li ħabat miegħek kif mitlub fir-rapport ta' l-Inċident 'Front to Rear'. (Ara l-Anness fi tmiem dan il-Kodiċi).
Fil-każi l-oħrajn kollha l-inċident (bl-eċċezzjoni ta' l-inċidenti front to rear ) dejjem għandu jiġi rappurtat lill-Pulizija u l-vetturi m'għandhomx iċaqalquhom sakemm jittieħed rapport mill-Pulizija ta' l-inċident.
Sinjali u dwal ta' warning
Jekk tara, tisma' jew hemm raġuni biex taħseb li fil-qrib hemm vetturi ta' emerġenza, oqgħod attent għax jista' jkun hemm inċident aktar 'il quddiem.
Jekk tkun involut f'inċident jew tieqaf biex tagħti għajnuna, jekk tkun taf kif:-
• uża l-hazard lights tiegħek biex twissi t-traffiku li jkun ġej.
• itlob lis-sewwieqa l-oħra biex jitfu l-magni tagħhom u ma jpejpux.
• agħmel arranġamenti biex minnufih jissejħu s-servizzi ta' emerġenza waqt li tagħti d-dettalji kollha tal-post ta' l-inċident u l-korruti. Jekk tuża mobile phone, l-ewwel kun żgur li tgħidilhom fejn qiegħed.
• ressaq lin-nies mhux korruti 'l hinn mill-vetturi għall-post bla periklu; fi triq arterjali dan għandu jkun, fejn possibbli, 'l hinn sew mit-traffiku, il-hard shoulder jew central reservation.
• ċaqlaq biss lill-midrubin mill-vetturi tagħhom jekk hemm periklu immedjat ta' ħruq jew splużjoni.
• tneħħix l-elmu ta' motorcyclist jekk ma jkunx hemm bżonn.
• kun lest li tagħti l-ewwel għajnuna, jekk tkun taf kif.
• oqgħod fuq il-post sakemm jaslu s-servizzi ta' emerġenza.
Jekk inti involut f'xi emerġenza medika oħra għandek iċċempel għas-servizzi ta' emerġenza bl-istess mod.
Inċidenti li jinvolvu prodotti perikolużi
Vetturi li jkunu jġġorru prodotti perikolużi f'pakketti għandhom ikunu mmarkati bi pjanċi oranġo li jleqqu. Road tankers u vetturi li jġorru tank containers ta' prodotti perikolużi għandu jkollhom pjanċi ta' hazard warning.
Jekk vettura li tkun iġġorr prodotti perikolużi jkollha inċident, ħu l-parir imsemmi hawn fuq u, b'mod partikolari:
• itfi l-magni u TPEJJIPX.
• żomm 'il bogħod mill-vettura u tippruvax issalva l-midruba għax jista' jiġrilek l-istess.
• sejjaħ is-servizz ta' emerġenza u agħti l-informazzjoni kollha fuq tabelli u markings fuq il-vettura. Tużax mobile phone qrib vettura li jkollha tagħbijiet li jieħdu n-nar.
Qabel ma tistartja, ara li tkun bil-qiegħda sewwa u komdu u li s-seat ikun sewwa fil-pożizzjoni tiegħu. Ara li kemm il-mera li turik wara kif ukoll dik tal-ġenb ikunu t-tnejn f'pożizzjoni tajba u li l-ħġieġ ta' quddiem u ta' wara jkunu nodfa u b'xejn li jista' jfixkel il-vista. Tħallix oġġetti jiġru 'l hawn u 'l hinn li jistgħu jirriflettu d-dawl f'għajnejk.
Iċċekkja xi post li ma tistax
Regoli, Teknika u Parir għas-Sewwieqa Kollha
Din it-taqsima għandha tinqara lis-sewwieqa, motorcyclists (tal-muturi), ċiklisti (tar-rota) kollha. Il-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq fl-ebda ċirkostanza ma tagħtik id-dritta, imma tagħtik parir meta għandek tagħtiha lill-oħrajn. Dejjem agħti d-dritta jekk tista' tgħin biex tevita inċident.
Qabel ma tiċċaqlaq ħares madwarek, anki jekk tkun ħarist fil-mera, biex
Ara li l-bibien ikunu magħluqa sew, u jekk ikun bil-lejl, li jkollok id-dwal mixgħula.
Dejjem aħseb
Seat belts
Ikollok tilbes seat belt jekk ikun hemm, kemm-il darba ma tkunx eżenti skond l-Avviż Legali Nru. 129 ta' l-1995 u permess mill-Kummissarju tal-Pulizija. Dawk eżenti
Regolamenti għas-Seat belt
Din l-iskeda tinkludi r-regolamenti prinċipali biex jintlibsu s-seat belts
SEAT TA' QUDDIEM
(Il-vetturi kollha)
SEAT TA' WARA
(karozzi u minibuses *żgħar)
MIN HU RESPONSABBLI
SEWWIEQ IKOLLHOM
Jintlibsu jekk ikun hemm
TARBIJA taħt it-3 snin ċineg xierqa għat tfal
TIFEL/LA
TIFEL/LA
PASSIGGIER 'il fuq
*Minibuses ta' piż ta' 2540kg jew inqas meta mhux mgħobbija
GĦANDEK tilbes is-seatbelts, meta jkun hemm, f'minibuses ta' piż ta' 2540kg jew inqas meta mhix mgħobbija fejn hu possibbli. Għandek tilbishom f'mini-buses u coaches kbar meta jkun hemm.
Tfal fil-karozzi
Sewwieqa li qegħdin iġorru tfal fil-karozza għandhom jiżguraw li:-
• it-tfal ma joqogħdux wara s-seats ta' wara f'karozza estate jew hatchback, kemm-il darba ma jkunx imwaħħal seat speċjali għat-tfal.
• jużaw il-locks tas-sigurtà għat-tfal, fejn hu possibbli, meta jkun hemm tfal fil-karozza.
• it-tfal jinżammu taħt kontroll.
• babyseat iħares lura qatt m'għandu jitwaħħal ma' seat protett
Kun żgur li t-tfal jilbsu ċ-ċineg b'mod adattat
Waqt is-Sewqan
Żomm sew max-xellug, barra meta tkun trid taqla' jew iddur fuq il-lemin. Iżżomx fin-nofs tat-triq.
Issuqx qrib wisq tal-vettura ta' quddiemek u suq b'veloċità hekk li tista' twaqqaf mal-ewwel jekk il-vettura ta' quddiemek tagħmel manuvra f'daqqa u tnaqqas il-veloċità jew tieqaf. L-unika regola żgura hija li qatt ma żżomm qrib aktar mid-distanza ġenerali biex tieqaf (ara d-distanzi tipiċi biex tieqaf u t-tieni regola ġenerali taħt Parir Ġenerali).
Ħalli d-distanza taż-żewġ sekondi bejnek u l-vettura quddiemek f'toroq traffikużi. Ta' l-anqas irdoppja dan il-ħin f'toroq imxarrba, u żidu anke aktar jekk hemm it-tajn fit-triq.
Ftakar, vetturi kbar u motorcycles jeħtieġġu distanza itwal biex jieqfu
Dixxiplina fil-Mogħdija u Sinjali tal-Karreġġata
Qatt m'għandek issuq fuq, 'l hemm
• sabiex tilħaq bini biswit, kemm-il darba ma jkunx hemm sinjali li jipprojbixxu li ddur lejn il-lemin.
• sabiex tidħol fi triq biswit, kemm-il darba ma jkunx hemm sinjal li jipprojbixxi li ddur lejn il-lemin.
Linji bojod maqtugħa jaqsmu l-karreġġata f'żewġ mogħdijiet u tista' taqsamhom bl-attenzjoni meħtieġa u wara li tkun urejt lill-vetturi l-oħra.
Linja bajda kontinwa b'waħda mhux kontinwa tista' tinqasam biss
Reflective Road Studs
Dawn l-istuds jistgħu jintużaw ma' linji bojod.
• Studs bojod (cats eyes) jimmarkaw il-mogħdijiet jew nofs it-triq.
Marki fuq it-triq għat traffiku u road studs
• Studs ħomor jimmarkaw it-tarf tax-xellug tat-triq.
• Studs l-għambra jimmarkaw riserva ċentrali ta' karreġġata doppja jew mogħdija għall-karozzi.
• Studs ħodor jimmarkaw it-tarf tal-karreġġata prinċipali f'lay-bys, skontri u slip roads.
Żomm sewwa fil-mogħdijiet tat-traffiku. Issuqx fuq il-linji bojod jew bil-linji bejn ir-roti.
Toqgħodx tibdel
Kemm-il darba ma jkunx hemm emerġenza, tiqafx fil-mogħdija ta' barra jew tipparkja fil-mogħdija ta' barra ta' karreġġata b'diversi mogħdijiet. Tibqax fil-mogħdija ta' barra f'karreġġata ta' diversi mogħdijiet aktar milli huwa assolutament meħtieġ sakemm ma tixtieqx iddur fuq il-lemin u biex taqleb għall-mogħdija fuq ġewwa ma tħallix it-traffiku li jixtieq jibqa' sejjer dritt jew idur fuq ix-xellug.
Ftakar li m'għandekx dritt li tuża l-mogħdija tan-nofs aktar
• Tużax il-mogħdija tal-lemin.
Mogħdijiet ta' Climbing u Crawler
Dawn issibhom f'xi telgħat. Uża din il-mogħdija jekk qiegħed issuq vettura li m'għandhiex veloċità jew jekk hemm vetturi warajk li jixtiequ jaqilgħuk.
Mogħdijiet għall-bicycles
Dawn huma murija b'marki u sinjali fit-triq. M'għandekx issuq jew tipparkja l-karozza tiegħek f'mogħdija għall-bicycles immarkata b'sinjal abjad kontinwu fil-ħin li tkun qed tintuża. Issuqx jew tipparkjax f'mogħdija tal-bicycles immarkata b'sinjal abjad maqtugħ għalkemm jekk m'hemmx periklu tista' tagħmel dan.
Mogħdijiet għall-Karozzi tal-Linja
Dawn huma murija b'marki u sinjali fit-triq. M'għandekx issuq jew tieqaf f'din il-mogħdija fil-ħin li tkun qed tintuża kemm-il darba s-sinjali ma jurux mod ieħor.
Jekk mill-mogħdija li qed issuq fiha jgħaddi sinjal abjad imsejjaħ Stop-Line min-naħa għall-oħra, int għandek twaqqaf bir-roti ta' quddiem wara din il-linja.
La ssuqx fuq linji li juru li ġej ostaklu jew traffic islands bil-linji. Qis dawn bħala ostakli attwali.
Toroq 'one-way'
Dawn jintwerew b'marki fit-triq u sinjali. Ikollok issuq jew tipparkja fid-direzzjoni murija bis-sinjali. Karozzi tal-linja u/jew bicycles jistgħu, xi drabi, ikollhom mogħdija contraflow. Agħżel il-mogħdija t-tajba biex toħroġ minnha malajr kemm jista' jkun. Tibdilx f'daqqa l-mogħdijiet. Kemm-il darba s-sinjali u l-marki tat-triq ma jurux mod ieħor, inti għandek tuża
• il-mogħdija tax-xellug meta se tmur fuq ix-xellug.
• il-mogħdija tal-lemin meta se tmur fuq il-lemin.
• l-aħjar mogħdija meta se tibqa' sejjer dritt.
Ftakar it-traffiku jista' jkun għaddej miż-żewġ naħat.
Qatt taqla' vettura oħra qabel MA TKUN ĊERT li tista'tagħmel dan mingħajr periklu għalik jew għal ħaddieħor. Oqgħod attent speċjalment meta jkun qed jidlam jew ikun hemm iċ-ċpar, għax huwa diffiċli ħafna li tikkalkula l-veloċità jew id-distanza.
Aqla'
Din ir-regola mhux neċessarjament tapplika fiċ-cirkustanzi li ġejjin:-
•
Tidħolx f'daqqa quddiem il-vettura li tkun għadek kemm qlajt
•
Qabel ma taqla' agħmel is-sinjal xieraq, żomm distanza tajba iżda mhux eċċessiva mill-vettura li tkun qed taqla' u ħu postok fil-mogħdija, jew
TAQLAX VETTURI OĦRA meta tkun qed tavviċina:
• post ta' qsim għall-pedestrians, pelican crossing jew traffic lights;
• triq li tagħqad m'oħra;
• kantuniera jew liwja iebsa;
• il-quċċata ta' għolja;
• post fejn il-livell tat-triq ikun se jitbaxxa u jerġa' jogħla f'daqqa.
TAQLAX VETTURI OĦRA:
• fejn it-triq tidjieq;
• meta biex tagħmel hekk iġġiegħel vettura oħra toħroġ
• meta ma jkunx hemm spazju biżżejjed u fejn il-viżibiltà ma tippermettix li tagħmel dan mingħajr periklu;
• meta jkun hemm ħafna vetturi wara xulxin quddiemek jew xi vettura li hi stess tkun diġà qed taqla' jew li meta taqla' vettura oħra jkun perikoluż jew diffikultuż għal dak il-ħin.
Agħti kull faċilità lill-vetturi l-oħra li jkunu jridu jaqilgħuk. Ħalli l-vettura li taqilgħek terġa' tidħol fil-linja. Qatt ma għandek taċċellera jew tostakola vettura oħra li tkun se taqilgħek.
KUN PRUDENTI
Oqgħod attent u kun prudenti lejn oħrajn li qed jużaw it-triq.
Inti għandek:
• tibqa' kalm jekk sewwieqa oħra jikkawżaw xi problemi; jistgħu ma jkollhomx esperjenza jew ma jafux sew l-inħawi.
• tkun tolleranti għax kulħadd jiżbalja.
• tinjora lil kull min iġib ruħu ħażin fit-triq. L-indħil ikompli biss jagħmel is-sitwazzjoni agħar. Naqqas il-veloċità jew waqqaf, ikkalma, u meta tħossok ġejt f'tiegħek, kompli fuq triqtek.
• żomm lura jekk vettura toħroġ quddiemek
L-attenzjoni tgħin biex tbiegħed il-periklu mit-toroq.
Evita distrazzjonijiet ta':
• mużika b'volum għoli (dan jista' jaħbi ħsejjes oħra).
• tipprova taqra mapep.
• iddaħħal xi cassette jew CD jew iddawwar ir-radju.
• targumenta mal-passiġġieri li jkollok miegħek jew oħrajn fit-triq.
• tiekol u tixrob.
Hija r-responsabbiltà tiegħek li żżomm kontroll sew tal-vettura tiegħek il-ħin kollu. Qatt m'għandek tuża mobile phone ta' l-idejn jew microphone waqt li tkun issuq. Jekk tagħmel hekk ma toqgħodx attent għal dak li jkun ġej fit-triq. Ħafna aħjar jekk ma tużax it-telefon meta tkun qed issuq - l-ewwel sib post bla periklu u waqqaf. IKOLLOK tikkontrolla sew il-vettura tiegħek il-ħin kollu.
Fi traffiku għaddej bil-mod
Inti għandek:
• tnaqqas id-distanza bejnek u l-vettura quddiemek biex it-traffiku jibqa'għaddej.
• qatt m'għandek tibqa' dieħel qrib il-vettura ta' quddiemek li ma tkunx tista' twaqqaf bla periklu (ara t-2 regola taħt Parir Ġenerali).
• ħalli biżżejjed spazju biex tkun tista' timmanuvra jekk il-vettura ta' quddiemek tieqaf jew vettura ta' emerġenza jkollha bżonn tgħaddi.
• m'għandekx tibdel il-mogħdija għal fuq ix-xellug biex taqla'.
• tħalli ftuħ għal jew
Sewqan f'inħawi mibnija
Toroq residenzjali dojoq.
Dejjem għandek issuq bil-mod u b'attenzjoni speċjalment fejn ma jkunx hemm bankini jew sidewalks fejn jistgħu jkun hemm pedestrians, cyclists jew karozzi pparkjati. F'xi nħawi, jista' jkun hemm limitu ta' l-ogħla veloċità ta' 35 kph. Oqgħod attent għal:
• vetturi li jkunu ħerġin
• vetturi li qed jaqilgħu (speċjalment dawk mingħajr ma jagħmlu sinjali).
• pedestrians li jkunu jużaw il-karreġġata.
Bdil tad-direzzjoni
Is-sinjali jiġbdu l-attenzjoni ta' oħrajn li jużaw it-triq, inklużi l-pedestrians, għal dak li tkun bi ħsiebek tagħmel.
Timblukkax id-dħul għal skontri
Inti għandek:
• tagħmel sinjali ċari
• agħti s-sinjal qabel ma tbiddel it-triq jew id-direzzjoni, sew għal-lemin kif ukoll għax-xellug, qabel ma twaqqaf jew taqla' 'l quddiem.
• dejjem iċċekkja li titfi l-indicator wara li tużah.
• kun żgur li s-sinjali tiegħek ma jħawdux lill-oħrajn. Jekk, per eżempju, trid tieqaf wara li tgħaddi skontru, tagħmilx sinjal qabel ma taqbżu. Jekk tagħmel sinjal qabel tista' tagħti l-impressjoni li bi ħsiebek tidħol fih. Id-dwal tiegħek tal-brejkijiet juru lit-traffiku warajk li qiegħed tnaqqas il-veloċità.
• uża idejk biex tagħti sinjal u tagħmel enfasi jekk meħtieġ. Ftakar li kif tagħmel is-sinjal xorta m'għandekx prijorità.
Ukoll:
• oqgħod attent għas-sinjali li qed jagħmel ħaddieħor fit-triq u dur biss meta tkun ċert li m'hemmx periklu.
• ftakar li sinjal
IKOLLOK tobdi s-sinjali mogħtija
Qabel ma tibdel id-direzzjoni, naqqas il-veloċità u għasses sewwa fuq it-traffiku ta' warajk billi tħares
Qabel ma tibdel id-direzzjoni għan-naħa tax-xellug, żomm kemm tista' mat-tarf tal-bankina tax-xellug qabel ma ddur. Jekk tixtieq iddur lejn il-lemin, dawwar il-vettura kemm jista'jkun bi prudenza, għal nofs it-triq, iżda mingħajr ma tidħol fin-nofs l-ieħor tat-triq. Tiġbidx lejn il-lemin qabel ma ddawwar lejn ix-xellug, jew viċe-versa.
Fit-toroq li jkollhom aktar
Qabel tkun se tibdel id-direzzjoni, dejjem għandek tagħmel sinjal 'il fejn tkun trid iddawwar u għandek tkun żgur li ma hemm l-ebda periklu billi tħares fil-mera tiegħek. Kun żgur illi l-indicator li juri 'l fejn tkun se ddur jagħti s-sinjal mixtieq u li titfih minnufih wara li ddur.
FTAKAR:
UŻA L-MIRJA - AGĦMEL SINJAL - IMMANUVRA
Sewqan b'lura
Qabel treġġa' lura, kun żgur li ma jkunx hemm xi tfal jew nies jew ostakli oħra warajk. Ftakar li meta ssuq b'lura u ddawwar, il-parti ta' quddiem tal-vettura tiegħek tesporġi 'l barra fit-triq.
Iċċekkja sewwa madwarek qabel ma treġġa' lura
Issuqx lura
Jekk ma tkunx tista'
Treġġax lura għal distanza akbar milli jkun assolutament meħtieġ.
Treġġax lura f'karreġġati b'ħafna mogħdijiet.
Għaqda ta' żewġ toroq
Uża aktar attenzjoni f'għaqda ta' żewġ toroq jew f'salib it-toroq. Ħares għas-sinjali tat-traffiku, dawl għat-traffiku jew marki tal-karreġġata relattivi u obdihom. IEQAF fejn ikun hemm sinjali 'STOP'. Suq bil-mod u ċedi d-dritta fejn ikun hemm sinjali '
Kmieni qabel iddur f'għaqda ta' żewġ toroq ara sewwa l-pożizzjoni u l-moviment tat-traffiku li jkun ġej warajk. Uri b'sinjal il-ħsieb tiegħek u, meta ma jkunx periklu li tagħmel hekk, ħu l-pożizzjoni xierqa. Stenna sakemm ikun hemm spazju xieraq bejnek u xi vetturi li jkunu ġejjin, qabel ma ddur dawra sħiħa lejn il-lemin.
Kif tkun qiegħed iddur f'għaqda ta' żewġ toroq, ħares lejn il-lemin, imbagħad lejn ix-xellug u lejn il-lemin mill-ġdid. Issuqx qabel tkun żgur li ma hemmx periklu biex tagħmel dan. Toqgħodx fuq is-sinjali mogħtija
F'għaqda ta' żewġ toroq ikkontrollata mill-pulizija, ara li l-uffiċjal tal-pulizija li jkun jikkontrolla t-traffiku jkun fehem sewwa s-sinjal tiegħek għal liema
Qis it-tul tal-vettura tiegħek u tostakolax traffiku
Ippostja l-vettura tiegħek sewwa u evita li tostakola t-traffiku
Id-Dritta tat-Triq
Jekk ma jkunx muri xort'oħra, it-traffiku fit-triq prinċipali għandu d-dritta fuq it-traffiku li jkun qed jaqsam, li jkun dieħel, jew li jkun se jħalli t-triq prinċipali.
F'salib it-toroq jew għaqda ta' triq prinċipali ma' triq sekondarja, it-traffiku fit-triq sekondarja għandu jagħti d-dritta lit-traffiku li jkun għaddej fi, jew li jkun ħiereġ
F'salib it-toroq jew għaqda ta' toroq li għandhom l-istess importanza għat-traffiku, meta l-vetturi jaslu f'salib it-toroq jew fil-post ta' fejn jiltaqgħu t-toroq fl-istess waqt, għandha tingħata preċedenza lill-vetturi fuq in-naħa tal-lemin, jekk ma jkunx hemm tabelli li jindikaw xort' oħra. Iżda, fejn it-toroq jiltaqgħu flimkien f'għamla T, it-traffiku li jkun fit-triq id-dritta jkollu preċedenza fuq it-traffiku tat-triq l-oħra.
Qatt ma għandek tagħmel xi manuvra li tista' ġġiegħel traffiku ieħor jimxi bil-mod jew jieqaf f'daqqa, lanqas jekk tuża s-sinjali.
Parir Ġenerali
Ma tistax:
• Issuq bl-addoċċ
• Issuq mingħajr ma toqgħod attent
• Issuq bla ma taħseb f'ħaddieħor li jkun qed juża t-triq.
Issuqx fuq jew
Mill-ewwel agħti d-dritta lill-fire engines, ambulanzi u vetturi tal-pulizija jew ta' emerġenza meta tisma' jew
It-Tieni Regola
Irregola l-veloċità tiegħek biex iżżomm f'distanza ta' żewġ sekondi 'l bogħod wara l-vettura quddiemek. Dan tista' tikalkulah billi tuża arblu jew xi marka oħra fissa bħala punt ta' referenza u biex tgħid mija u wieħed u mija u tnejn qabel mal-vettura tiegħek tasal sal-punt ta' referenza.
Uża punt fiss biex jgħinek tikkalkula distanza ta' żewġ sekondi
Irregola s-sewqan tiegħek għat-tip u l-kondizzjoni tat-triq li tkun fiha. B'mod partikolari:
• tqisx il-limitu ta' veloċità bħala mira. Ħafna drabi perikoluż u mhux xieraq li ssuq sal-limitu ta' l-ogħla veloċità.
• ikkunsidra l-kundizzjonijiet tat-triq u tat-traffiku. Kun lest għal sitwazzjonijiet mhux mistennija jew diffiċli, per eżempju li t-triq tkun imblukkata wara kantuniera. Kun lest biex taġġusta l-veloċità tiegħek bħala prekawzjoni.
• fejn hemm triq tagħqad ma' oħra, kun lest għal xi vettura ħierġa.
• fi skontri u mogħdijiet fil-kampanja oqgħod attent għal xi trejqa mhux immarkata fejn ħadd m'għandu d-dritta.
• meta żewġ vetturi li jkunu sejrin f'direzzjoni opposta jiltaqgħu f'parti dejqa ta' triq, kemm-il darba ma jkunx hemm sinjali li jindikaw mod ieħor, dak li jkun l- aktar qrib tal-parti l-wiesgħa tat-triq għandu jreġġa' lura biex iħalli l-vettura l-oħra tgħaddi.
• meta żewġ vetturi sejrin f'direzzjoni kontra xulxin jiltaqgħu f'telgħa, kemm-il darba s-sinjali ma jurux mod ieħor, il-vettura li tkun tiela' għandha d-dritta fuq il-vettura li tkun nieżla.
Roundabouts
Fejn hemm żewġ mogħdijiet fid-daħla għar-roundabout, kemm-il darba ma jkunx hemm sinjali jew marki tal-karreġġata li jindikaw mod ieħor:
Avviċina r-roundabout fil-mogħdija tax-xellug żomm ma' din il-mogħdija fir-roundabout.
Avviċina r-roundabout fil-mogħdija tax-xellug żomm ma' din il-mogħdija fir-roundabout. Jekk is-sitwazzjoni ġġiegħlek tagħmel mod ieħor (eż. jekk il-mogħdija tax-xellug tkun imblukkata), avviċina fil-mogħdija tal-lemin; żomm din il-mogħdija fuq ir-roundabout. Jekk l-istess roundabout tkun ħielsa
Avviċina r-roundabout fil-mogħdija tal-lemin; żomm din il-mogħdija fir-roundabout.
Sinjali mar-roundabouts
Uża l-indicator li jindika dawra lejn ix-xellug hekk kif tibda tavviċina u tgħaddi mar-roundabout.
Uża l-indicator li jindika dawra lejn ix-xellug meta taqbeż il-ħruġ li jiġi qabel dak li tkun se tieħu.
Uża l-indicator li jindika dawra lejn il-lemin hekk kif tibda tavviċina, u kompli b'dan is-sinjal sakemm taqbeż il-ftuħ li jiġi qabel dak li tkun se tieħu. Imbagħad aqleb l-indicator biex tindika dawra lejn ix-xellug.
Oqgħod attent għaċ-ċiklisti u dawk bil-motorcycle u ħallilhom il-wisa'. Aħseb għall-vetturi twal, li jistgħu jieħdu rotta differenti, kemm meta tkun qiegħed tavviċinahom kif ukoll meta tkun qiegħed iddur ma' roundabout.
Mini-Roundabouts
Dawn għandek tavviċinahom l-istess mod bħal roundabouts normali. Il-vetturi kollha JKOLLHOM jgħaddu madwar il-marki ċentrali
Ittratta kull roundabout separatament
Ħafna Roundabouts
F'xi għaqdiet kumplikati ta' toroq, jista'jkun hemm sensiela ta' roundabouts f'intersection. Ittratta kull roundabout żgħira separatament u segwi r-regoli normali.
Isserraħx rasek għax inti għandek id-dritta għat-triq jekk ikollok suspett li l-vettura l-oħra ma tkunx se ċċedi l-preċedenza. Għandek dejjem tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex tevita inċidenti.
JEKK TKUN FID-DUBJU - AGĦTI D-DRITTA TAT-TRIQ
Waqfien u Pparkjar
La għandek tipparkja u lanqas tħalli l-vettura tiegħek wieqfa:-
• fejn mhux permess l-ipparkjar.
• f'distanza ta' inqas
• ħdejn liwja jew quċċata ta' għolja.
• f'passaġġ għall-pedestrians jekk mhux awtorizzat.
• f'distanza ta' 4 metri jew inaqas
• f'mina jew taħt pont.
• fi triq prinċipali jew fi triq li jkun fiha traffiku mgħaġġel, jekk dak l-ipparkjar jew waqfien jaffettwa l-mixi ħieles tat-traffiku.
• faċċata jew kważi faċċata ta' vettura oħra wieqfa, f'post ta' refuġju f'nofs it-triq, jew xkiel ieħor.
• ma' ġenb vettura wieqfa (ipparkjar doppju).
• f'tul ta' 12-il metru
• ħdejn skola jew sptar jew dħul għat-tobba jew fejn tista' tgħatti sinjal tat-traffiku.
• fuq in-naħa ħażina ta' triq mhux imdawla sewwa bil-lejl.
• bil-fanali l-kbar ta' quddiem mixgħulin bil-lejl.
• f'tali pożizzjoni li tfixkel vetturi oħra pparkjati.
• fuq traffic islands delineati b'linji djagonali.
• f'tali pożizzjoni li timblokka d-dħul jew ħruġ
Trailers u l-vetturi kollha b'tagħbija li tisporġi 'l barra m'għandhomx jitħallew fit-triq bil-lejl.
Ma tistax tipparkja fi spazji riservati għal xi ħadd speċifiku, bħal dawk li għandhom il-Blue Badge jew residenti, kemm-il darba ma jkollokx dritt li tagħmel dan.
Idħol f'Box Junction biss meta m'hemmx traffiku
Tipparkjax parti tal- jew il-vettura kollha fuq il-bankina kemm-il darba ma jkunx hemm sinjali li jippermettu dan. L-ipparkjar fuq il-bankini jista' jostakola u joħloq inkonvenjent għall-pedestrians, nies u prams jew pushchairs jew wheelchairs u dawk neqsin mid-dawl.
Żoni ta' Pparkjar Ikkontrollat
Is-sinjali ta' dħul f'żona jindikaw il-ħinijiet meta r-restrizzjonijiet biex tistenna fiż-żona jkunu fis-seħħ.
Vetturi tat-tagħbija
Vetturi li jieħdu tagħbija ta' piż massimu ta' madwar 7.5 tunnellati (inkluż kull trailer) m'għandhomx jitħallew ipparkjati fit-tarf, fuq bankina jew fuqkull art oħra li tinsab bejn il-karreġġati, mingħajr il-permess tal-pulizija. L-unika eċċezzjoni hija meta l-ipparkjar huwa essenzjali għat-tagħbija jew ħatt, f'liema każ il-vettura m'għandhiex titħalla mingħajr għassa.
Tagħbija u ħatt
Tgħabbix jew tħott fejn hemm marki sofor fit-triq jew sinjali wieqfa li juru No Parking u li juru li jkunu qed iseħħu xi restrizzjonijiet.
Għandek tipparkja matul il-bankina, kemm-il darba ma jkunx hemm daħliet għall-ipparkjar immarkati b'linji li jindikaw xorta oħra. Il-muturi iżda, għandhom jiġu pparkjati mhux anqas
Ipparkjar fi Tlajja'
Jekk tipparkja f'telgħa inti għandek:
• tipparkja qrib il-bankina u ttella' l-handbrake.
• agħżel ingranaġġ għal quddiem u dawwar ir-rota ta' l-isteering 'l hinn mill-bankina meta tħares għat-telgħa.
• agħżel ingranaġġ bir-rivers u dawwar ir-rota ta' l-isteering lejn il-bankina meta tkun tħares għan-niżla.
• itfa' l-lever fuq park jekk il-karozza tiegħek għandha gearbox awtomatika.
Proċeduri meta jwaqqfuk il-Pulizija
Jekk il-pulizija jridu jwaqqfu l-vettura tiegħek huma, fejn possibbli, jiġbdulek l-attenzjoni billi:-
• teptpu dwal blu jew il-fanali l-kbar jew idoqqu s-sirena jew ħorn.
• ordnawlek biex issuq mal-ġenb billi juruk u/jew jużaw l-indicator tax-xellug.
Inti JKOLLOK imbagħad issuq mal-ġenb u twaqqaf hekk kif ma jkunx hemm periklu li tagħmel dan. Imbagħad itfi l-magna tiegħek.
Proċeduri normali biex tieqaf
Qabel ma tieqaf, agħmel sinjal biex turi li bi ħsiebek tagħmel dan fil-ħin u meta tersaq mal-ġenb, ersaq qrib kemm jista' jkun lejn il-bankina jew ġenb tat-triq. Kun żgur li l-magna tkun mitfija, il-hand brake imtella' sewwa u l-gear ikun f'wieħed baxx jew fuq ir-rivers qabel ma titlaq mill-karozza (itfa' l-lever fuq park jekk il-karozza tiegħek għandha gearbox awtomatika). F'niżla, ikser ir-roti ta' quddiem lejn il-bankina.
Iċċekkja madwarek qabel tiftaħ il-bieba
F'disc zones, waħħal id-disc u urih f'post prominenti fuq id-dashboard.
Bil-lejl
Bil-lejl dejjem suq bi speed adattat għat-tul li jwassal id-dawl tiegħek sabiex tkun tista' tieqaf fil-ħin jekk ikun hemm bżonn.
Bil-lejl, f'inħawi mibnija, uża l-fanali l-kbar ta' quddiem b'dawl baxxut.
F'toroq mhux imdawlin uża dejjem il-fanali l-kbar ta' quddiem.
Baxxi l-fanali l-kbar meta tkun qed issuq wara vettura oħra.
Kun żgur li permezz tad-dawl tal-vettura tiegħek, tkun tista'
Qatt m'għandek tuża l-hazard lights meta l-vettura tkun għaddejja sakemm ma jkunx hemm veru bżonn li tagħmel hekk.
Il-vetturi kollha għandu jkollhom stop lights, mera biex
Reflectors ħomor għandhom iħarsu biss lura. Il-fanali l-kbar jistgħu jkunu bojod jew sofor. Il-bozoz tal-ġnub juru dawl abjad
Kun żgur li d-dwal tiegħek ikunu mixgħulin matul il-ħin li jinxtegħlu d-dwal tat-toroq, i.e. bejn inżul u tlugħ ix-xemx. Ara li kemm id-dwal ta' quddiem kif ukoll dawk ta' wara u dwal tan-numru tar-reġistrazzjoni jkunu mixgħulin bil-lejl.
Oqgħod attent għall-fanali ta' twissija jew reflecting triangles ħomor li jitqiegħdu fit-triq; it-triq tista' tkun ingumbrata jew jista' jkun ġara xi inċident tat-traffiku.
Jekk sewwieq ieħor jixgħellek il-fanali l-kbar qatt m'għandek tassumi li dak hu sinjal biex titlaq. Uża l-ġudizzju tiegħek u suq b'kawtela.
Jekk vettura riesqa lejk mid-direzzjoni opposta jkollha l-fanali l-kbar ta' quddiem mhux baxxi, tista' tiġbed l-attenzjoni tas-sewwieq tagħha billi tteptep id-dawl għal mument, iżda żżomx il-fanali l-kbar ta' quddiem mixgħulin bi tpattija.
Mini
• tuża d-dwal.
• tobdi l-limitu ta' veloċità indikat.
• toqgħod fil-mogħdija tul il-mina kollha.
Użu ta' Ħornijiet
Il-ħornijiet iġiegħlu lil ħaddieħor jinduna bil-preżenza tiegħek jew li tkun riesaq lejh, iżda dawn ma jagħtuk l-ebda dritt speċjali. Uża l-ħorn mill-inqas u meta jkun hemm bżonn.
F'inħawi mibnijin u speċjalment bil-lejl, il-ħornijiet għandhom jintużaw biss f'emerġenza.
Il-ħornijiet għandhom ikunu effettivi mingħajr ma jdejqu lil ħaddieħor. Il-volum tar-radjijiet jew stereos tal-karozzi għandu jinżamm baxx b'mod li ma jkunx ta' inkonvenjent għal ħaddieħor u b'mod li ma jħallix lis-sewwieq jisma' jew isuq sew.
Xogħlijiet fit-Toroq
• M'għandek taqbeż l-ebda limitu temporanju ta' l-ogħla veloċità.
• Uża l-mirja u idħol fil-mogħdija t-tajba għall-vettura tiegħek mal-ewwel u kif juruk is-sinjali.
• Toqgħodx tibdel il-mogħdijiet biex taqla' l-queue tat traffiku.
• Tidħolx f'
• Oqgħod attent għat-traffiku li jkun dieħel jew ħiereġ
• Żomm f'moħħok li t-triq aktar 'il quddiem tista' tkun ostakolata bix-xogħlijiet jew bi traffiku miexi bil-mod jew wieqaf.
Regoli addizzjonali għal toroq fejn jistgħu jġerru
Oqgħod attent speċjalment f'toroq arterjali u karreġġati oħra fuq żewġ naħat fejn isuqu high speed.
• Mogħdija waħda jew aktar jistgħu jkunu magħluqin għat-traffiku u tista' tkun teħtieġ tnaqqas il-veloċità.
• Vetturi tax-xogħlijiet li jsuqu bil-mod jew weqfin b'sinjal ta' 'Keep Left' jew 'Keep Right' fuq wara kultant jintużaw biex jagħlqu mogħdijiet għat-tiswija.
• Iċċekkja l-mirja, naqqas mill-veloċità u ibdel il-mogħdijiet jekk hemm bżonn.
• Żomm distanza biżżejjed mill-vettura ta' quddiemek.
Sistema Contraflow
Dan ifisser li tkun qed issuq f'mogħdija idjeq min-normal u mingħajr barriera permanenti bejnek u t-traffiku li jkun ġej. Il-hard shoulder tista' tintuża għat-traffiku, iżda oqgħod attent li jista' jkun hemm karozzi bil-ħsara weqfin aktar 'il quddiem. Żomm ċertu distanza mill-vettura ta' quddiemek u oqgħod għal kull limitu temporanju ta' veloċità.
Tħaris għas-Saħħa tal-Pedestrians
TAQBIŻX vettura li tkun waqfet jew naqqset il-veloċità f'POST TA' QSIM GĦALL-PEDESTRIANS.
F'postijiet ta' qsim għall-pedestrians ikkontrollati
Oqgħod attent għal xi pedestrian li jitfaċċa minnufih
Ħafna mill-pedestrians li jisfgħu maqtula jew korruti serjament ikunu jew ta' taħt il-ħmistax-il sena jew 'il fuq
Ogħod aktar attent ħdejn postijiet fejn ikunu jilagħbu t-tfal, minħabba li dawn, aljenati fil-logħob, jistgħu jaqsmu t-triq f'daqqa (per eżempju, biex jiġru wara ballun)
Limitu ta' Veloċità
|
Tip ta' vetturi |
Inħawi mibnija Km/h |
Bnadi oħra Km/h |
|
Karozzi u motorcycles |
50 |
80 |
|
Karozzi tal-linja u coaches (li mhumiex itwal u vetturi kummerċjali żgħar sa 3 tunnellati |
40 |
60 |
|
Vetturi tat-tagħbija (li jaqbżu t-3 tunnellati ta' l-akbar piż mgħobbi) |
30 |
40 |
|
Vetturi industrijali u agrikoli (inklużi vetturi rmunkati) |
20 |
30 |
Dawn huma veloċitajiet massimi, iżda jistgħu jinħolqu diversi sitwazzjonijiet fejn il-prudenza titlob veloċitajiet inqas minħabba l-kwalità tat-triq, il-kundizzjonijiet tat-temp, il-kwantità ta' traffiku, il-preżenza ta' pedestrians u perikli oħra.
Sewqan b'veloċità għolja għat-traffiku u l-kondizzjonijiet tat-triq jista' jkun perikoluż. Dejjem għandek tnaqqas il-veloċità meta:
• l-għamla u l-kundizzjoni tat-triq jippreżentaw periklu, bħal liwjiet.
• sewqan fit-triq fejn hemm pedestrians u ċiklisti, partikolarment it-tfal u ċiklisti bil-mutur.
• sewqan bil-lejl għax aktar diffiċli li
Kwalunkwe waħda mill-veloċitajiet ta' hawn fuq tista' tiġi mnaqqsa b'sinjali xierqa tat-traffiku. Ambulanzi, fire-engines, vetturi tal-pulizija u vetturi oħra ta' emerġenza bis-sirena jew dawl iteptep jew sinjali oħra xierqa huma eżenti mil-limiti ta' veloċità murija hawn fuq.
Jekk ma jkunx hemm raġunijiet suffiċjenti għall-kuntrarju, issuqx b'veloċità anqas
Iżżomx queue twil ta' traffiku. Jekk qed issuq vettura kbira jew li timxi bil-mod u t-triq hija dejqa jew isserrep, jew hemm ħafna traffiku ġej lejk, int GĦANDEK tieqaf fejn tista' bla periklu biex vetturi oħra jistgħu jaqbżuk.
Oqgħod attent għal ċiklisti bil-mutur fejn triq taqgħad ma' oħra
Distanzi biex tieqaf
Qatt m'għandek issuq b'ċerta veloċità hekk li ma jkollokx ħin biżżejjed biex twaqqaf sa tul id-distanza ħielsa li tista'
Inti għandek:
• tħalli spazju biżżejjed bejnek u l-vettura ta' quddiemek ħalli tkun tista' tieqaf bla periklu jekk tnaqqas mill-veloċità jew twaqqaf. Ir-regola ta' sigurtà hija li qatt m'għandek tavviċina eqreb
• ħalli ta' l-anqas distanza ta' żewġ sekondi bejnek u bejn il-vettura ta' quddiemek f'toroq fejn it-traffiku jgħaddi jġerri. Id-distanza għandha tkun ta' l-anqas irduppjata fuq toroq imxarrba u miżjuda aktar f'toroq bit-tajn.
• ftakar, vetturi kbar u motorcyles jeħtieġu distanza akbar biex jieqfu.
Ikollok bżonn ċertu ħin biex tirreaġġixxi f'emerġenza. Ir-reazzjonijiet tiegħek ikunu aktar bil-mod jekk tkun għajjien, bin-ngħas, mgħammex bid-dawl jew jekk il-fakultajiet tiegħek ikunu b'xi mod affettwati. Jekk tħoss xi sinjal ta'għajja, suq aktar bil-mod u rdoppja l-attenzjoni tiegħek, u jekk ikun meħtieġ, ieqaf fl-ewwel post adattat sakemm tkun mistrieħ.
Vetturi bil-mutur ma jistgħux jieqfu f'daqqa.
|
KM/H |
Distanza biex tahseb |
Distanza biex tieqaf |
Distanza Generali biex tieqaf |
|
32 |
6 |
6 |
12 |
|
50 |
9 |
14 |
23 |
|
64 |
12 |
24 |
36 |
|
80 |
15 |
38 |
53 |
|
94 |
18 |
55 |
73 |
|
110 |
21 |
75 |
96 |
Id-distanzi murija hawn fuq japplikaw biss fi triq xotta, karozza tajba bi brejkijiet u tyres tajbin u sewwieq attent biex jieqaf sewwa fid-distanza murija.
Ftakar li dawn huma l-iqsar distanzi biex tieqaf. Id-distanzi biex tieqaf jikbru ħafna aktar f'toroq imxarrba jew jiżolqu, brejkijiet u tyres debboli, u sewwieq għajjien.
Karozza tiskiddja meta s-sewwieq jibbrejkja jew jaċċellera f'daqqa jew jaħsad l-isteering jew ikun qed isuq b'veloċità għolja għal kundizzjonijiet tat-triq. Jekk il-vettura tiskiddja, itlaq il-brejk jew il-gass bil-mod u dawwar l-isteering fl-istess direzzjoni li fiha tkun qed tiskiddja l-vettura.
Sena 2004 Incidenti tat-traffiku irraportati 15,643 Medja ta’ 43 incident kuljum Nies midruba Total 1,281 Medja ta’ 25 kull gimgha Midruba gravi 265 Medja ta’ 5 kull gimgha Midruba hafif 1,003 Medja ta’ 19 kull gimgha Nies li mietu Sewwieqa 9 Passiggiera 2 Pedestrians 2