Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

 

 

Araw x’differenza meta kittieba Nazzjonalisti jaghmlu zball fil-kritika taghhom. L-ewwel ghandna lil I.M. Beck li ghandu agenda cara kontra l-Partit Laburista u specjalment kontra Dr. Alfred Sant. X’kiteb I.M. Beck? Halli naraw.

 

“Even as the Malta Labour Party’s media were triumphantly announcing to the world that the Act sealing our entry into Europe had been radically amended after the party’s heroic intervention, Doctor Alfred Sant (remember him? I do, just) gave the lie to those who had been trying to portray him as the European par excellence, the Renaissance chap who’s at home in the salons of London, Paris and Milan, by staying away from the vote last Monday.”

 

Rajtu x’tip ta’ kitba tqazzek. Rajtu xi kliem iniggez u jwegga. Li ma kienx jaf Beck kien li Dr. Alfred Sant kien ma jiflahx dak inhar u ma setax jattendi. Rajtu s-serjeta tal-kittieba Nazzjonalisti? Fis-26 ta’ Lulju 2003 Beck ipprova jaghmel apologija, l-anqas felah jiskuza ruhu bhan-nies. Kiteb, “It seems that Doctor Alfred Sant, according to his own words in his column in It- Torca, was not present at the vote on the EU Accession Act due to ill health. In that case, I must prostrate myself before him and beg pardon for my comments about his lack of sense of history.” Wara, Beck kompla bi kliem kollu dardir kontra Dr. Sant. L-anqas skuza ruhu bhan-nies, le pprefera li fl-“apologija” tieghu xorta jitmejjel b’Dr. Sant.

 

U fejn l-izball ikun kontra ras kbira Nazzjonalista?

 

Halli naraw Roamer li jikteb kull nhar ta’ Hadd fis-Sunday Times. Wara li kkritika lis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, gimgha wara Roamer kiteb hekk f’The Sunday Times tal-Hadd 27 ta’ Lulju 2003. “Last Sunday I got worked up over a report I had read in another newspaper where it was stated that Parliamentary Secretary Edwin Vassallo had moaned about ministers being under pressure on the matter of sex tourism. … I have no hesitation in admitting that the entire thrust and gist of Mr. Vassallo’s speech was diametrically opposite to the impression I had given, an impression wrongly based on an opinion I failed to check out. All is retracted…” Rajtu l-apologija din id-darba x’differenza meta l-vittma tkun Nazzjonalista? X’differenza enormi!!! Dan x’gurnalizmu hu?

 

 

Ottubru 2003

Mistoqsija lill-Ministru Austin Gatt.

 

Meta qed thedded li taghlaq lil-PBS jekk 134 haddiem ma jitilqux mix-xoghol minn jheddhom, ghandek f'rasek li kuntratti ghal-programmi fuq il-PBS jigu mehuda minn Net TV?

 

 

Ottubru 2003

Mistoqsijiet lill-Gvern Nazzjonalista

 

Meta ser iddahhlu sens ta' responsabilta u tibdew taccettaw ir-responsabilta politika tal-abbuzi li qeghdin isiru? Meta ser naraw l-ewwel ministru jew segretarju parlamentari jirrizenja minhabba t-tahwid li qeghdin thawdu? L-ahhar rizenja ta' ministru kienet fi zmien gvern Laburista u dik kienet fuq cucata, inthom qed taghmlu hafna u hafna ghar minn hekk, meta ser jitlaq l-ewwel wiehed minnkom? Meta ser tibdew tikkontrollaw l-arroganza tal-poter li ilha li telghet ghal raskhom?

 

 

Dawk li jhobbu u jirrispettaw l-ilsien Malti, ghamlu notament ta’ li gej . . .  

 

Mill-web site tal-Partit Nazzjonalista.      

Il-Hamis 10 t’April 2003

 

Xoghol Gid Serjeta’

-         Hi ghazla biex id-demorkazija tkun imharsa

-         Hi ghazla biex tar-rieda tal-poplu rispettata

-         F’kull kas Alfred Sant kien zbaljat

-         Xi ktedtu jibqalna

-         id-dar tkun villegajatura

 

Iffirma ghal-dawn il-hnizrijiet, s-Sur Gordon Pisani, direttur tal-informazzjoni tal-PN

 

 

Ottubru 2003

 

Il-pustiera haddiema tal-Maltapost qeghdin iqassmu fuljetti tal-Partit Nazzjonalista. Ma hemm l-ebda hlas ghall-pustagg fuq il-fuljett (timru jew bolla) u l-fuljett jidher li qieghed jitqassam bl-idejn . . . permezz tal-Maltapost. Dan hu abbuz? Din haga normali? Ghalhekk gholew ir-rati tal-pustagg f'Malta? Tista l-Maltapost tispjega din il-haga?

 

 

Bidu tas-sena 2004

 

Dr. Fenech Adami jidher li qed jahrablu l-kontroll tat-tmexxija tal-pajjiz. Apparti l-fjask ovvju fl-ekonomija u t-telf ta' mijiet ta' mpjiegi, resqin fuq Malta zmienijiet aktar difficli. Jekk irid Dr. Fenech Adami jista jibqa jmexxi, IMMA ahjar jahsibha. Nahseb li ahjar jitlaq issa qabel jidhol f'xi bawxata politika kbira li ma jkunx jista johrog minnha. Ic-cans hu li Dr. Fenech Adami jirrizenja dalwaqt. Nistennew u naraw. 

 

 

Il-vizjoni ta’ John Dalli

 

Qabel

 

“Finance Minister John Dalli, ... said that about 40 per cent of PN councillors would vote for him.”

The Times 22.2.2004

 

Wara

 

“Mr Dalli polled 219 votes (25.4 per cent).”

The Sunday Times 29.2.2004

 

 

Dr. Fenech Adami irrizenja minn kap tal-PN "ghax ghalaq 70 sena". U ejja dottor liema sieq qed tiprova tigbdilna? Qal li ta' 70 sena jrid inaqqas mix-xoghol u jrid igawdi l-familja specjalment lin-neputijiet. Mhux idea hazina imma l-fatt li qalha Dr. Fenech Adami trid toqghod attent qabel ma temminha. Lili ma tinzillix li rrizenja ghax ghalaq 70 sena. Aktar nahseb li rrizenja ghal wahda minn zewg ragunijiet. Jew ghax ma jiflahx ghal-problemi dejjem joktru fil-pajjiz inkella . . . u din tahraq hafna, ghax irid jilhaq President tar-Repubblika. Inhalli ftit zmien iehor u nara. Jekk ghandi ragun OK u jekk m'ghandix, nitlob skuza.

 

 

All in the Family

It's payback time . . .

 

Min qeda' lill-PN mill-koxxa, jgawdi.

 

Malta Today

7 ta' Marzu 2004

 

Outgoing Prime Minister Eddie Fenech Adami is fine-tuning his legacy before leaving office at Castille, as MaltaToday is informed the Premier has already personally met up and spoken to a prospective PN candidate for the European Parliament. The Nationalist Party has not yet started its screening of possible candidates for the European Parliament elections, but the Prime Minister saw fit to meet up with potential PN candidate Simon Busuttil, MaltaToday is informed. Busuttil, former head of the Malta-EU Information Centre, had long been touted as one of the prospective candidates who will be fielded by the Nationalist Party for June’s European Parliament elections. Contacted by this newspaper, Busuttil chose neither to confirm nor deny that he met the Prime Minister, and would neither confirm nor deny whether he is interested in running for MEP. The Office of the Prime Minister also chose not to confirm Fenech Adami’s direct involvement in the selection process of potential PN MEPs. Private secretary Peter Portelli said the Nationalist Party had not yet started the process of identifying candidates for the European Parliament elections. Pressed as to whether the Prime Minister had been in personal contact with any likely candidates, Portelli reiterated that the PN had not initiated the selection process. Busuttil may well be the only potential candidate to have already earned the blessing of Eddie Fenech Adami. Former PN Minister and Water Services chairman Michael Falzon, and UHM legal counsel Ian Spiteri Bailey, have so far publicly declared their interest in running for MEP with the PN. Other names being touted as potential candidates are former Moviment IVA figureheads Joanna Drake and David Casa, Net TV journalist Karl Stagno Navarra, and outgoing President of the Republic Guido de Marco.

 

 

“Two men are being held by the police after being caught by the Armed Forces of Malta following a chase at sea and on land. One of the men was injured when members of the AFM fired warning shots.”

The Times 15.3.2004

 

Warning shots?? Dan kif is-suldati laqtuh meta kienu qeghdin jisparaw tiri ta' twissija? Mela tiri ta' twissija tisparhom lejn bniedem? Jekk tispara lejn bniedem ma nahsibx li biex twissih imma biex tferiegh .. u jekk tizbalja taf toqtlu. Dik twissija!!!

 

Sa fejn naf jien tiri ta' twissija tisparhom fl-ajru biex tbezza lil xi hadd u mhux tispara lejh. Imbaghad jekk toqtlu tkun vera wissejtu!!!!

 

 

The Times iccensurat lil Dr. Alfred Sant bl-artiklu tieghu ta' kull nhar ta' Erbgha fis-7.4.2004. L-artiklu imbaghad deher fil-maltastar.com dakinhar stess filghaxija u f'The Malta Independent Daily l-ghada.

 

 

L-Istorja ta' Chief Engineer mal-PBS

 

L-Orizzont 2.8.2004

minn Sandro Mangion

 

Kien ilu jahdem max-xandir ta’ l-istat minn Marzu ta’ l-1964. Kien dak li mexxa l-process tal-qlib ta’ Xandir Malta mill-black and white ghall-kulur fit-8 ta’ Lulju ta’ l-1981. Qatt ma basar li kien se jispicca jkollu jirtira mix-xoghol qabel iz-zmien bhala rizultat ta’ riforma. PAUL ABELA huwa wiehed mill-120 ex-impjegat tal-kumpanija Public Broadcasting Services. F’din l-intervista jitkellem ma’ SANDRO MANGION dwar esperjenzi sbieh u koroh li ghadda minnhom fuq il-post tax-xoghol fejn ta s-servizz tieghu ghal 40 sena shah.

 

M: Bla dubju l-qofol tal-karriera tieghek fix-xandir ta’ l-istat kien il-qlib mill-black & white ghall-kulur, meta kont il-Kap tat-Taqsima ta’ l-Inginerija TV. X’kien jinvolvi dak il-process?

 

T: Il-process tal-qlib ghall-kulur kien inbeda meta Xandir Malta kien imexxih Joe Avellino. Imbaghad, meta spicca Avellino, kien dahal minfloku Toni Pellegrini. Issa Avellino kien qed jippjana li l-qlib isir fazi fazi, filwaqt li Pellegrini ried li jkun hemm qlib komplut f’daqqa, ta’ l-istazzjon kollu. Allura kellhom isiru xi tibdiliet fit-tenders li kienu digà nhargu. Kien hemm hafna diffikultajiet. Fost l-ikbar problemi kellna n-nuqqas ta’ spazju fl-istazzjon. Ridnu nibdlu l-apparat minghajr ma ninterrompu t-trasmizzjonijiet ta’ l-istazzjon. Ghal nofs April ta’ l-1981 bdejna ninstallaw l-apparat il-gdid minflok l-antik. Kienet ugiegh ta’ ras kbira, imma rnexxielna. Konna nahdmu hafna bil-lejl. Jien u l-madwar 70 haddiem li kelli mieghi hdimna flimkien b’determinazzjoni kbira.

 

M: Il-pjan originali kien li l-ewwel xandira bil-kulur tohrog fit-8 ta’ Settembru ta’ l-1981, izda Pellegrini kien ried li dik id-data titmexxa ‘l quddiem ghal Lulju. Kif irnexxielkom tlahhqu kollox fi zmien hekk qasir?

 

T: Iva, ma nafx x’kienet ir-raguni imma Pellegrini kien jinsistili kull filghodu biex immexxu d-data ‘l quddiem. Niftakar li wiehed mill-intoppi li kellna nhabbtu wiccna maghhom kien it-transmitter, li kien ilu ghandna ghaxar snin. It-transmitter li konna nuzaw kien tal-kulur, imma sa dak iz-zmien ovvjament kien intuza biss biex ixandar black & white. It-teknici tal-kumpanija Franciza Thomson LGT li kienet bieghetilna t-transmitter ma setghetx tibghatilna l-inginieri biex jaghmlulna line-up ghall-kulur minhabba li kienu se jkunu kollha involuti f’esebizzjoni kbira fl-Isvizzera. Sadattant, iz-zmien - bhal Pellegrini - kien qed jaghfas fuqna. F’dawk ic-cirkostanzi, ridna nserrhu mohhna li t-transmitter kien jahdem tajjeb. Imma kien ghad m’ghandniex il-links tal-kulur, li kienu l-ahhar items li kellhom jaslulna minn barra. Il-funzjoni tal-links hi li tghaqqad l-istudios ta’ Gwardamanga mat-transmitter f’Hal Gharghur.

 

M: Allura kif ghamiltu biex ipprovajtu t-transmitter?

 

T: Niftakar li kellna xi programmi li konna digà rrekordjanihom bil-kulur, f’postijiet bhal Sant’Anton u l-Imnajdra u ddecidejt li naghmel prova bihom.

 

M: Imma ma kellkomx links…

 

T: Tassew, imma kellna l-links ta’ l-outside broadcasting unit. Billi konna f’nofs Mejju, iddecidejt li naghmel trasmissjoni bi prova mhux ufficjali f’xi hin bejn is-2.00 p.m. u l-4.00 p.m. Kont xandart ghal bejn nofs siegha u tliet kwarti. Billi kien is-sajf, u dak iz-zmien it-TV Malti ma kienx ixandar il-gurnata kollha bhal-lum, hsibt li f’dak il-hin ta’ wara nofsinhar hadd ma kien ikun qed jara Xandir Malta. Imma gharrali. Kwarta, ghoxrin minuta wara li bdiet it-trasmissjoni, kelli invazjoni ta’ telefonati ta’ individwi jistaqsuna jekk konniex qed inxandru bil-kulur.

 

M: Imma sa dak iz-zmien ma kienx ghadu llegali li jkollok sett tat-TV bil-kulur?

 

T: Iva, kien illegali li timporta, tbiegh jew tixtri TV tal-kulur. Imma biex dawk kollha li cemplu kienu raw ix-xandira bil-kulur, bilfors li kellhom TV tal-kulur, mhux hekk? Ovvjament hadd minn dawk li cempel ma qaghad jghidli min hu. Eventwalment, il-Gvern kien iddecieda li jaghti amnestija lil dawk li kellhom TV tal-kulur jew video biex jinkoraggihom jiddikjarawhom.

 

M: Kif kont wegibthom lil dawk li cemplu?

 

T: Kont innegajt. Ma ridtx ninqabad, l-ewwelnett ghax li xxandar bil-kulur kienet ghadha xi haga illegali, u t-tieni nett ghax kieku sar jaf Pellegrini kien ikun iridni nibda nxandar bil-kulur minn dak in-nhar stess, avolja s-sistema ma kinitx kollha f’postha! Il-links eventwalment waslu fl-ahhar gimgha ta’ Mejju. L-ewwel trasmissjoni bi prova ufficjali hrigniha fl-1 ta’ Lulju ta’ l-1981. Fit-8 ta’ Lulju, imbaghad, saret ic- cerimonja ufficcjali tal-qlib mill-black & white ghall-kulur.

 

M: Minkejja l-esperjenza kbira tieghek fil-qasam ta’ l-inginerija, madwar 12-il sena wara din il-grajja importanti ghat-TV Malti l-awtoritajiet tal-PBS nehhewk minn Chief Engineer TV. X’kien gara?

 

T: Niftakar li f’xi l-10.30 a.m. kont ircevejt telefonata minghand Roland Flamini, li kien il-Kap Ezekuttiv tal-kumpanija, u dan ordnali biex fi zmien siegha nnehhi l-affarijiet kollha tieghi mill-ufficcju ghax posti kien se jiehdu Andrew Psaila. Psaila llum huwa l-Kap Ezekuttiv tal-PBS. Ghamilt zmien ma naghmel xejn u niehu l-paga. Infatti, wara ftit qaluli li stajt nibqa’ d-dar u nircievi l-paga. U hekk ghamilt. Kienu qaluli li kienu se jaghmluni konsulent, imma qatt ma smajt xejn iktar.

 

M: Kemm domt ma taghmel xejn?

 

T: Xi tliet snin, sakemm ghamluni Chief Engineer tar-Radju. Imbaghad kelli incident li minhabba fih ghamilt disa’ xhur sospiz. Kont kunsillier ir-Rabat u kont attendejt ghal-laqgha tal-kunsill waqt il-hin tax-xoghol. Kien zball min-naha tieghi. Wara s-sospensjoni, poggewni Head of Transport and Maintenance. Kont ktibt lic-chairman ta’ dak iz-zmien, Tony Tabone, ghax kont qed inhossni mohli. L-esperjenza u l-kapacità tieghi stajt nuzahom b’mod hafna aktar produttiv ghall-PBS. Mort kellimtu wkoll, imma qatt ma wasalna mkien u qtajt qalbi. Meta lahaq Chairman Michael Mallia, li hemm illum, kont ktibtlu wkoll izda lanqas biss indenja ruhu jkellimni. U kollox rega’ miet fuq ommu. Sadanittant beda l-process biex inaqqsu n-numru ta’ l-impjegati.

 

M: Ghaliex ghazilt li tirtira qabel iz-zmien minflok tapplika ghal xi kariga fil-PBS?

 

T: Illum ghandi 59 sena. Wara li qist kif kienu rmewni matul dawn is-snin kollha, hassejt li ma kellix nghaddi minn aktar umiljazzjoni. Kont mija fil-mija cert li ma kinux jaghzluni kieku applikajt ghal xi kariga. Veru li min ma jintghazilx ghandu l-facilità li jmur jahdem xi mkien mal-Gvern, imma ma jaghmilx sens li mmur f’post tax-xoghol gdid ghal sena.

 

M: Kif tiddeskrivi l-attitudni tat-tmexxija tal-PBS fil-konfront tal-haddiema li spiccaw jew se jispiccaw minn hemmhekk?

 

T: Umiljanti. Wara dawk is-snin kollha ta’ servizz la sahha, la grazzi… xejn. Mhux ghax stennejna li kienu se jaghmlulna xi party, nghiduha kif inhi. Jiddispjacini hafna ghal dawk il-kollegi, jew ex-kollegi, tieghi li ghad ghandhom it-tfal zghar. Tithassarhom tarahom jibku ghax ma jafux x’se jaghmlu.

 

M: X’futur tara ghall-haddiema li se jibqghu jahdmu mal-PBS?

 

T: Gej l-iebes!

 

 

SPORTS

 

Wara l-umiljazjoni li ghal darba ohra Malta sofriet fil-qasam tal-futbol fejn kontra l-Izvezja f'darna stess kisruna 0-7 (u laqtu l-lasta wkoll) nahseb li ghandna bzonn inqumu mir-raqda u mill-holma taghna li xi darba ghad nistghu nilaghbu futbol bhan nies. Xbajt nara lil Malta tigi umiljata. X'qeghdin niehdu b'daqshekk? Esperjenza? X'esperjenza jistghu jiehdu? Forsi kif jigbru l-ballun mix-xibka kull dabra li naqilghu gowl?? M'ahniex tajbin bizzejjed U DAQSHEKK!! Ilna naqghu ghac-cajt snin shah. Xbajna nbidlu coaches li jithallsu eluf kbar ta' Liri u xbajna nisperimentaw b'tattici u plejers godda. La m'ahniex tajbin m'ahniex tajbin. M'ghandniex inkomplu ndahhku d-dinja bina. Kull min jilghab kontrina mohhu biss biex jara kemm se jiskorja. Sirna qisna qahba fi Strada Stretta!! Ghandna bzonn inzarmaw mill-futbol professjonali internazzjonali fejn jidhlu kompetizzjonijiet kbar bhat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonat Ewropew. Halli mbaghad nilaghbu partiti ta' hbiberija ma' pajjizi fl-istess livell taghna. Ilna fix-xena internazzjonali tal-futbol ghal ghexieren ta' snin. La darba ghaddew dawn is-snin kollha u bqajna fejn konna, allura xi skop hemm li nkomplu nikkompetu mal-kbar? Anke biex niskurjaw gowl irid ikun miraklu, allura kif qatt nistghu nistennew rebha meta l-anqas niskurjaw ma nistghu? Id-difiza taghna qisha passatur, nipruvaw nilqghu kollox imma xorta jghaddi dak li ghandu jghaddi. Is-supporters tat-team Nazzjonali huma dizilluzi ghall-ahhar. Xi mmorru naghmlu Ta' Qali, forsi niehdu calculator maghna biex nghoddu l-gowls?? L-MFA ghandha tiehu d-decizjoni li t-team Nazzjonali jieqaf milli jiehu sehem f'kompetizzjonijiet kbar. Aktar ma nohorgu malajr minn dawn il-kompetizzjonijiet anqas se jkunu l-umiljazzjonijiet li diga huma hafna … anzi z-zejjed. Nispera li l-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li ghadha kemm bdiet tkun l-ahhar wahda ghalina u li l-Kampjonat Ewropew ukoll nghidulu sahha.

 

 

Sodod ghat-turisti

Tahwid nobis!!

 

Addressing the annual general conference of the Nationalist Party committee in Swieqi, Dr Zammit Dimech said 50,170 beds would be available in the coming years, compared to the existing 39,825. – The Times 1.2.2005

 

The total number of hotels in Malta will be decreasing from 164 to 151, after taking into consideration the hotels that are due to open this year, Tourism Minister Francis Zammit Dimech said. Three four-star hotels are due to close, together with eight three-star and two hotels in the two-star and one-star category. The number of beds will also decrease from 40,000 to 38,000, especially in the three-star category, where 1,100 beds will be cut – The Malta Independent 8.2.2005

 

F'temp ta' gimgha il-Ministru Zammit Dimech gie kkwotat li qal li l-ewwel in-numru ta' sodod ghat-turisti kien se jitla sa 50,170, imbaghad gie kkwotat li qal li n-numru tal-istess sodod kien se jinzel ghal 38,000. Dan x'tahwid hu sur ministru?

 

 

THE TIMES 8.2.2005

“Inquiry after Eritrean dies at Safi Barracks.”

Ariadne Massa and Herman Grech

 

Wara li miet immigrant li kien mizmum Hal Safi, qrajna f'The Times li, "Home Affairs Minister Tonio Borg said yesterday a magisterial inquiry had been ordered to establish the cause of death. Dr Borg said when asked to comment: "It is not extraordinary that one, out of the 3,000 irregular immigrants who came to Malta in the past two years, has died from natural causes". … The police immediately informed Magistrate Silvio Meli who ordered an autopsy to establish the exact cause of death."

 

Hija normali li wara li persuna tmut kawza naturali (skond Tonio Borg) tigi ordata inkjesta magisterjali? Jekk il-magistrat talab li ssir awtopsja biex issir maghrufa l-kawza tal-mewt, kif il-Ministru Tonio Borg qal li dan miet kawza naturali meta la l-awtopsja u l-anqas l-inkjesta kienu ghadhom ma saru?

 

 

STRAMBA DIN!!

 

VALLETTA, Malta (di-ve news)--October 24, 2005 -- 1400CEST-- Malta ordered flu vaccine for the country's entire population. The government ordered half a million doses, enough for two shots for each resident, Health Minister Dr. Louis Deguara said on Monday.

 

OK, mela l-gvern ordna 500,000 doza. Qal li dawn huma bizzejjed ghal zewg tilqimiet ghal kull residenti f'Malta. Imma f'Malta il-popolazzjoni hija ta' 400,000 u zewg tilqimiet jigu 800,000 allura it-300,000 tilqima l-ohra minn fejn gejjin? Hawn xi hadd jilluminana?

 

 

VALLETTA, Malta (di-ve news) - February 20, 2006 - 1300CET - An Italian woman was granted bail on a personal guarantee of 1,000 Euros as she did not declare to customs officials a large amount of money which she was taking out of Malta.

 

Il-munita Maltija ghadha il-Lira, allura kif il-qrati qeghdin jaghtu decizjonijiet f’Euros???

 

 

 

 

 

 

 

Gabirjoli!!

Tiftakru kif il-PN kien iwerwirna mic-Cinizi? Insejtu, mela ser infakkarkhom.

"Jekk il-komunizmu li hemm fic-Cina joghgob lil Mintoff ahna nghidulu li lilna jdardarna, lilna jwerwirna" – In-Nazzjon Taghna tas-27 ta’ Settembru 1975

 

"L-ikbar biza taghna huwa mic-Cina Komunista"  - In-Nazzjon Taghna 10 ta’ Lulju 1976

 

"Jehtieg li nehilsu mill-mostru komunista taht l-influwenza Ciniza" – il-Mument 29 ta’ Awwissu 1976

 

"Miskin (Mintoff) qieghed jaghmilha mac-Cinizi" – Dr. Josie Muscat 16 ta’ Novembru 1975

 

"Ic-Cinizi jsiru joghgbuna jekk izommu ‘l boghod mix-xtut taghna" – Dr. Joe Cassar 21 ta’ April 1976

 

U issa f’Ottubru 2003 il-Gvern Nazzjonalista accetta b’NOFS MILJUN LIRA ARMAMENTI mill-istess Cinizi li tant zebilhu u bezghu minnhom. Tawna AKM rifles, sub machine guns, light machine guns, general purposes machine guns, sniper rifles, anti tank weapons/rocket launchers, u hafna u hafna munizzjoni. Tant insew kemm werwruna bic-Cinizi li issa il-Kurunell Carm Vassallo qal li din l-ghotja hija "a dream come true" (holma li saret realta!!!!!)

 

 

Il-Kurunell Carm Vassallo u Senior Colonel Tian Wanguang jiehdu b'idejn xulxin wara li tawna l-armamenti.

 

 

Tajjeb li rahsu xi affarijiet tal-ikel minhabba t-tnehhija tal-levies. Imma dan ir-rohs fil-prezzijiet kemm dam? Zdidulna l-flus fil-but? Bqajna fejn konna? Morna lura u spiccajna b'anqas flus? Il-prezzijiet naqsu biss jew kien hemm dawk ohrajn li zdidu wkoll? X'sar ezatt mill-ewwel ta' Mejju l'hawn?

 

Halli naraw x'hinu jigri sew.

 

Mela nibdew minn nofs veritajiet Nazzjonalisti. Iva prezzijiet ta' prodotti mportati naqsu minhabba li tnehhiet it-taxxa tal-levy fuqhom.

S'hawnhekk morna minn fuq.

 

Imma mill-ewwel ta' Mejju 2004 dahlet il-Common External Tariff li m'hi xejn hlief taxxa fuq affarijiet importati minn barra l-Unjoni Ewropea. Qabel ma kienx hemm din it-taxxa fuqhom. Din it-taxxa saret biex ikunu protetti prodotti mahduma fl-Unjoni Ewropea, bhal ma qabel d-dhul ta' Malta fl-Unjoni ahna konna ghamilna l-levies biex niprotegu l-prodott Malti. The Times ikkonfermat hekk, "The probability is that between drops in the prices of certain imports and price increases on items imported from outside the EU, and therefore subject to the common external tariff, things will even themselves out for the consumer." (editorjal tad-9 ta' Mejju 2004).

Mela bejn wiehed u iehor issa spiccajna fejn konna qabel.

 

X'ivvinta l-Gvern Nazzjonalista? Xejn aktar minn taxxa gdida li semmiha eco-contribution (jibzghu jsejhula taxxa). Din hi taxxa gdida fuq firxa wiesa ta' prodotti mportati, taxxa li minhabba fiha l-poplu se jhallas Lm4 miljuni aktar fis-sena. U x'hini din it-taxxa gdida u fuq liema prodotti rridu nhallsu din it-taxxa? Jghidulna l-gazzetti li jappoggjaw lill-Gvern Nazzjonalista …

 

"… the eco-contribution (a tax, in effect) … will be mainly a revenue-raiser … to the tune of Lm4 million a year on the backs of those who … buy a refrigerator, washing machine or air-conditioner, or car tyres, oil for their engines, drinks, toiletries, TV sets or mobile phones." (editorjal ta' The Sunday Times 18.7.2004)

 

"Whatever the government may say, … "eco-contribution" on a range of items is nothing but another excuse to increase government's revenue. … it comes as no surprise that the GRTU and The Federation of Industry have criticised the proposed eco-tax. … Eco-tax or not, the bill simply puts another burden on the people. … we disagree with the prime minister when he says that it (new eco-tax) will help to nurture a national conscience to produce less waste." (editorjal ta' The Malta Independent 17.7.2004)

 

"The eco contribution … is bound to push up retail prices not only by the rate indicated by the government on a long list of items but also by any other additional charge importers would add on as an administration expense. For example, on a packet of four small batteries the charge would be 10c per battery. … The GRTU … and The Federation of Industry have protested strongly against the introduction of the tax. … the tax will be charged on containers ranging from plastic and glass bottles and cans for beer, wine and non-alcoholic drinks to white goods and electronic products including telephones." (The Times 15.7.2004)

Hawnhekk morna minn taht u l-ftahir dwar prezzijiet li naqsu minhabba d-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kienu biss buzzieqa li faqaghha l-Gvern Nazzjonalista stess bil-mizuri li ha biex jghollilna l-prezzijiet.

 

U fejn sejrin?

Imkien ghajr lejn ziediet aktar fl-gholi tal-hajja permezz tal-introduzzjoni tal-munita Euro li l-Gvern irid idahhal. Harsa lejn x'gara fil-pajjizi fejn dahlet il-Euro turina li l-hajja gholiet hafna. It-twissijiet ilhom li saru kemm minn naha tal-MLP, kemm minn shab il-PN u anke mill-maltapolitics.com. "In most, if not all the 12 eurozone countries, the changeover to a single currency has had an inflationary effect, in some cases markedly so." (editorjal, The Times 9.5.2004).

Sakemm nigu biex indahhlu l-Euro inkunu ilna li tlifna t-tnaqqis tal-prezzijiet li ftahret bihom in-Nazzjon!!!

 

Din konferma li qeghdin naghtuha ghal hala u se naghmlu korsa tad-deheb, jew ix-xitan ma jahmilx u jidher li l-korsa tal-golf se tigi tiswielna d-deheb?

 

Dan hu messagg mill-ufficcju tal-Prim Ministru lil Fr. Noel Grima editur ta' The Malta Independent f'liema messagg qieghed juri li jiddejjaq jircievi mistoqsijiet mill-gurnalisti. Ghal giehna dan hu l-Communications Co-Ordinator ta' Dr. Gonzi u suppost qieghed ghad-disposizzjoni tal-gurnalisti sabiex iwiegeb mistoqsijiet li jsiru minnhom.

 

Kollox kellna fil-Euro 2004 fil-Portugall Anke Laburisti akkaniti li hadu maghhom l-entuzjazmu politiku taghhom!!

 

Dan l-ahhar kont qieghed naqra ittra bid-data 22 ta' Frar 1993 li kien kiteb Dr. Fenech Adami. Kien kiteb hekk, "Izda xejn ma kien jinkwetana daqs il-firda bla bzonn li kienet inzerghet fost hutna." Kien qieghed jirreferi ghal meta fil-gvern kelna l-Partit Laburista. Taqra l-kitba ta' Dr. Fenech Adami tahseb li l-Laburisti kienu xi nies hziena, jfittxu l-inkwiet il-hin kollu u forsi tasal tahseb li n-Nazzjonalisti kienu dawk bir-raggiera, dejjem jigru wara l-Laburisti biex jaghtuhom xi tghannieqa jew bewsa. Imbaghad rajt dan ir-ritratt. Jidhru Louis Galea u Guido Demarco dehlin fil-bini tal-Awtorita Tax-Xandir u diehel warajhom hemm . . . Kif dan tal-ahhar lemah il-fotografu tal-Union Press ried jurih xi sinjali Nazzjonalisti godda ta' ghaqda u mhabba. Gharaftuh?

 

Issib Nazzjonalisti li jghidulek li l-elezzjoni tal-1981 rebhuha huma. Tghidx kemm jipruvaw jaqilghu hama biex jiggustifikaw l-argument taghhom. Kollox jipruvaw jaqilghu . . . hlief il-gazzetta taghhom stess.

 

Din t'hawn hija opportunita biex taghmel kuntatt ma' Dr. Eddie Fenech Adami. Ghandek issibha fil-web site tal-Partit Nazzjonalista. U jekk taghfas fuq din ix-shortcut (hawn) x'insibu? Inhalli f'idejn forcina tal-PN . . . il-gazzetta The Times biex tghidilna x'nistghu insibu. "The situation is such that one is tempted to conjure a picture of a prime minister sitting at his desk awaiting May 1, 2004 to happen and his Cabinet colleagues on their toes ready to applaud him as soon as he officially takes this tiny island through the main doors of the EU. That may sound grotesque, perhaps even simplistic. But how can the prevailing situation be described otherwise? There does not seem a strong enough will within the Cabinet to address and solve the more pressing issues. .." U xi jghidu l-partitarji Nazzjonalisti stess? Halli naraw. Anthony Formosa minn Fleur-de-Lys kiteb fis-27 ta' Settembru 2003 hekk, "Having been a faithful supporter of the Nationalist Party for these last 40 years, I have always believed in the democracy the PN had always observed. This, I must say lasted until the last election since when hundreds of people tried to air their ailments to the party in government but to no avail and like me were totally ignored both by the party's administrative side and, unfortunately, even by the prime minister." Mela jekk ghandek problema, mur habbat x'imkien iehor, ghax il-gvern Nazzjonalista ma jridx jaf bik!

 

Il-mod li bih il-Partit Nazzjonalista qieghed ikisser l-ilsien Malti huwa xi haga tal-ghageb, tal-misthija, tal-wahx u ta’ stmerrija. F’rapport qasir f’maltarightnow.com, ezattament rapport ta’ TLETT sentenzi biss jien sibt ghaxar zbalji. Naturalment il-PN u b’mod specjali it-tmexxija ta’ maltarightnow.com jigu jaqghu u jqumu mill-livell tal-Malti li juzaw. Li hu zgur hu li Eddie Fenech Adami mhux qieghed jiktbilhom dawn ir-rapporti … dak kien ftahar li gie l-ewwel fil-Matrikola!!! Dan ir-rapport huwa biss kampjun ta’ x’hemm fis-sit kollu, Malti li jgiblek ghajnejk wara widnejk.

 

Girja sfrenata tal-PN biex jirbhu l-elezzjoni generali billi jpingu ikrah lill-Partit Laburista, anke jekk hemm bzonn il-gideb. Il-kaz tal-progett Smart City huwa kaz tipiku. Riedu lill-MLP ikun kontra l-progett sabiex ikollhom ghalfejn jikritikawh. Minkejja li l-Oppozizzjoni Laburista fil-Parlament ivvutat favur il-progett, xorta wahda fl-istess hin, fl-istess sit (maltarightnow.com) u fl-istess pagna staqsew lill-qarrejja taghhom jekk ghamilx sew l-MLP li vvota kontra!!!

                 

 

Araw kif in-Nazzjonalisti jirraportaw l-ahbarijiet kif jaqblilhom.

Fil-kaz ta' libell KONTRA Alfred Sant, il-PN jghid li Mike Seychell hassu malafamat. Jirrapurtaw b'mod li juru li l-malafama hi fatt u mhux hsieb jew opinjoni.

Issa araw kif irrapurtaw kaz iehor simili ftit granet qabel imma din id-darba l-kaz ta' libell kien MINN Alfred Sant. Araw kif irrapurtaw li l-malafama kienet biss "skond" Alfred Sant, jigifieri dik kienet opinjoni tieghu biss u mhux fatt.

 

Kibritlu rasu?

Junior minister Tony Abela ordered the Armed Forces to give him the salute that is normally accorded to the Prime Minister at the Trooping the Colour parades on 30 September: a clear breach of military protocol that embarrassed the army from the top brass down. The unassuming Rabat notary, with a penchant for dressing up as Old Testament figures in church pageants, forced the AFM to give him the general salute on the day commemorating the army’s 37th anniversary. The privilege is reserved for the Prime Minister and the AFM Commander, with the national salute accorded to the President as the highest official of the State. Yet the junior minister insisted with Brig. Carmel Vassallo that he be given the salute of a Prime Minister, even though Lawrence Gonzi himself was attending the two parades on that day.

MaltaToday on Sunday 14.10.2007

 

 

 

Kif inbidlu z-zmienijiet!!

Frar 2008. Issa huma n-Nazzjonalisti l-hamalli. Hadu t-shirts tal-Labour u zidulhom kelma baxxa. Dan hu l-frott tar-riformi edukattivi taht il-PN?

 

Ahbarijiet Nazzjonalisti li jqazzu 'l kulhadd.

maltarightnow.com fil-11 ta' Frar 2009 habbret li l-progett skandaluz tal-estenzjoni tal-Kon Katidral ta' San Gwann bhala muzew gie mwaqqaf wara rakkommandazzjoni ta' Lawrence Gonzi u l-Arcisqof. Imkien fir-rapport (li qieghed jidher shih hawn taht) ma hemm indikata r-rezistenza li kien hemm mill-Partit Laburista kontra dan il-progett. Tant li din l-ahbar harget ftit sighat biss qabel il-Parlament kellu jiddiskuti mozzjoni mill-Oppozizzjoni Laburista dwar dan il-progett. Il-kredtu tawh biss lil Gonzi (li kien favur il-progett) u l-Arcisqof imma min hareg ghonqu jiggieled kontra l-progett l-anqas biss issemma. Dawn nies li ma jafux jisthu. Wicchom issa qaghad ghal kollox.

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX