Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

 

Pajjiz immexxi mid-dilettanti

Kulhadd mis-sema l-isfel jizbalja. Hemm min jaghmel zbalji zghar u hemm min jaghmel zbalji kbar, anki goffi. Bil-Malti nghidu li min jaghmel zball kbir ikun ghamel froga. F’dan il-pajjiz hawn min jiddelitta hafna bil-frejjeg daqs li kieku kien l-aqwa kok tad-dinja u espert fil-frejjeg. Li kieku l-frejjeg fil-politika jkunu tat-tip li jistghu jittieklu kieku ma jimpurtax imma l-frejjeg kbar li saru minn Nazzjonalisti mhux ta’ dan it-tip imma ta’ tip gravi. Meta gejt biex nara xi frejjeg ghamlu n-Nazzjonalisti sibt ruxmata minnhom. Ridt inkun hanin maghhom u elenkajt l-akbar fosthom u mhux kollha. Ftahtu l-aptit? Bon appétit!!

 

Gunju 1992

Il-Ministru Michael Falzon ammetta li l-passagg li l-Gvern ghamel fi Strada Stretta bejn il-qorti u l-annex, kien sar minghajr permess u awtorizzazzjoni.

 

Frar 1993

Il-Gvern heles mill-habs lit-terrorista Ali Rezaq hati ta’ qtil waqt il-htif tal-ajruplan tal-EgyptAir f’Malta.

 

Settembru 1994

Traffikant tad-Droga Francisco Assis Queiroz inghata mahfra presidenzjali u nheles mill-habs.

 

Ottubru 1994

Dr. Eddie Fenech Adami irrizenja imbaghad rega bdielu.

 

Marzu 1995

Il-Partit Nazzjonalista irrifjuta li jiehu sehem f’dibattu fuq it-television mal-MLP dwar is-sitwazzjoni tad-drogi fil-pajjiz.

 

Mejju 1996

Zeppi l-Hafi ddikjara li kien il-canvasser ta’ Dr. Eddie Fenech Adami kemm meta Fenech Adami kien ghadu fl-oppozizzjoni kif ukoll meta kien lahaq Prim Ministru u qal ukoll li anke kien jorqod barra d-dar tieghu.

 

Gunju 1996

Il-PN irrifjuta li jinghaqad mal-MLP biex issir dikjarazzjoni pubblika kontra kull diskriminazzjoni fil-qasam tax-xoghol.

 

Gunju 1996

John Dalli (Ministru tal-Finanzi) kien wissa lil Dr. Fenech Adami li kienu se jmorru hazin fil-finanzi.

 

April 2001

Il-Gvern nefaq is-somma esagerata ta’ Lm17,000 biex xtara arlogg ghad-dar tal-anzjani.

 

Ottubru 2001

Dr. Fenech Adami ddikjara li r-referendum dwar shubija fl-Unjoni Ewropea jista ma jsirx.

 

Sena 2001 sa 2003

It-triq li minn Naxxar twassal sas-Salini hadet kwazi tlett snin biex giet irrangata.

 

Sena 2002

Matul is-sena, il-PBS irrifjuta li jxandar spots mill-MLP dwar l-Unjoni Ewropea.

 

Marzu 2002

MP Nazzjonalista ddeskriva kif il-Gvern Nazzjonalista warrab il-backbenchers Nazzjonalisti.

 

Marzu 2002

Membri Parlamentari u kunsillieri Nazzjonalisti harbtu konferenza stampa moghtija mis-Sindku ta’ Haz Zebbug.

 

Settembru 2002

Il-Gvern Nazzjonalista attakka minghajr hniena lill-Ombudsman.

 

Settembru 2002

Dr. Austin Gatt iddikjara li Anthony Mifsud ma kienx vittma ta’ frame up.

 

Sena 2003

Matul is-sena, il-Partit Nazzjonalista beda proceduri fil-qorti biex anzjani ta’ l-fuq minn 80 sena jinqatghu mir-registru elettorali biex ma jkunux jistghu jivvutaw.

 

Jannar 2003

Dr. Fenech Adami ddikjara li jekk Malta ma ssirx membru fl-Unjoni Ewropea, il-kumpaniji serji kollha kienu se jitilqu minn Malta.

 

Lulju 2003

Fl-eqqel tal-perjodu turistiku f’nofs ta’ sajf, l-awtoritajiet ghalqu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta sabiex ikun jista jinharaq nar tal-festa.

 

Ottubru 2003

Diskors ta’ Dr. Fenech Adami misjub mill-Qrati Maltin li kiser drittijiet fundamentali ta’ zewg imhallfin.

 

Ottubru 2003

Cruise liner bit-turisti gie mgieghel jorbot mad-Deep Water Quay (normalment uzat ghal-merkanzija) biex bastiment tal-gwerra seta jitrakka mall-moll f’Pinto Wharf.

 

Frar 2004

Il-Gvern Nazzjonalista habbar li waqqaf ix-xiri taz-zejt bi prezz specjali mill-Libja.

 

Lulju 2004

Il-Gvern Nazzjonalista approva xiri ta’ blokk bini fi Brussell u r-restawr tieghu ghas-somma totali ta’ Lm10,000,000 (ghaxar Miljun Lira).

 

Ottubru 2004

Il-Gvern Nazzjonalista rrifjuta li jiddiskuti b’urgenza fil-Parlament l-gheluq tal-Laboratorju Forensiku li wassal ghal sitwazzjoni serja fil-Qrati tal-Gustizzja.

 

Ottubru 2004

Il-Gvern Nazzjonalista ddecieda li jibni parlament gdid minflok it-Teatru Rjal.

 

Frar 2005

Il-Partit Nazzjonalista ddecieda li jirtira kandidati tieghu mill-Marsa u z-Zejtun biex ma tkunx tista ssir l-elezzjoni ghall-kunsill lokali.

 

Mejju 2005

Bdiet id-distruzzjoni tal-Wied tal-Kalkara ghall-izvilupp.

 

Settembru 2005

Dr. Lawrence Gonzi baqa jirrifjuta li jaghmel tibdil fil-kabinet tal-Ministri.

 

Dicembru 2005

Il-Gvern Nazzjonalista accetta ghotja mill-Gvern Amerikan ta’ apparat militari antik u wzat.

 

Frar 2006

Membri tal-grupp Graffitti li pprotestaw bil-kwiet kontra l-prezenza ta’ vapuri tal-gwerra f’Malta gew imwaqqfa mill-pulizija.

 

April 2006

Il-Gvern approva zieda qawwija fiz-zoni ghall-izvilupp li kompliet teqred l-ambjent Malti.

 

Lulju 2006

Il-Gvern hatar l-istess membri fil-Maltasong Board wara d-disfatta totali meta Malta spiccat fl-ahhar post fil-Eurovision Song Contest.

 

Lulju 2006

Dr. Lawrence Gonzi irrifjuta li jaghti lill-membri parlamentari Nazzjonalisti vot hieles fil-parlament dwar il-ligi li ziedet iz-zoni ghall-izvilupp.

 

Lulju 2006

Waqt laqgha Parlamentari tal-Public Accounts Committee, Dr. Austin Gatt hedded li jordna l-arrest tal-cameraperson ta’ One News u ressaq mozzjoni wkoll biex jigi nvestigat l-Awditur Generali.

 

Awwissu 2006

Ic-chairman tal-Awtorita Maltija ghat-Turizmu rrizenja imma l-gvern iddecieda li jibqa jhallsu eluf ta’ Liri f’salarju minghajr ma jahdem.

 

Ottubru 2006

Wara protesta mill-kaccaturi quddiem Kastilja, inharget ordni biex il-pulizija jaghmlu biss rapport u ma jiehdux passi kontra kaccaturi u nassaba li jinqabdu jiksru l-ligijiet tal-kacca.

 

Frar 2007

Il-Kabinet tal-Ministri ddecieda li japprova l-kacca fir-rebbiegha. Dan bi ksur tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea li diga hadet passi kontra Malta minhabba l-kacca. Il-passi kontra Malta jikkonsistu f’multi qawwija li jrid ihallas kull wiehed u wahda minna mit-taxxi taghna.

 

Settembru 2010

Arms Ltd. li nghatat l-inkarigu li tiehu hsieb il-kontijiet tad-dawl u ilma tant ghamlet zbalji li sahansitra l-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li ghandha titlob apologija lill-pubbliku.

 

Dicembru 2010

Johrog fil-berah iz-zieda fenominali ta’ mijiet ta’ Ewro li l-Ministri u Segretarji Parlamentari Nazzjonalisti taw lilhom infushom .. u b’lura minn 2008 ukoll.

 

Mejju 2011

Beda l-progett tad-dahla tal-belt. Se jitnehha bieb il-belt, se jispicca Misrah il-Helsien u minfloku jsir parlament gdid u t-Teatru Rjal se jitranga imma jibqa’ minghajr saqaf. U dan ghal €80 miljun.

 

Lulju 2011

Bdiet is-sistema tat-trasport pubbliku mill-Arriva. Froga A1, konna ahjar meta konna ghar.

 

Lulju 2011

Meravilja tal-meravilji. Lawrence Gonzi jivvota kontra r-rieda tal-maggoranza li fir-referendum kienet ivvutaw b’maggoranza qawwija favur id-divorzju. Imma fil-Parlament Gonzi ivvota kontra.

 

Marzu 2012

Il-Gvern Nazzjonalista johrog memo lit-tobba biex theggihom jipposponu operazzjonijiet mhux urgenti.

 

Gunju 2012

Wara l-ftuh ta’ Villa Rundle f’Ghawdex, it-tarmak li nghata qabel l-okkazzjoni rega nqala’ u tkompla t-thaffir.

 

Settembru 2012

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Onkologija f’Mater Dei jizvela kif pazjenti mietu f’Ghawdex minhabba li l-kura li nghataw ma kienetx tal-livell necessarju.

 

Marzu 2013

Il-Kandidata Nazzjonalista Kristy Debono tiddikjara li d-dejn pubbliku mhux inkwetanti.

 

 

Nistennew b’ansjeta kbira il-froga li jmiss!!!

 

 

 

 

 

Froga kbira per eccellenza ... it-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma wara Ottubru 2008. Isimghu lil Lou Bondi jiddiskrivi dawn it-tariffi waqt il-programm Bondi + fuq TVM 27.4.2009, fil-prezenza ta' Lawrence Gonzi.


Froga ohra Nazzjonalista ... it-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma din id-darba mill-1 ta' Jannar 2010. Isimghu lil Vince Farrugia kandidat Nazzjonalista ghall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2009.


Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX