Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

 

 

The Armed Forces of Malta “are in a hell of a mess”

Ombudsman Joe Sammut

The Malta Independent on Sunday 22.6.2003

 

 

F’Novembru 2005 saret il-laqgha maghrufa bhala CHOGM li kienet il-laqgha tal-kapijiet tal-gvernijiet tal-istati fi hdan il-Commonwealth. Kienet laqgha li swiet lil Malta miljuni ta’ Liri apparti li kienet bicca wgiegh ta’ ras kbir ghall-forzi tas-sigurta f’Malta.

 

Ghal din il-laqgha saret operazzjoni massiva ta’ sigurta. Kienet operazzjoni delikata li nvolviet 1,590 suldat regolari u 32 voluntiera fir-riserva.

 

Fost il-postijiet imharsa mis-suldati kien hemm l-ajruport, il-Mediterranean Conference Centre u l-Golden Sands Hotel.

 

Is-suldati kellhom jaghmlu sniper duties, bomb disposal, marine patrols, u xoghol iehor ta’ sigurta fil-postijiet kollha li kienu fihom il-participanti tal-laqgha.

 

Il-leave kollu tas-suldati f’Novembru gie mwaqqaf.

 

Is-servizz sigriet Ingliz infurmaw lill-Armata li madwar sitt Prim Ministri inkluz Tony Blair kienu f’periklu akbar minn ohrajn.

 

Helicopter tal-armata kien jittajjar u kien mghammar b’video camera li kienet titrasmetti b’mod dirett lill-pulizija u l-armata.

 

Mal-bomb disposal section kien hemm b’kollox 57 membru.

 

250 suldat kienu “living in” fil-barracks ta’ Hal Luqa u ohrajn kienu “living in” f’Hal Ferh.

 

Is-sezzjoni Marine bdew jahdmu fuq shift ta’ 24 siegha kull darba filwaqt li d-dghajjes kollha u l-ajruplani tal-Armata kienu il-hin kollu fuq patrol.

 

60 suldat hadmu bhala sewwieqa u kellhom jiccekkjaw il-karozzi li kienu qeghdin iwasslu lill-partecipanti tal-laqgha.

 

Ghaz-zmien li ghalih dahlu extra duty s-suldati spiccaw hadmu 44 siegha             zejda.

 

Minflok 4-shifts normali is-suldati dahluhom 2-shifts minghajr ma jiehdu l-gurnata off taghhom.

 

Kellhom shift ta’ 12 il-siegha kuljum, kien hemm l-ewwel shift minn nofs inhar sa’ nofs il-lejl u t-tieni shift li kien minn nofs il-lejl sa nofs inhar.

 

F’dawn ix-shifts ta’ 12 il-siegha il-wahda, is-suldati li ma kienux “living in” kienu jinghataw dan l-“ikel” li gej … panina wahda bil-perzut jew panina wahda bil-corned beef bil-hass u flixkun zghir tal-ilma. Ma ninsewx li l-ewwel shift kien jispicca f’nofs il-lejl u s-suldati jkunu inghataw biss din il-panina zghira biex jitrejqu.

 

Dawk is-suldati li ppruvaw jaraw li l-uniformi taghhom kienet kif suppost sabu ma’ wicchom l-istores tal-quartermaster minghajr ilbies gdid. Li setghu jinghataw kienu army boots, qliezet u qomos uzati, b’kuluri li ma jaqblux, daqsijiet li mhux bilfors kienu jiguhom u f’kundizzjoni hazina.

 

Lill-Pulizija, il-Ministru Tonio Fenech bghatilhom ittra ta’ tifhir u ringrazzjament. Lis-suldati hadd ma baghtilhom ittri bhal dawn.

 

Ta’ dan kollu, is-suldati Maltin gew imwieghda bonus mizeru ta’ Lm40, li ghas-sieghat zejda jfisser 91 centezmu full siegha zejda li hadmu.

 

Ghas-sewwieqa tal-Kapijiet tal-Gvern inghata bonus ta’ Lm30.

 

Araw il-kuntrast kbir bejn il-privileggati li raqdu, kielu u xorbu fil-lussu u twasslu fejn riedu b’karozzi BMW godda fjamanti u l-imsieken suldati Maltin li ghax qeghdin taht dixxiplina jigu stmati bhal cittadini tat-tieni klassi. Kemm se ndumu nistmghuhom hekk lis-suldati Maltin?

 

Se jittiehdu passi kontra min hu responsabbli ghal dawn il-hnizrijiet?

Possibbli mill-miljuni ta’ Liri Maltin li l-Gvern nefaq fuq din il-laqgha ma sabx flus bizzejjed biex jaghti gieh misthoqq lis-suldati Maltin?

 

 

 

Huwa veru li meta l-armata ma tuzax il-flus kollha li l-budget tal-Gvern ikun hejja ghaliha, il-Brigadier jiehu kummissjoni fuq il-flus moghtija lura lill-Gvern?

 

Jekk dan hu minnu huwa gustifikat fid-dawl tan-nuqqasijiet serji li s-suldati Maltin qeghdin ihabbtu wicchom maghhom?

 

 

Kif l-Amerikani jumiljawna . . .

 

Fil-15 ta’ Dicembru 2005, il-Gvern Amerikan permezz tal-Ambaxxatur ghal Malta ghamel “ghotja” lill-Forzi Armati ta’ Malta. Din l-ghotja ma kienet xejn hlief imbarazz!! Tawna zewg trakkijiet msadda li ilhom jintuzaw ERBGHIN SENA (mis-sena 1965).  Tawna wkoll mobile kitchen second hand.

 

Ircevew din l-umiljazzjoni ghan-nom tal-Maltin kienu s-Segretarju Parlamentari Toni Abela u l-Brigadier Carmel Vassallo.

 

 

Fit-28 ta’ Frar 2006 dawk is-suldati li kienu s-sewwieqa tal-kapijiet tal-gvern li kienu hawn ghac-CHOGM inghataw . . . il-pjanci tal-karozza li saqu!!!

 

X’generozita enormi hux? Imma stennew ftit tigrux.

 

Mhux iz-zewg pjanci tal-karozza tawhom imma pjanca WAHDA. U biex ikomplu jidhku bihom gaghluhom jiffirmaw dan il-ftehim moqziez t’hawn taht. Ghalfejn? Biex ma jmurx ikun hemm xi suldat li biex jaqla Lira ghal-familja jbiegh il-pjanca tal-karozza li saq. Il-pjanci zgur ma jistghux jintuzaw f’xi karozza ghax is-sewwieqa inghataw pjanca wahda u mhux tnejn. U jekk is-suldat iddejqu din il-pjanca d-dar, ma jistax jarmiha, imma jrid iroddha lura lill-Bridagier. Inkredibbli!! Allura l-pjanci li tawhom huma mislufin ghax jekk tawhomlhom, is-suldati ghandhom dritt jaghmlu li jridu bihom.

 

L-aqwa li s-Segretarju Parlamentari Tony Abela deher fir-ritratti fic-cerimonja infantili ta’ dahk fil-wicc. U s-suldati ma jistghux joggezzjonaw li ma jmurx jiehu ghalih il-gvern daqs kemm tant wera generozita mas-suldati!! U l-Brigadier sieket.

 

 

L-Ghaqda Dipendenti Suldati pprezentat ittra ta’ protesta lil Dr. Lawrence Gonzi fil-31 ta’ Marzu 2006 wara c-cerimonja hdejn il-Monument tal-Helsien fil-Birgu. Il-protesta kienet kontra decizjoni tal-Gvern li jikkancella c-cerimonja ta’ ghoti ta’ midalji lis-suldati Maltin liema cerimonja kella ssir fl-okazzjoni ta’ Jum il-Helsien.

 

 

Il-Brigadier jikkonferma irregolaritajiet taħt Tony Abela

L-Uffiċċju ta’ Tony Abela ried jordna b’Lm28,000 sodod … meta setgħu ntefqu Lm8,000 biss

 

F’xhieda ġuramentata li ngħatat fil-Qorti mill-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta Carmel Vassallo kienu kkonfermati numru ta’ rregolaritajiet li seħħew fl-Armata. Fost dawn hemm dwar l-għoti ta’ direct orders fiż-żmien li Tony Abela kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Armata. Il-Brigadier kien qed jixhed f’kawża li nfetħet mil-Logutenent Kurunell Mario Schembri kontra l-Prim Ministru b’rabta ma’ inġustizzji li allegatament saru fl-għoti tal-promozzjonijiet fil-FAM. Fil-każ li kompla f’Marzu nstemgħu dettalji ġodda dwar Maġġur tal-Armata li allegatament sofra tpattija u ma ngħatax promozzjoni talli ġibed l-attenzjoni li kienu għaddejjin numru ta’ rregolaritajiet. Dan l-istess Maġġur kien strumentali biex twaqqfet offerta diretta ta’ eluf ta’ liri li dehret abbużiva. Taħt ġurament il-Brigadier tal-Armata kkonferma żewġ stejjer partikolari li kienu żvelati mill-MaltaToday fis-snin li għaddew, fosthom dwar l-għoti ta’ offerta b’kuntratt dirett għal xiri ta’ sodod u saqqijiet għall-immigranti. Fil-Qorti nstema’ kif il-Maġġur Pierre Vassallo, li kien jaħdem fil-fergħa tal-loġistika tal-Forzi Armati, ġibed l-attenzjoni li jekk se jinxtraw is-sodod bil-prezz imsemmi kienu se jinħlew eluf kbar ta’ liri. Id-diskrepanza kienet ta’ ’l fuq minn Lm28,000 meta s-sodod setgħu nxtraw għal Lm8,000. Fix-xhieda l-Brigadier Carmel Vassallo kkonferma li “il-prezz li kien qed jintalab kien għoli u li eventwalment meta nxtraw kien hemm savings sostanzjali.” Il-Brigadier kien mistoqsi jekk konsegwenza għal din id-diskrepanza ta’ Lm20,000 kienx hemm diżgwid bejn is-Segretarjat tal-eks Segretarju Parlamentari Tony Abela u l-Maġġur inkwistjoni. Bil-ġurament Carmel Vassallo qal li “jekk kienx hemm ma nafx biha. Però dawn affarijiet li jiena ngħaddi minnhom, mhux ħa ngħidlek kuljum.” Il-Brigadier qal ukoll li kien dmir tal-Maġġur u tal-uffiċjali tiegħu li jiġbdu l-attenzjoni ta’ rregolaritajiet li jaraw. “Fuq din il-biċċa, għamel biċċa xogħol, hux,” sostna l-Brigadier b’referenza għall-pass li ħa l-Maġġur. “Fuq id-direct orders, iva, kien hemm każijiet fejn kien jgħidli, ‘isma’, għandna din u għandna din.’ Jien hemmhekk kont infittex illi isma’ jekk hemm direttiva mill-Ministeru li nonostante l-fatt li aħna ġbidnilhom l-attenzjoni fuq xi ħaġa … irridu mbagħad, jien l-importanti li jien tajt il-parir tiegħi,” qal Carmel Vassallo. Fil-Qorti ssemma’ każ ieħor ta’ direct order ta’ Lm50,000 fix-xahar għall-ikel tal-immigranti. Din id-direct order swiet lill-Gvern ’il fuq minn Lm2 miljuni. L-istess Maġġur Vassallo kien ġibed l-attenzjoni tal-irregolarità u l-Brigadier xehed fil-Qorti li hu qabel miegħu. “Hawnhekk hawn ċar li jien qbilt ma’ dak li qal Pierre Vassallo,” sostna l-Brigadier. Ix-xhieda kompliet tieħu dimensjoni oħra hekk kif il-Brigadier Carmel Vassallo kkonferma li l-Maġġur inkwistjoni “kiteb lis-Segretarju Privat tas-Segretarju Parlamentari Tony Abela.” Ftit ġranet biss wara dan l-inċident is-Segretarju Parlamentari Tony Abela ta ordni diretta lill-Kmandant tal-Forzi Armati biex tinħareġ security screening fuq il-Maġġur Vassallo. Li suldat jgħaddi mis-security screening huwa kruċjali għax fin-nuqqas ta’ dan ma jingħatax promozzjoni għal karigi aktar għolja. Fil-verità l-Maġġur ma kienx ikklirjat mis-security screening. Dwar dan il-punt il-Brigadier Carmel Vassallo xehed hekk: “Jien li niftakar fiċ-ċert li meta kien ġie l-Maġġur Pierre Vassallo għandi u qalli, b’sorpriża kbira għalija, li kien għadu kemm ġie nfurmat mis-Segretarju Parlamentari n-Nutar Tony Abela li hu ma kienx ġie security cleared.” Fix-xhieda tiegħu l-Brigadier kompla jgħid li “dawn (b’referenza għall-Maġġur, l-Accounting Officer u l-Finance Officer) huma obbligati li lili jiġbduli l-attenzjoni. Jiena kultant nagħti ordni u ma tkunx qed tirrealizza li qed tagħti ordni u trid tikser l-istess Financial Regulations.”

ILLUM 26.4.2009

 

 

 

 

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX