Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

Budget 2016

L-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti qalet li l-Baġit li ġie ppreżentat ilbieraħ jirrikonoxxi kemm il-bżonnijiet għal futur qrib u anke għall-ġejjieni biex Malta tibni ekonomija sustenibbli għall-influss ta’ turisti. Dwar il-kontribuzzjoni ambjentali fit-turiżmu, l-MHRA qalet li jekk titħaddem kif suppost, m’għandiex ikollha effett negattiv fuq it-turiżmu. L-MHRA qalet li l-investiment f’miżuri effiċjenti fis-settur tal-ospitalità huwa pass fid-direzzjoni t-tajba. Laqgħet b’mod pożittiv l-investiment f’Istitut tat-Turiżmu ġdid u l-€1 miljun aktar li se jiġu allokati biex jintlaħqu swieq ġodda.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM enfasizzat dwar l-importanza li tkompli titnaqqas il-pressjoni fuq Mater Dei, minħabba n-nuqqas ta’ sodod fid-djar tal-anzjani. Faħħret lill-Gvern għaż-żieda fit-taxxa fuq is-sigaretti u tnaqqis tal-VAT fuq sport u gyms, kif ukoll għall-impenn fit-tnaqqis tal-waiting lists u ż-żieda fis-sodod f’Mater Dei. Sodisfatta wkoll bl-inċentivi li jgħinu lill-familji jżommu lil qrabathom anzjani magħhom.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

Il-General Workers’ Union (GWU) tqis il-baġit li tħabbar ilbieraħ bħala wieħed li jirrifletti t-tkabbir ekonomiku, li minnu se jibdew igawdu diversi faxex tas-soċjetà. Innutat b’sodisfazzjon li l-baġit inkluda diversi proposti mressqa minnha. L-unjin elenkat diversi miżuri pożittivi fosthom il-benefiċċji għall-persuni b’diżabilità, dawk li jxejnu l-problema tal-prekarjat u taħriġ tal-ħaddiema biex jiksbu aktar ħiliet. Dwar il-pensjonijiet, il-GWU qalet li dan il-baġit se jgħin biex eluf ta’ pensjonanti jibdew ħerġin mir-riskju tal-faqar. Faħħret ukoll li l-Gvern se jkun qed jindirizza l-anomaliji fil-pensjonijiet biex tinstab soluzzjoni xierqa. “Hu ċar li l-Gvern hu impenjat biex itaffi l-piż tat-taxxa fuq dawk li għandhom dħul akbar mill-medja,” żiedet tgħid. Semmiet il-miżura li x-xogħol extra maħdum mill-pulizija se jkun separat mill-paga u ntaxxat b’rata fissa ta’ 15%. Il-GWU ħeġġet lill-Gvern biex f’baġits futuri jkompli jinċentiva s-settur tal-manifattura u jiffoka aktar fuq setturi li jrendu valur miżjud akbar fl-ekonomija.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

L-Assoċjazzjoni Malta ta’ min iħaddem qalet li dan il-Baġit qed jirrifletti l-iżvilupp pożittiv fl-ekonomija Maltija.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

Il-Malta Developers Association (MDA) tqis il-Baġit għas-sena 2016 bħala wieħed pożittiv ħafna u li se jkompli jsaħħaħ is-suq tal-proprjetà u l-ekonomija. L-MDA qalet li l-Gvern jidher li qed jaħdem outside the box, fost l-oħrajn fis-settur tal-ekonomija, b’miżuri li se jinħassu fost in-negozji. L-Assoċjazzjoni esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li l-Gvern laqa’ numru ta’ suġġerimenti tagħha, fosthom il-proposti għal miżuri fiskali li jgħinu biex iwasslu għar-riġenerazzjoni tal-inħawi qodma fl-ibliet, u l-introduzzjoni tat-taxxa finali (Final Witholding Tax) fuq id-dħul mill-kiri ta’ postijiet kummerċjali. L-MDA nnutat ukoll l-eżenzjoni mill-ħlas tal-boll fuq xiri ta’ proprjetà minn dawk li se jkunu jixtru dar għall-ewwel darba, se tiġi estiża għal sena oħra.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

Kamra tal-Kummerċ qalet li minkejja li r-riżultati ekonomiċi għal Malta huma inkoraġġanti, il-Gvern irid jara li jkompli jieħu ħsieb tliet setturi partikolari. Dawn huma; is-settur tal-Finanzi Pubbliċi, ir-reviżjoni u l-implimentazzjoni tal-poltika tax-xogħol u l-ħolqien ta’ ftehim bejn il-Gvern u l-privat. Il-Kamta tal-Kummerċ laqħget b’mod pożittiv l-inċentivi għat-trasport tal-ħaddiema u l-użu tal-karozzi elettriċi. Irreferiet ukoll għaż-żieda ta’ 30% fin-nefqa fit-toroq u għal mina bejn Malta u Għawdex. Awgurat biex dawn il-miżuri jgħinu fil-pjan olistiku tal-Gvern.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

Il-GRTU qalet li l-Baġit li tħabbar offra taħlita ta’ miżuri li jinċentivaw l-iżvilupp fis-settur privat. Saħqet li ħafna mill-proposti li għamlet il-GRTU ġew indirizzati u qalet li dawn se jgħinu fit-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

L-għaqda tal-istudenti, Pulse, laqgħet b’sodisfazzjon il-Baġit għall-2016 u ddeskrivietu bħala wieħed li jibni fuq il-klima ekonomika ta’ bħalissa, li jqassam il-ġid fil-pajjiż lil kull ċittadin responsabbli.  L-għaqda rreferiet għall-inizjattivi fil-qasam tal-edukazzjoni bħala dawk li jgħinu lil studenti minn kull sfond soċjali jew istituzzjoni edukattiva. Faħħret fost l-oħrajn, l-inċentivi finanzjarji miżjuda lil kull student, inkluż l-għajnuna lill-Għawdxin, iż-żieda fl-istipendji u stipendju għall-ewwel darba għal studenti adulti. Waqt li qalet li tixtieq tara iktar inċentivi li jinkoraġixxu l-edukazzjoni tul il-ħajja, faħħret it-trasferiment tal-kampus tal-ITS lejn SmartCity, l-investiment ġdid fil-kampus tal-Università ta’ Malta f’Malta u f’Għawdex u t-twaqqif ta’ sħubija bejn il-Gvern u l-privat fil-qasam tal-edukazzjoni.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

Il-Grupp Universitarji Għawdxin laqa’ ż-żieda ta’ €300 lill-istudenti Għawdxin li qed isegwu kors f’Malta għalkemm saħaq li din mhix is-soluzzjoni fit-tul għall-problema ta’ piż finanzjarju żejjed tal-istudenti Għawdxin f’Malta. Laqa’ wkoll l-organizzazzjoni ta’ korsijiet għal dottorat u post-dottorat f’Għawdex u l-aħbar li dalwaqt se jiġi ppubblikat ir-riżultat tal-istudju ta’ fattibilità dwar konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex. Fl-istess ħin, qal li fil-qrib se jkun qed jagħmel stħarriġ fost l-istudenti Għawdxin għall-opinjoni tagħhom dwar il-proġett u jekk jippreferux sistema iktar veloċi ta’ trasport bil-baħar. Laqa’ wkoll il-proġett tal-pixxina f’Għawdex u l-miżura għal tkattir ta’ iktar impjiegi f’Għawdex għalkemm fakkar fil-ħtieġa ta’ fibre optic cable ġdid għal Għawdex.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

Il-Gozo Business Chamber esprimiet sodisfazzjon li l-Gvern laqa’ r-rakkomandazzjoni tagħha li jikkunsidra b’serjetà mina taħt il-baħar bejn iż-żewġ gżejjer. Il-Kamra laqgħet il-fatt li l-Gvern iddedika somma sostanzjali ta’ flus għall-istudju tekniku u ġeoloġiku għal dan il-proġett, li, iddeskrivietu bħala wieħed li eventwalment iqarreb il-ġid li jinħoloq f’Għawdex għal dak ta’ Malta, u b’hekk igawdi l-pajjiż kollu. Il-Kamra laqgħet ukoll l-inċentiva fiskali għal min iħaddem persuna b’kuntratt ta’ almenu 3 snin f’Għawdex, waqt li ħeġġet lill-Gvern ikompli jinvesti fl-infrastruttura t’Għawdex, jimbotta ’l quddiem il-proposta ta’ cruise liner terminal u jwaqqaf airstrip ħadra. Iddeskriviet il-proposta ta’ Mużew għal Għawdex bħala waħda li tkompli ttejjeb l-attrazzjoni ta’ Għawdex fis-setturi tat-turiżmu u l-kultura. Faħħret ukoll il-proposta ta’ Bank Nazzjonali ta’ Żvilupp u skemi tal-Malta Enterprise biex jgħinu lin-negozji żgħar u medji kif ukoll il-mira tal-Gvern dwar id-defiċit.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

Il-Gozo Tourism Association iddeskriviet il-Baġit bħala wieħed bilanċjat li jirrifletti l-ambjent ta’ tkabbir ekonomiku f’setturi differenti, inkluż fl-industrija turistika. Madankollu, esprimiet tħassib għall-aħbar ta’ taxxa ġdida li se tinġabar minn kull turist u waqt li uriet apprezzament għall-impatt tal-industrija fuq l-ambjent, sostniet li se tfittex iktar kjarifika dwar is-suġġett speċjalment dwar it-turiżmu intern u r-rati diġà ppubblikati għall-2016. Saħqet ukoll li tistenna li t-taxxa li tinġabar mill-iljieli ta’ turisti f’Għawdex, tmur f’fond speċjali li jintefaq fuq it-titjib tal-prodott turistiku t’Għawdex. Semmiet l-attenzjoni li l-Baġit ta għall-mina taħt il-baħar, l-airfield f’Għawdex u l-baga għall-cruiseliners, għalkemm stqarret li tistenna iktar żviluppi fuq il-yacht marina u t-terminal tal-cruise liners f’Għawdex. Laqgħet ukoll inizjattivi oħra li jtejbu l-prodott turistiku f’Għawdex fosthom il-pixxina, ir-restawr tal-Akwedott, it-titjib ta’ Pjazza San Franġisk, u l-bini ta’ ħitan tas-sejjiegħ fil-kampanja. Qalet li waqt li ħafna proposti tagħha ma ddaħħlux fil-Baġit, l-Assoċjazzjoni tqis li hu wieħed li jkompli jtejjeb it-tkabbir ekonomiku.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

Din l-Art Ħelwa laqgħet l-inċentivi għal investiment fi propjetà f’inħawi ta’ konservazzjoni urbana, l-inizjattivi għat-titjib fit-toroq u t-tnaqqis fit-traffiku, l-investimenti f’inħawi pubbliċi u l-inċentivi għall-ħażna tal-ilma, it-tnaqqis fit-taxxa għal donazzjonijiet kulturali u l-proġetti kulturali f’Malta u f’Għawdex.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern li l-ħlas ta’ xogħol “extra” jiġi ntaxxat bir-rata ta’ 15% u li se titwaqqaf Taqsima tal-Prosekuzzjoni biex Spetturi jkunu jistgħu jiffukaw fuq l-investigazzjonijiet. Laqgħet ukoll iż-żieda fl-allokazzjoni ta’ fondi għal sahra u tagħmir għall-Korp.

newsbook.com.mt 13.10.2015

 

Budget measures to regenerate urban conservation areas through incentives on the sale of properties, speeding procedures for those caught in inheritance disputes, as well as proposals re the restoration of Lower St Elmo were welcomed by Flimkien ghal Ambjent Ahjar. FAA welcomed the sanctions regarding abandoned commercial premises but expressed disappointment at the absence of measures to help owners repair old properties, especially Maltese balconies. The 150 per cent reduction of the taxable value of donations to heritage is beneficial, however it had been expected that non-profit voluntary organisations would be exempted from VAT.

timesofmalta.com Tuesday, October 13, 2015, 09:31

 

It is only reasonable to expect a Budget half way through a government’s legislature to offer a list of feel-good factors. And the one presented yesterday certainly lives up to this expectation. Finance Minister Edward Scicluna is continuing with the approach he undertook two years ago, which has tweaked the Budget further from an accounting exercise down the road of an economic one: provide stimuli to encourage behavioural changes. The government’s way of doing this is not to put money directly into people’s pockets, through children’s allowances, for example, but, rather, to provide the carrots to make people choose to go back to study or to get the second parent in a household back to work. The same applies to businesses. The minister had made it clear he would not reduce electricity tariffs again, however, he is offering incentives to businesses that invest in renewable energy. There are a number of other adjustments and promises to help start-ups and to make Malta more competitive, most of which have been on the cards for some time. Prof. Scicluna is a firm believer in the idea of measures that cost less to implement in the short term than what they will contribute to the economy in the long term or which, ultimately, save the government money. Last year, the government paid for free child care, an expense it claims it is more than recouping from the tax and national contributions of women it enticed to work. This year, it is setting up a pilot programme to part-subsidise home carers who will allow the elderly to remain in their own homes and which will cost the government a fraction of what it would have to pay to look after them in residential care. The Budget includes a plethora of measures aimed at placating little pockets of society, from amputees to police officers who work extra duties and income tax rates for athletes. It even includes a measure to encourage reading in schools. These are more about politics than about economics and are, undoubtedly, aimed at adding to the feel-good factor. Prof. Scicluna mentioned figures to show that the measures of his previous budgets worked, from 13,450 new full-time jobs to 2,100 fewer people on benefits. This year’s measures, like the increase in minimum pension, changes to the income tax bands and initiatives for both parents to work, will cost €24 million. He boasted this is being done without harming the government’s intentions to keep its finances on track, with the deficit to GDP ratio falling from 3.6 per cent in 2012 to a forecast 1.1 per cent next year and the debt to GDP ratio from 68.3 per cent in 2014 to 65.2 per cent next year.

Editorjal, The Times 13.10.2015

 

The Budget aims to continue this government’s plans to not just manage the economy but also to promote further growth. As was announced well before yesterday, the Budget fundamentally aims to increase the number of people contributing to the economy following on what was done in previous years. The number of registered unemployed has decreased to near the least in the EU and the number of gainfully employed, though still at a relative low rate, has increased. The growth thus attained has decreased the deficit to well within the Maastricht criteria, although it has not yet contributed to a corresponding reduction of the public debt. Some of the measures announced follow on what was announced in previous years. Thus the reduction of the Income Tax top rate to 25% is a measure that was announced three years ago by the previous government and followed up by the present one, although this year’s sees a tweak. The main roadworks that were mentioned – the Kappara Junction and the Paola Junction ones – have been long planned and have had to wait for the conclusion, near now, of the Coast Road upgrade. The government has added 30% to its road maintenance bill. The government also announced a continuation and improvement of alternative energy schemes with communal solar panels. The car scrappage schemes have been widened and extended to incentivize electric cars, hybrid ones and motorini. … In two areas the government has come up with innovations. The pilot project that will enable elderly persons to remain at home and get half the minimum wage of a carer may increase the amount of Filipinos in Malta but seems to make sense, at least in cutting down the government’s spend of €18,000 per year on a patient at a government home to just €5,000. The government has also responded to suggestions to tax derelict property by studying what to do with commercial derelict property such as showrooms etc. To this one must add tweakings in other measures regarding property such as the continuation of the first time buyers scheme, the reduction of taxes on Urban Conservation Areas residences upgrading, the sale of inherited property. This is the second year of the contribution asked of employers who do not employ people with disabilities (up from €800 this year to €1600 next year and to go up to €2,700 the year after that). Child care centres will be set up in Zebbug, St Julian’s and Floriana. The government has studied closely the recommendations of the Pension Study Group and many of these recommendations see their first implementation in this Budget. One of the biggest capital projects announced by the Budget is the €65 million relocation of ITS from St Julian’s (in the hub of the industry) to SmartCity. This is still years away but we warn that unless the access to this area is improved (as had been promised by the previous government but never implemented) there will be huge traffic problems to face. It is heartening to hear that the feasibility study on a link to Gozo has been concluded in favour of a tunnel and that a serious study is underway on the possibility of an airlink but things must get beyond the study phase to decision phase some time soon. Each one of us undoubtedly has his or her pet capital investment project but one must understand the government wants to keep the deficit going down and growth continuing. On the other hand the many reforms that must take place are structural and require huge investment. Consider, for instance, the present traffic problems: one doubts is spending just €3 million more for road maintenance will be enough. The government then has a peculiar take on traffic: it is using it as a revenue earner, hence the increase in excise duty on petrol and the small decrease in petrol and diesel prices at a time when the price of oil is far below what it was four years ago. Fundamentally, this Budget tackles the people at risk of poverty and aims to help them get out to work and off social relief. The economy has avoided over-heating through the entry of so many foreigners into the work force.

Editorjal, The Malta Independent 13.10.2015

 

Industrial Motors managing director Ian Mizzi. “While the purchase price is obviously higher, the average total cost of ownership is much lower when you factor in running costs and maintenance. This [Budget measure] will make the purchase price more attractive for anyone teetering on a decision,” he said.Under new budgetary measures announced on Monday, anyone scrapping a car over 10 years old and buying a new electric vehicle will benefit from a grant of €7,000.Mr Mizzi welcomed the new measures as part of the solution for a cleaner environment. He called for more charging points to be introduced in car parks for the convenience for owners. There are close to 100 charging stations around Malta and Gozo.

Timesofmalta.com October 14, 2015, 12:01

 

The government also announced on Monday that licences for small motorcycles up to 125cc would be reduced to a €10 flat rate.Gordon Micallef of Gordon’s Moto Centre said the incentive to swap four wheels for two was the only way to cut traffic.Mr Micallef admitted he would have liked to see the incentives extended to higher-capacity vehicles but said scooters – the best sellers – were the way to address traffic with maximum safety.

Timesofmalta.com Friday, October 23, 2015, 10:46

 

This year’s budget was an exercise in gentle prudence, one aimed – as it should be – at fostering growth and increasing the number of people contributing to the economy. And it was interspersed with new policy announcements such as a 30 per cent increase in road maintenance funds, moving ahead with developing an undersea tunnel between Malta and Gozo, the relocation of the Institute for Tourism Studies to SmartCity and the setting up of a corporation to regenerate the St George’s Bay area, along the lines of that set up years back for Valletta. on the economic performance side, the government has good reason to be positive. Figures from the EU show Malta’s inflation rate at a healthy 1.6 per cent, exports have increased by eight per cent over the first eight months of the year, the numbers of Maltese at-risk-of-poverty or social exclusion finally began to decline in 2014 after years of rising.  On the social front, the budget continues to address this latter section of society, those at risk of poverty or social exclusion. It holds a number of measures for groups such as single earner families with children, youths and the elderly. Such budgetary measures include the in-work benefit scheme being extended to include low-income families dependent on a single breadwinner; tax-free income thresholds have been raised for single, married and parental tax computations; and minimum pensions for single pensioners and married couples have been raised. These measures are all aimed at reducing the atrisk-of-poverty or social exclusion rate, a difficult balancing act to achieve with a pro-business budget such as that for 2016.

Editorjal The Sunday Times 18.10.2015

 

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (l-AKL) laqgħet b’sodisfazzjoni iż-żieda ta’ €1,000,000 fl-allokazzjoni finanzjarja lill-kunsilli lokali Maltin u Għawdxin fil-baġit għas-sena finanzjarja li ġejja. Fi stqarrija l-AKL faħħret ukoll l-inizjattiva li permezz tagħha se tkun iffinanzjata l-Community Inclusive Employment Scheme kif ukoll it-tnedija ta’ fond għal karreġġjata għar-roti fil-lokalitajiet. Stqarret li tilqa’ wkoll il-miżura dwar l-iskemi tal-parkeġġ u tħeġġeġ biex isir studju dettaljat, bl-involviment tal-kunsilli lokali, kkonċernat sabiex din l-iskema tiġi estiża għal lokalitajiet oħra madwar Malta u Għawdex.

Newsbook.com.mt 19/10/15 07:56 PM

 

Għall-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC), il-Budget 2016 hu wieħed sodisfaċenti, fost l-oħrajn għall-fatt li l-budget tal-Kunsill ġie miżjud b’mod sostanzjali biex il-BICC ikun jista jilqa’ għall-isfidi li se jġibu magħhom l-inzjattivi li se jiġu mplimentati matul is-sena d-dieħla.

netnews.com.mt 23.10.2015 10:20

 

 

 

 

 

 

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX