Malta u l-politika

Ittri ccensurati u punti ta' riflessjoni politika.

Botta

 

“The GWU is the MLP's parrot.” - Dr. Eddie Fenech Adami, The Times 5.2.2003

 

Risposta

 

Mela min jirrepeti s-slogans tal-PN favur shubija fl-E.U. xi kwalita ta' ghasfur hu? Dr. Fenech Adami ghandu bzonn jirrejalizza li mhux kulhadd jaqbel mieghu fil-politika. Meta ghandna zewg partiti ewlenin f'Malta hafna drabi unjons u ghaqdiet ohra meta jitkellmu fuq xi policy jispiccaw jersqu qrib lejn il-politika ta' wiehed mill-partiti. Imma ghal Dr. Fenech Adami tkun serju biss jekk taqbel mieghu, jekk ma taqbilx mieghu u l-hsibijiet tieghek jersqu qrib dawk tal-MLP allura mbaghad tkun pappagall. Demokrazija ghal Dr. Fenech Adami tfisser li kulhadd irid jahsibha bhalu bilfors.

 

 

Botta

 

Saviour Balzan – Editur ta’ MaltaToday fil-magazine The Circle (Marzu 2003)

“Eddie Fenech Adami will have good reason to be content or sad. At 69, he has one last dream, to take Malta and Gozo from mediocrity to absolute certainty. From an insular island and fortress colony to a proud independent nation . . .”

 

Risposta

 

Jien ma nafx dan il-bniedem f’liema pjaneta qieghed jghix. L-ewwel nett dan Saviour Balzan ilu s-snin jincensa lil Dr. Fenech Adami u jaghtih gieh li bidel lil Malta f’pajjiz demokratiku, progressiv u modern. Issa qed jghid li Malta hija medjokri!! It-tieni qassata ta’ Saviour Balzan sabiha wisq. Jigifieri Dr. Fenech Adami ghad irid jibdel lil Malta minn pajjiz kolonja ghall-pajjiz indipendenti ecc ecc. Dr. Borg Olivier fejn int? Duminku Mintoff qrajtha din ic-cucata ta’ Balzan? Fortress colony? Sewwa sew x’gara fl-1964 u fl-1979? Fejn kont dakinhar sur Balzan forsi taqra xi Beano jew Dandy f’xi pjaneta imbieghda?

 

 

Botta

 

“Our sights should be trained on the government that is expected to deliver and not on the MLP.” - Saviour Balzan, Editur ta' Malta Today 20 April 2003

 

Risposta

 

Mela ghalfejn fl-istess artiklu Balzan rega ghal darb'ohra ikkritika bl-ahrax lill-MLP? Possibbli s-serjeta ta' Balzan twassal biss sa l-ewwel sentenza imma huwa totalment inkapaci li jibqa mas-suggett li ghazel hu stess?

 

 

Botta

 

US warships are welcome

“British and US warships packed with thousands of servicemen are already on their way back home from the Gulf. I think it would be an excellent idea if the Maltese government invites these warships to spend few days in our harbour. They would certainly be most welcome.” - G. DeMartino Mosta, f'The Malta Independent on Sunday 11 ta' Mejju 2003

 

Risposta

 

Kulhadd jaf min hu dan DeMartino tal-Mosta. Huwa ovvju li DeMartino jigi jaqa u jqum mix-xewqat tal-Maltin li ma jridux bastimenti tal-gwerra fil-portijiet taghna. Anzi huwa ovvju li DeMartino jipreferi l-periklu li jgibu maghhom bastimenti ta' din ix-xorta mill-investiment u negozju li nigwadanjaw mill-cruise liners bit-turisti li suppost qeghdin nahdmu biex ingibu. DeMartino huwa perikoluz fil-hsibijiet tieghu. Ghandu jiftakar li dawn il-bastimenti kienu u ghadhom il-mira ta' attakki terroristici minn fundamentalisti Islamici. Is-sentimenti anti-Amerikani specjalment wara l-gwerra fl-Iraq ghadhom qawwija hafna u m'ghandniex bzonn dan il-periklu fil-portijiet taghna. Jidher fil-fatt li anke l-Amerikani jafu bil-possibilta li jistghu jigu attakkati bhal ma sehh lil bastiment USS Cole. Jekk wiehed jara l-bastimenti li qed jidhlu, jista jinnota li qed jigu "protetti" permezz ta' floating boom madwarhom biex ma jigix ripetut l-attakk li sar fuq il-USS Cole. Dan kollu hu periklu li qieghed ipoggi fih lil Malta l-Partit Nazzjonalista fil-gvern. Biex jaqla Lira ta' malajr il-gvern ma jimpurtahx mill-periklu li gabilna madwarna. Tiftakru lil Lawrence Gonzi jghidilna li kelna nserhu rasna? Kemm iridu jmutu Maltin f'attakki terroristici bhal dak kontra t-Twin Towers u l-iehor fil-gzira ta' Bali, qabel il-gvern jiftah ghajnejh u jinduna b'dan id-disservizz li qieghed jaghmel lill-poplu Malti li fil-maggoranza tieghu ghadu jghozz il-paci?

 

 

Botta

 

Kien hemm min talabni sabiex nghid fejn Where's Everybody? xaqleb kontra l-politika tal-MLP u favur il-politika tal-PN.

 

Risposta

 

Bil-qalb kollha! Mela kulhadd jaf kemm il-darba Peppi Azzopardi sfida lill-MLP biex jghid fejn Xarabank kien imxaqleb kontra l-MLP u l-politika tieghu u jekk dan hu l-kaz, hu (Peppi) kien jirrizenja minn Xarabank. L-ewwel net Peppi QATT m'hu ser jirrizenja minn Xarabank, l-isfida li ghamel kienet biss gimmick tieghu. Imma l-isfida nilqaghha jien.

 

Ezempju wiehed klassiku. Tiftakru kemm Verheugen kienu tawh air time fuq Xarabank biex jghidilna kemm hi tajba u taqblilna s-shubija fl-Unjoni Ewropea. Sa anke tawh programm shih ghalih biss. Biex zgur hadd mill-Maltin ma jitlef xejn mill-propaganda favur shubija u ghalhekk favur il-politika Nazzjonalista, KULL MA QAL VERHEUGEN GIE TRADOTT GHALL-LINGWA MALTIJA MILL-EWWEL. Hadd ghalhekk ma tilef kelma minn dak li qal Verheugen.

 

X'gara wara? Ftit gimghat wara biex taparsi Peppi jibbilancja l-affari, gab lil Bonde li hu kritiku ahrax tal-Unjoni Ewropea u kien tal-parir li Malta m'ghandiex tissieheb. BIEX ZGUR IL-MALTIN MA JIFHMUX X'QAL BONDE MA SARET L-EBDA TRADUZZJONI GHALL-LINGWA MALTIJA KIF SAR FIL-PROGRAMM MA' VERHEUGEN. B'hekk inholoq zbilanc awtomatiku u premeditat kontra l-politika Laburista u kontra l-pozizzjoni tal-MLP.

 

Toqghodux tistennew lil Peppi Azzopardi jirrizenja. Dak qieghed ipappiha sew minn fuq Xarabank. U bhala Nazzjonalist qieghed isib is-sodda mifruxa fuq il-PBS u qieghed jaghmel li jrid. Hadem bi shih biex Xarabank isir popolari u meta lahaq l-ghan tieghu kien jonqsu biss li japrofitta ruhu mis-sitwazzjoni. U l-Awtorita tax-Xandir hadet il-gamumella u raqdet.

 

 

Botta

 

“On March 8 the majority of the people voted in favour of seeing Malta join the EU . . .” - Editorjal ta' The Times 3 ta' April 2003.

 

Risposta

 

GIDBA. Il-maggoranza tal-poplu ma vvutatx favur shubija fir-referendum. Li l-editur jista jghid huwa li kien hemm aktar nies li vvutaw iva milli vvutaw le imma l-maggoranza tal-poplu (ovvjament dawk li setghu jivvutaw) ma vvutawx iva. Ghall-editur ta' The Times it-30,000 ruh li jew hassru l-vot taghhom jew ibbojkottjaw ir-referendum billi l-anqas biss gabru l-vot jew inkella kellhom il-vot u xorta ma marrux jivvutaw dawk allura mhux nies? Kif tista tisparixxi 30,000 ruh? Forsi l-editur bhal pappagall kien qieghed jirrepeti l-kliem ta' Dr. Fenech Adami biex ninsew li jezistu l-Laburisti, ninsew li jezisti l-MLP u ghalhekk qieghed jinsa li 30,000 Malti xorta jaghmlu parti mill-"poplu Malti".

 

 

Botta

 

“The only guarantee for democracy is to play by its rules, and now I add that the only guarantee for the future of this country after the election is to abide by the Constitution.” – Professur Kenneth Wain, The Malta Independent on Sunday tas-6 ta' April 2003.

 

Risposta

 

Il-Profs ghandu ragun. Allura fejn kien meta fl-1981 il-Kostituzzjoni ta’ Malta ikkonfermat rebha elettorali lill-Partit Laburista imbaghad il-Partit Nazzjonalista li l-Profs tant ihobb, irrifjuta li jaccetta r-rizultat u bbojkotja l-Parlament u Malta ghaddiet minn snin twal ta’ vjolenza, bombi jisplodu kullimkien, swat, sparar ecc? Ghax ma tkellimtx dakinhar Profs Wain u waqqaft lill-PN milli johloq dak l-inkwiet kollu fil-pajjiz?

 

 

Botta

 

“I laugh when I hear Dr. Sant boast about the Bugibba promenade ‘project”. – Daphne Caruana Galizia, - The Malta Independent on Sunday 6 t’April 2003

 

Risposta

 

X’livell baxx ta’ gurnalizmu!!!! Progett kbir li biddel lil Bugibba mill-istat miskin li hallih fih il-partit taghha fl-1996. Progett li sar minn nies tal-Gvern ghax l-MLP verament jemmen fil-haddiema tal-Gvern li jaslu biex iqumu ghall-okkazzjoni u juru li m’hemmx ghalfejn tberbaq il-miljuni fuq kuntratti mal-hbieb biex forsi l-progetti jsiru wara snin ta’ taqtiegh il-qalb. Idhak Daphne ghax bis-salarji/bonuses/perkacci li jaghtuk ghax int wahda minn ta’ gewwa, taffordja li tidhak fil-waqt li haddiehor jara kif irid ilahhaq mal-hajja.  Il-poplu wkoll kien jidhak. Taf meta Daphne? Meta fuq il-PBS kienu juruna xi ministru Nazzjonalista jiftah “ufficcjalment” xi latrina u jikxef irhama ta’ kommemorazzjoni. F’dan il-livell kienu waqghu in-Nazzjonalisti.

 

 

Botta

 

"The study also identified projects that are likely to qualify for EU funding, such as the road that links Malta with Gozo, ..." - Magazine Voyager mahrug mil-RMF, harga numru 33.

 

Risposta

 

Inthom qatt smajtu li ser tinbena triq minn Malta ghal Ghawdex? Jekk iva ghamluli pjacir u ibaghtuli email fl-indirizz maltapolitics@yahoo.com L-Ghawdxin jafu biha din it-triq?

 

 

Botta

 

“The House of Representatives yesterday started to debate a bill which at one go amends 19 laws in line with EU requirements.” - The Times 10 ta' Lulju 2003

 

Risposta

 

Jigifieri ezattament meta l-gvernijiet Laburisti u Nazzjonalisti ghamlu dawn id-dsatax il-ligi, dawn mhux ghal-gid tal-Maltin ghamluhom? Mhux il-gid tal-poplu kellhom f'rashom? Mela issa dak li l-gvernijiet Maltin kienu jemmnu fih snin ilu jridu jbiddluh biex joghgbu lill-Unjoni Ewropea. Jekk din mhux tnaqqir tas-sovranita u tal-indipendenza taghna mela x'tissejjah?

 

 

Botta

 

“It is impossible for me to express fully my contempt for the present government of Malta. Space does not permit me and our oppressive libel laws prevent me giving full vent to my rage.” - Harry Vassallo Chairman tal-Alternattiva Demokratika, The Times 11 ta' Lulju 2003.

 

Riposta

 

Qieghed tbikkina sur Vassallo!! L-ewwel appellajt lill-poplu Malti biex jivvota lill-PN fl-ahhar elezzjoni imbaghad jaghtukom in-numru 2 u issa ma tiflahx izjed lill-PN fil-Gvern. Haqqek ghar minn hekk. Tidher li bhala politiku int ma tarax aktar il-boghod minn imniehrek. Gawdi issa la dhalt ghaliha. Min jilghab man-nar jinharaq.

 

 

Botta

 

“Health Minister Louis Deguara will be proposing radical changes to the national health system, which he feels has become unsustainable... On Friday, Dr. Deguara wrote in The Times that though the government would maintain its generosity to really deserving cases ...” - Rapport fl-ewwel faccata ta' The Times tat-18 t'Awwissu 2003.

 

Risposta

 

X'jigifieri l-gvern ser jibqa juri "generozita" fil-qasam tas-sahha tal-kazi li jkun haqqhom??? X'generozita hi din? Mela ahna mhux kollha nhallsu t-taxxi u l-bolla? Allura x'wicc tost jigi l-Ministru tas-Sahha jghidilna li jekk ninqdew fl-isptarijiet dan ghax il-gvern qieghed ikun hanin maghna? Dawn xi hnizrijiet huma? Dr. Deguara int m'hu qed taghtina xejn minn tieghek, is-servizzi tas-sahha ahna qeghdin inhallsu ghalihom u nehhiha minn rasek li dawk b'xejn u mela tigi tghidilna li int generuz maghna ghax ninqdew fl-isptarijiet tal-gvern!!! Xi tridna issa ninzlu gharkubtejna quddiemek biex nirringrazzjawk?? Din ma hi xejn ghajr arroganza Nazzjonalista fl-aqwa taghha. Mela ja haddiem int ghandek thallas it-taxxi u l-bolla imbaghad biex tinqeda ghal-bzonnijiet medici tieghek jiddependi jekk il-Gvern Nazzjonalista hux "generuz" mieghek. Gharukaza f'hiex waqghu. U jekk is-sistema saret "unsustainable" ghaliex ma taqtghux l-abbuzi minflok titfghu lil kulhadd f'keffa wahda!! Meta l-gvern Laburista ghamel hlas ta' 50c ghal-medicina biex jikkontrolla l-abbuzi inthom kontu li hrigtu qatta bla habel kontrih u dawwartu l-opinjoni pubblika kontra tieghu. Issa ser taghmlu wahda ghar minn hekk ghax nehhejtu l-50c u issa ser titolbuna nhallsu ghas-servizzi fl-isptarijiet.

 

 

Botta

 

“Tourism Minister Francis Zammit Dimech believes that if the majority of people in Malta decided to start caring about the country and tourism in general, then “the minority of those who do not will come to their senses and realise that we cannot afford to kill the goose that lays the golden egg.” - Intervista f'The Times tat-18 t'Awwissu 2003.

 

Risposta

 

Jiddispjacini ghal Ministru Zammit Dimech, imma jiddispjacini aktar ghal-Malta li twikkiet b'ministru li jidher li mhux postu fejn qeghduh. L-ewwel nett jekk il-poplu hu responsabbli, mela l-Gvern x'hinu? Ghalinqas il-ministru ta' qablu, Dr. Michael Refalo kien ammetta f'The Times fi Frar 2000 , "Dr. Refalo said he accepted the criticism about the state of the roads especially those in the vicinity of five-star hotels." Jidher pero li Dr. Zammit Dimech irid jahsel idejh bhal Pilatu. Forsi jrid jargumenta li hu tort tal-poplu li hawn din il-krizi fl-ambjent. Halli mmorru lura sal-1998. Dak iz-zmien Dr. Zammit Dimech kien lahaq Ministru tal-Ambjent hu stess. U l-ewwel weghda tieghu tiftakruha? Kien qalilna li kien ser inaddaf Malta fi zmien xahrejn. U mhux ix-xahrejn spiccaw imma legislatura shiha u Malta kienet u ghadha teghreq fil-hmieg u fid-drenagg. Ghalhekk ma nafx kemm kienet mossa tajba ta' Dr. Fenech Adami li pogga lil Zammit Dimech bhala Ministru tat-Turizmu meta kien falla bl-ikrah fil-ministeru li kellu qabel. U qabel jipponta subajh lejna, Dr. Zammit Dimech ahjar jiehu l-parir tan-negozjanti u l-operaturi fil-qasam tat-turizmu. Ma jistax il-ministru jipretendi li l-poplu jqum fuq tieghu jekk il-gvern stess rieqed raqda nobis.

 

 

Botta

 

“Church-(Labour) party relations reached crises point in the late Fifties and in the Sixties when the Interdict was imposed by the Church - a sorry chapter in Malta's recent political history.” - A Christian Outlook, The Sunday Times 17 t'Awwissu 2003

 

Risposta

 

Il-Partit Laburista m'ghandu xejn minn x'hiex jisthi. Hija l-Knisja f'Maltija li ghamlet wiehed mill-akbar zbalji li qatt ghamlet il-Knisja Kattolika fid-dinja kollha meta imponiet l-interdett fuq il-Laburisti. Fortunatament il-Knisja indunat bl-izball li sar u sal-gurnata tal-lum ghadna nsibu membri tal-Kleru li jammettu dan l-izball u li ghadhom jitolbu mahfra. Sfortunatament qalb xi Laburisti il-gerha ghadha miftuha ghax ghalihom li gara ma kienx ghajr tradiment mill-Knisja f'Maltija. Hu mehtieg li filwaqt li ma ninsew qatt il-kalvarju li ghaddew minnu hafna Laburisti minhabba t-twemmin taghhom, irridu nahfru lil min ghamlilna dak id-deni kollu. Bil-mahfra biss tista sserrah qalb imwegga.

 

 

Botta

 

L-editur ta' The Times jitkellem fuq il-problema tad-deficit tal-Gvern f'The Times tal-11 t'Awwissu 2003. “what this should mean in practice is that now that the finance minister has told us that we are off track we should all be realists . . . ”

 

Risposta

 

X'jigifieri “WE are off track”????? Mela ahna qeghdin inbazwru l-flus tal-pajjiz? John Dalli jekk joghgbok titfax l-izbalji tieghek fuq haddiehor. Jekk ghamilt qassata, ammetti li zbaljajt u li m'inthomx kapaci tikkontrollaw in-nefqa taghkom. U mela tghidilna li "ahna" morna zmerc. X'kull wahda wkoll. L-anqas ghandu wiccu tost. Kemm qeghdin tajjeb, John Dalli u l-kabinet iberbqu l-flus taghna kif gie gie minghajr kontroll imbaghad jigi jghidilna li AHNA morna zmerc. Taf fejn morna zmerc sur Dalli, meta l-poplu rega vvutalkom. Hemm iva morna zmerc bil-kbir. Il-bqija, l-izbilanc li ghandkom fil-flus tal-poplu gibtuh inthom b'idejkom.

 

 

Botta

 

“Scaremongering was the order of the day: EU membership was equated with a loss of freedom, identity, sovereignty, neutrality and jobs.” – editorjal ta’ The Malta Independent on Sunday 7 ta’ Settembru 2003

 

Risposta

 

L-editur ta’ The Malta Independent on Sunday irid jghidilna li l-MLP kien qieghed jigdeb meta qal li bi shubija l-affarijiet negattivi kif imsemmija hawn fuq jibdew isehhu. U x’insibu?

 

GHALIEX TELF TA’ LIBERTA – Mhux ser inkunu liberi li nillegislaw dawk il-ligijiet li jidhrilna huma ta’ bzonn ghal-poplu Malti. Dejjem ser ikun hemm min hu aktar b’sahhtu minna biex jiddeciedi hu l-ligijiet taghna jistghux jghaddu jew le.

 

GHALIEX TELF TA’ IDENTITA – Ser nitilfu l-identita taghna meta ser insiru bhal nazzjonijiet ohra f’diversi oqsma, prattici u hsibijiet. Id-decizjoni politika tal-Gvern Nazzjonalista li jbiddel il-Lira Maltija biex minflokha jdahhal il-Euro huwa ezempju. Anke suldati rekluti godda Maltin ser ikollhom jiehdu sehem bilfors fil-European Union’s Rapid Reaction Force minkejja li Dr.  Fenech Adami QABEL l-elezzjoni qal li din kienet ser tkun decizjoni volontarja. L-identita Maltija tispicca u minfloka tidhol dik tal-Unjoni Ewropea.

 

GHALIEX TELF TA’ SOVRANITA – Diga ammetiha Dr. Simon Busuttil (ex kap tal-M.I.C.) li xi tibdil li jrid isir mill-Gvern Malti fil-qasam ekonomiku m’hu xejn ghajr tnaqqir tas-sovranita taghna. Il-Gvern Malti mhux ser jibqa l-entita li tiehu l-ahhar decizjoni.

 

GHALIEX TELF TA’ NEWTRALITA – Mhux ser nibqghu newtrali ghax ikolna niehdu decizjonijiet li jaghtuna lewn politiku li bih nistghu naghmlu ghedewwa madwar id-dinja. L-EU hadet decizjoni dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali. Bhala membri accettajna din id-decizjoni u diga pattejna qares ghax il-Gvern Amerikan qata’ l-ghajnuna militari lil Malta minhabba f’hekk.

 

GHALIEX TELF TA’ MPJIEGI – Kemm ilhom li Dr. Fenech Adami u Dr. Joe Borg iffirmaw it-trattat ta’ shubija, hlief fabbriki u lukandi jitfghu l-haddiema l-barra ma smajniex.

 

X’ghidt sur editur? L-MLP kien zbaljat?

 

 

Botta

 

“The people will never forgive him (mexxej tal-Malta Labour Party) for denying them the opportunity to change a stagnant government.” - Editorjal, The Times 12 ta' Settembru 2003

 

Risposta

 

Skuzi sur editur, inti ISSA qieghed tghid li l-Gvern Nazzjonalista kien "stagnant" ghax QABEL l-elezzjoni ma kontx hlief taghtih aggettivi sbieh. U jekk kelna gvern li kien "stagnant" (bhal ilma qieghed, jintenn ecc.) ghalfejn kont theggeg lill-poplu biex xorta wahda jerga jtella lill-PN fil-gvern? Ghidilna fejn u f'liema mument int qatt ghidt lill-elettorat biex inehhi lill-PN mill-gvern. Ghax allura jekk illum ghandna gvern mejjet dan hu tort taghkom u mhux tort tal-MLP li hu l-uniku alternattiva ghat-tmexxija tal-pajjiz.

 

 

Botta

 

“Nistghu nghidu b'wiccna minn quddiem li ahna Maltin u Ewropej. Illum Malta hi fl-Ewropa.” - Joe Saliba, Segretarju Generali tal-P.N., Il-Mument 21.9.2003

 

Risposta

 

Allura qabel ma konniex Ewropej? X'konna Amerikani, Afrikani, Asjatici? U llum Malta hi fl-Ewropa . . .u qabel fejn kienet? Forsi kienet taghmel parti mill-Alaska? Jew kienet fl-Amerika t'isfel jew fil-Lvant Nofsani? Dan l-argument Nazzjonalista li sirna Ewropej ghax dhalna membri fl-Unjoni Ewropea la hu korrett u l-anqas jaghmel sens. Ilna Ewropej mijiet ta' snin u zgur ma sirnix Ewropej issa. L-argument li ntuza qabel ir-referendum u l-elezzjoni kien instigat minn biza li l-PN ried inissel fil-poplu li ahna ma nkunux nistghu inqisu lilna nfusna Ewropej jekk ma nsirux membri fl-UE. Li kieku Joe Saliba qara l-programm elettorali tal-PN kien forsi jifhem xi haga. Hemm miktub preciz AHNA EWROPEJ GHALIEX AHNA MALTIN U GHAWDXIN. Din is-silta hi korretta u tmur kontra dak li qal Saliba li Malta saret Ewropea illum ghax dahlet fl-Unjoni Ewropea. Nispera issa li mhux ser jghidu li sirna Maltin u Ghawdxin illum ukoll!!

 

 

Botta

 

“Nhar is-Sibt se niddeciedu wkoll dwar l-impjiegi. Bi shubija fl-Ewropa l-impjiegi tal-haddiema jkunu aktar fis-sod u jissahhu d-drittijiet tal-haddiema . . .” (mill-web site tal-PN)

 

Risposta

 

Ghax ma tohorgux fuljett iehor ta' tifkira b'dawn il-weghdiet u tibghatuhom lill-mijiet ta' haddiema tal-fabbriki u lukandi li ghalqu mill-elezzjoni 'l hawn? Forsi taghmlu edizzjoni specjali u tibghatuha wkoll lil 134 haddiem tal-PBS li Austin Gatt qalilhom biex jitilqu l-barra.

 

 

Botta

 

“I will not prejudice anybody’s case. Tikber u titghallem (one learns from experience),” he said. – Dr. Fenech Adami ikkwotat minn The Malta Independent 31.10.2003

 

Risposta

 

Dr. Fenech Adami ghamel wahda kbira din id-darba. Il-Qorti Kostituzjonali iddecidiet li hu kiser id-drittijiet fundamentali ta' zewg imhallfin. Issa nistennew u naraw kemm verament Dr. Fenech Adami tghallem l-ewwel lezzjoni tad-demokrazija . . . li tirrizenja meta tikser drittijiet fundamentali. Jekk ma jirrizenjax ifisser li dak li qal, ghalkemm kien qieghed jghidu ghalih, imma hu ma jiprattikahx. Ir-rizenji jhallihom ghal haddiehor. Kiber u tghallem Dr. Fenech Adami? Iddeciedu inthom.

 

 

Botta

 

“An official of the Malta Tourism Authority has been suspended pending investigations into alleged unauthorised spending.” - Il-Ministru Francis Zammit Dimech fil-Parlament 25 ta' Settembru 2003 (irrapurtat minn The Times l-ghada).

 

Risposta

 

Mela fuq ALLEGAT infieq mhux awtorizzat, nies komuni jigu sospizi. Imma fuq tberbieq IKKONFERMAT ta' miljuni ta' liri mill-Gvern Nazzjonsliata Alla jbierak HADD ma jigi sospiz!!

 

 

Botta

 

“Our industries can now export all over the continent.” - Editorjal ta' The Malta Independent tal-1 Jannar 2004 jitkellem fuq il-vantaggi ta' shubija fl-Unjoni Ewropea.

 

Risposta

 

Jigifieri l-industrijalisti Maltin, QABEL ma setghux jesportaw lejn l-Ewropa?????

 

 

Botta

 

Editorjal ta' The Malta Independent 8.3.2004

“It is amazing to note that none of the political speeches made by the Nationalist party speakers yesterday mentioned the fact that today we celebrate one year to the day from the Yes vote in the European Union referendum. Strange, amazing and inconceivable, to note that such an important and historic victory can be forgotten in such a short period of time.”

 

Risposta

 

Tghid ghaliex in-Nazzjonalisti insew ir-referendum meta dawn jghidu li rebhuh? Kif okkazzjoni bhal dik diga ntesiet? Kellu ragun Dr. Sant meta qal li r-referendum kien hela ta' hin ghax ara issa wara biss sena, dik il-famuza "vittorja" tal-IVA qisha qatt ma saret. Imma dak inhar nofs Malta zebilhet lil Dr. Sant ghax qal li r-referendum kien farsa kif sar.

 

 

Botta

 

Editorjal ta' The Malta Independent 8.3.2004

“On 8 March 2003, the majority of the people of Malta voted in favour of an adventure. It was the first and so far only occasion in our national history when the people voted to relinquish what they enjoyed and thrust themselves on an adventure of an uncertain outcome, hopefully successful, but an adventure just the same.”

 

Risposta

 

Ma nafx xi stonku jrid ikollok biex tigi tghid li l-Maltin ivvutaw biex imorru avventura, qisna sejrin xi hajk mal-boyscouts. Li twaqqa s-sinifikat tas-shubija fl-Unjoni Ewropea ghall-livell ta' avventura trid veru ma tafx tisthi. U jekk allura dawk is-snin kollha nargumentaw, ninnegozjaw, nghajtu l'hawn u 'hinn kienu biex immorru avventura allura l-politika f'Malta vera marret il-bahar. U ghaliex ISSA qed jghidu li l-Maltin ivvutaw biex jitilfu dak li kienu jgawdu? Dan id-diskors ma kienx jinghad qabel hlief minn naha Laburista.

 

 

Botta

 

Editorjal ta' The Malta Independent 8.3.2004

“It would be more appropriate to state that the historic victory was also marked by a demented reaction by the Labour Party which made it the laughing stock of all Europe.”

 

Risposta

 

Jien diga spjegajt f'pagna ohra ta' din is-site ghaliex il-maggoranza tal-Maltin mhux vera vvutat favur shubija. Ghal giehna The Malta Independent tghid li hu l-MLP li waqa ghac-cajt!!! The Malta Independent tibqa ssostni l-argument zbaljat taghha. Anzi takkuza lill-partit Laburista li hu mignun (demented). Ara x'naqra kliem ta' mhabba ghandhom ghall-Laburisti.

 

 

Botta

 

Editorjal ta' The Malta Independent 8.3.2004

“The choice of the majority a year ago is just the first step: it will be later years and later generations which will judge whether the decision was the right one or not.”

 

Risposta

 

X'hinu?!!! Ghad iridu jiggudikawna jekk ghamilnix ghazla tajba jew hazina? Qieghed naqra sew jien? Dan min kitbu l-editorjal? Mhux kulhadd jaf li The Malta Independent kienet u ghadha taghmel parti minn moviment favur shubija fl-Unjoni Ewropea? Din il-gazzetta DEJJEM qalet li decizjoni tajba wahda biss kien hemm u dik kienet li nissiehbu. Allura kif issa qed jghidulna li stajna ghamilna fjask u fis-snin li gejjin irridu naraw kienetx decizjoni tajba jew hazina? B'liema wicc tost jigu jiktbu dawn il-hnizrijiet? Kif qabel qalu mod u issa qed jghidu mod iehor? U jekk ghas-sahha tal-argument snin ohra l-poplu jgharaf li kienet decizjoni zbaljata, kif ser ireggghu lura l-kliem moqziez li kien intqal qabel ir-referendum kontra Dr. Sant? Kif ser ireggghu lura l-attakki malafamanti kontra l-Partit Laburista u kontra s-CNI? Kif ser ireggghu lura l-miljuni ta' liri minn flus il-poplu li ntefqu fuq riklamar sabih favur shubija? Min ser ipatti ghal dan kollu? Jenhtieg li l-poplu jinduna minn dahak bih. Jenhtieg li l-poplu jqum fuq tieghu, jirrejalizza li f'Malta dejjem kien partit wiehed li hadem ghal-pajjiz, ghal-haddiem u ghal-fqir. Jenhtieg jirrejalizza li l-istess nies li ma bezghux jiehduha kontra l-barrani biex titjieb il-hajja ghal-Maltin, jergghu jinghataw l-inkarigu biex f'Gunju li gej imorru fil-Parlament Ewropew u ghan-nom tal-Maltin jahdmu biex l-effetti hziena li ser ikomplu gejjin fuqna minhabba shubija, jigu mnaqqsa u mrazzna kemm jista jkun filwaqt li kull nitfa vantagg li nistghu niehdu mis-shubija nehduha zgur. Il-poplu jenhtieg jinduna li dawk in-nies li qalulhom kienu kontra l-interessi ta' Malta kienu fil-fatt l-unici nies li ppruvaw jifthulhom ghajnejhom. Jenhtieg li f'Gunju 2004, il-poplu Malti u Ghawdxi imur jivvota biex itella fil-Parlament Ewropew dawk biss li akkost li jigu mzebilha imiddu ghonqhom ghax-xoghol ghal-gid tan-nazzjon kollu minghajr interessi personali. Jenhtieg li l-poplu jiftakar f'min wieghdu genna fl-art jekk nissiehbu fl-Unjoni Ewropea biex issa mifnijin bi problemi enormi, u jenhtieg li dawn in-nies ma jithallewx aktar jidhru imkien ghan-nom taghna. Ejjew ma naghmlux l-istess zball darbtejn.

 

 

Botta

 

“Whether you agreed with his (Dr. E.F.A.) decisions or not, he always did things the right way.” – Lou Bondi, The Malta Independent 15.3.2004

 

Risposta

 

X'riha ta' incens!!! Imma kif kollox abjad jew iswed ghan-Nazzjonalisti. M'hemmx griz. Mela Dr. Fenech Adami jew perfett inkella zbaljat totalment. Imma la hu wiehed u l-anqas l-iehor, imma ghal Lou Bondi, Dr. Fenech Adami dejjem ghamel l-affarijiet kif suppost. U jien nistaqsi …

 

01) Ghamel sew li accetta li jsir kap tal-PN wara kongura kontra l-kap ta' qablu?

02) Ghamel sew meta ma accettax ir-rizultat tal-elezzjoni generali tal-1981 li zammitu fl-opposizzjoni?

03) Ghamel sew li nieda kampanja ta' dizubbidjenza civili u rezistenza passiva li gabet maghha inkwiet kbir fil-pajjiz?

04) Ghamel sew meta ma riedx jammetti li tilef l-elezzjoni generali tal-1996 u minkejja t-tkaxkira li kien ha, qal li r-rizultat kien photofinish?

05) Ghamel sew meta waqt li kien fl-opposizzjoni kien jghid li l-bolla hi balla u meta sar Prim Ministru l-bolla gholliha darbtejn?

06) Ghamel sew meta qabel l-elezzjoni kien jghid li mhux ser izid it-taxxi u wara l-elezzjoni t-taxxi ziedhom bil-goff?

07) Ghamel sew meta fl-1994 kien irrizenja ghax instab hati ta' diskriminazzjoni politika … imma wara rtira r-rizenja tieghu?

08) Ghamel sew meta accetta li jidher fir-ritratti mal-kadavru ta' Raymond Caruana?

09) Ghamel sew meta qabez ghal kriminali minflok ikkundannhom?

10) Ghamel sew meta qal lill-poplu li kelna niehdu miljuni kbar ta' liri bi dritt mill-Unjoni Ewropea biex wara kellu jaccetta dak li offrewlu?

11) Ghamel sew meta baqa jirrifjuta li jnehhi ministri tal-kabinet li saru arroganti u li ma hadmux tajjeb?

12) Ghamel sew meta qal li kien ser jghidilna min qatel lil Karen Grech u s'issa ghadu ma fetahx halqu?

13) Ghamel sew meta halla tberbieq enormi ta' flus il-poplu?

14) Ghamel sew meta hafer hlasijiet kbar ta' bolli lill-kumpaniji kbar imma lill-anzjani fi djar tal-gvern hadilhom prattikamet il-penzjoni kollha?

15) Ghamel sew li ta l-liberta lit-traffikant tad-droga Queiroz u lit-terrorista Ali Rezaq?

16) Ghamel sew meta ma harigx bil-qawwa kollha kontra l-vjolenza Nazzjonalista tal-1987, 1992 u 1998 imma mbaghad jitkaza jekk jinqaras xi partitarju minn tieghu?

17) Ghamel sew meta approva flus il-poplu jigu uzati biex jirrangaw il-Palazz tal-Girgenti (li l-anqas biss kien juzah) imma biex jigi ppreparat ghat-tieg tat-tifel tieghu Beppe?

18) Ghamel sew meta qal li kien ser inaqqas ir-rati tad-dawl u l-ilma ghalli kienu fl-1996 imma wara m'ghamel xejn minn dan?

19) Ghamel sew meta qabel ir-referendum gideb fuq it-television kontra Dr. Alfred Sant?

20) Ghamel sew meta qal li jekk ma nidhlux membri fl-UE jizdied il-qaghad u l-ekonomija tmur lura, u issa li dhalna membri l-qaghad sploda l-fuq u l-ekonomija stagnata?

21) Ghamel sew meta bezza lill-poplu li jekk Malta ma tidholx membru fl-UE il-kumpaniji serji kollha jghalqu?

22) Ghamel sew meta qalilna cucati bhal li Malta ISSA saret parti mill-Ewropa u Malta ISSA saret parti mid-dinja?

23) Ghamel sew meta kiser dritt fundamentali ta' zewg imhallfin?

24) Ghamel sew li lill-MIC tahom miljuni ta' Liri biex ipingu stampa sabiha dwar l-Unjoni Ewropea qabel ir-referendum u lis-CNI ma tahom l-anqas centezmu?

25) Ghamel sew li meta kien fl-opposizzjoni ha vantagg politiku bl-akkuzi tieghu dwar pulizija vjolenti, imbaghad meta tela' fil-gvern ippremja lil uhud minnhom?

26) Ghamel sew li beda progett ta' sptar gdid li l-anqas biss jaf kemm ser jiswa flus?

27) Ghamel sew li kerrah lil Marsaxlokk b'power station enormi li suppost hadet post dik tal-Marsa, biex imbaghad meta dik tal-Marsa tieqaf, nofs Malta tispicca bla dawl?

28)  Ghamel sew li issa li rrizenja, halla warajh dejn ta' aktar minn BILJUN LIRA?

29) Ghamel sew li bil-politika tieghu spiccajna biex ghandna parti mill-poplu tghix fil-faqar filwaqt li hu komdu kemm irid?

30) Ghamel sew li bl-arroganza jew tmexxija hazina tieghu, membri parlamentari Nazzjonalisti stess spiccaw imwarrba?

 

Jekk it-twegiba ghal wahda biss mill-mistoqsijiet t'hawn fuq hija LE allura il-buzzieqa li nefah Lou Bondi fuq Dr. Fenech Adami mill-ewwel tinfaqa'.

 

 

Botta

 

“Joining the European Union for the newly acceding countries like Malta, is bringing with it a number of new job opportunities for the Maltese.” – Arnold Cassola, The Sunday Times 18.4.2004

 

Risposta

 

Alleluia!! Ejjew indoqqu l-qniepen kollha ta’ Malta u Ghawdex. Gej ix-xoghol, gej ix-xoghol!! Il-manna mill-Ewropa waslet. Imma mbaghad inkomplu naqraw …

 

“Between now and 2010 the EU is planning to employ around 4,000 citizens from the ten new member states to occupy various posts. This means that around 400 Maltese citizens will be able to fill up vacancies.”

 

Il-ahwa kemm gej xoghol, 400 impjieg gdid f’SITT SNIN jew hames impjiegi godda kull xahar. B’hekk ser insolvuha l-problema tal-qghad f’Malta? Dawn huma l-opportunitajiet ta’ xoghol ghal-Maltin li gejna mweghdin? Jekk bi shubija b’kollox ser ikolna 5 impjiegi godda fix-xahar iridu jghaddu 147 sena sakemm inhaddmu dawk kollha li llum qeghdin jirregistraw ghax-xoghol.

 

 

Botta

 

“Ir-rebbiegha ta' pajjizna bdiet mill-ghada ta' l-ahhar elezzjoni generali (April 2003) ghaliex dik l-elezzjoni gabet direzzjoni gdida lejn l-Ewropa, wasslet ghal serhan il-mohh li bla dubju ta' xejn jghin l-investiment u biex titkabbar l-ekonomija u nilhqu parti mit-tielet priorita' dik li jinholoq ix-xoghol.” – Joe M. Zahra, In-Nazzjon 25.3.2004

 

Risposta

 

Vera ma tridx tkun Nazzjonalist meta qeghdin jitimghu dawn il-gideb regolarment fil-gazzetti tal-Partit Nazzjonalista. Attwalment ir-risposti lil Joe M. Zahra ma jigux minn ghandi imma jigu minn statistika ufficjali.

 

Rigward kemm verament kibret l-ekonomija fis-sena 2003 jghidilna l-Bank Centrali, "Revised GDP data for the first three quarters of 2003 and provisional data for the last three months of the year show a “substantial contraction of the Maltese economy,” the Central Bank’s Quarterly Review reported. Provisional data compiled by the NSO indicate that the Maltese economy contracted by 1.3 per cent in real terms in the last quarter of 2003, following a3.9 per cent decrease in the first quarter, a 1.6 decrease in the second and a 0.3 per cent one in the third quarter." (ara The Malta Independent on Sunday 23.5.2004). Jigifieri mhux talli l-ekonomija ma kibrietx imma marret lura!!

 

Rigward kemm inholoq xoghol, inhalli f'idejn l-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika li kkonferma, "The number of registered unemployed in April (2004) amounted to 8,339 …on a year-to-year basis, there was an increase of 859." (ara The Times 27.5.2004). Jigifieri f'sena minn wara l-elezzjoni, il-qghad zdied bi 859!!

 

Rigward is-serhan il-mohh li semma dan Joe M. Zahra, stharrig li ghamel il-Bank Centrali wera, "The business perceptions survey carried out by the Central Bank in January and February indicates a further decline in business confidence since the previous survey." (ara The Malta Independent on Sunday 23.5.2004). Jigifieri in-negozjanti huma pessimisti hafna dwar il-futur!! U kif jista jkollna serhan il-mohh meta Arthur Muscat president tal-Malta Employers' Association qal, "The government, trade unions and employers must send a signal that sacrifices are on the way." (ara The Times 26.5.2004). Dan tghidlu serhan il-mohh sur Zahra?

 

Ghaliex dan il-gideb kollu fil-gazzetti Nazzjonalisti? Fejnha d-direzzjoni l-gdida taht Dr. Lawrence Gonzi? S'issa kull ma rajna kienet tkomplija ta' dak li twettaq taht Dr. Eddie Fenech Adami. Jidher li m'hemmx tama li l-PN ghad xi darba jirrispetta l-intelligenza tal-poplu. Jekk joghgobkom IEQFU minn dan il-gideb. L-argumenti Nazzjonalisti saru biss fantasija. Ghall-MLP forsi jkun jaqbel li l-PN jibqa f'din it-triq ghax ikollu fuq x'hiex jikritikah, imma f'gieh is-sewwa, irrispettawh lill-poplu w uruh il-verita biex ikun jista jaghmel decizjonijiet sewwa fl-elezzjonijiet li jkollna. Lil Joe M. Zahra nghidlu grazzi, ghax kompla jurini kemm ghandi ragun inzomm il-boghod mill-PN.

 

Botta

“Public Investments Minister Austin Gatt warned yesterday that should Malta Shipyards not achieve its financial targets, the workers would be dismissed and the 'yard would be closed down.” - The Times 2.6.2004

Risposta

X'wicc tost! Tridx nghidlek x'naghmlu Dr. Austin Gatt qabel titfa l-haddiem tat-tarzna l'barra? L-ewwel ikkonsidra kemm il-Gvern Nazzjonalista sena wara sena ma lahaqx il-miri finanzjarji tieghu stess. Jekk ser titfa l-haddiema tat-tarzna l'barra, allura ibda minnkom stess ghax bl-istess argument il-Gvern Nazzjonalista jmissu jzarma u inthom tintefghu kollha l-barra. Isa Dr. Gatt aghti l-ezempju int l-ewwel u ara min minnkom ser titfghu l-barra ghax ilkom is-snin tghaxquna fit-tahwid li qed thawdu fil-finanzi tal-pajjiz. Wara li titfghu lilkom infuskom il-barra mill-poter li tela' ghal-raskom, imbaghad ikun imiss il-haddiema tat-tarzna.

Botta

“The appointment of Dr Ian Micallef to two important EU posts linked to local authorities is proof of the opportunities that exist with Malta’s accession to the union, Prime Minister Lawrence Gonzi said yesterday.” - The Malta Independent 5.6.2004

Risposta

Ezattament biex qieghed jifrah Dr. Gonzi? Possibli li l-opportunitajiet kbar li gejna mwieghdin issarfu biss biex nies tal-qalba vicin il-PN jokkupaw posizzjonijijet fi hdan l-Unjoni Ewropea? Li kieku dan Dr. Ian Micallef kien qieghed jirregistra ghax-xoghol, nghid forsi nholoq impjieg gdid u naqas il-qghad. Imma jidher li kull ma sar kien biss li Dr. Ian Micallef ghandu zewg sorsi ohra ta' dhul finanzjarju. Forsi Dr. Micallef b'li kellu ma kienx kuntent? U kieku stess kien hemm bzonn li jimtlew zewg posizzjonijijiet godda, ghax ma haduhomx tnejn min-nies minflok persuna wahda? Billi Dr. Gonzi jghidilna li Dr. Micallef qieghed issa jokkupa zewg posizzjonijiet godda fl-Unjoni, la jien u l-anqas il-pajjiz ma dahhalna xejn. Dr. Gonzi qieghed jghidli li jien ghandi nifrah ghax Nazzjonalist maghruf huwa Vici President tal-Kumitat Regjonali tal-Unjoni Ewropea, Vici President tal-Kungress Lokali u Regjonali fi hdan il-Kunsill tal-Ewropa u huwa wkoll President tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali!! B'daqshekk jien dahhalt xi haga fil-but?

 

Sakemm il-ftit opportunitajiet li gew bis-shubija qeghdin jinghataw lin-Nazzjonalisti tal-qalba, il-poplu fejn kien ser jibqa u zgur mhux ser iserrah mohhu fuq il-futur. Il-poplu opportunitajiet kbar ta' xoghol irid u mhux kemm il-hbieb tal-hbieb qeghdin igawdu bis-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

 

 

Botta

 

"Jien ma nemminx li min jahdem fil-partit Nazzjonalista jista' jigi msikket ghaliex ghandu opinjoni differenti." – Edwin Vassallo, Il-Mument 7.3.2004

 

Risposta

 

"Siggiewi councillor, Nenu Aquilina has withdrawn the motion he planned to put forward against the two proposed interim landfills last week after pressure from his party peers not to antagonize the government. Nationalist Party sources said the PN councillor was under tremendous pressure to withdraw the motion …" - The Malta Independent 2.2.2004. Tant kellu ragun Nenu Aquilina u ghaqdiet ambjentalisti u politici nkluz l-MLP li l-gvern Nazzjonalista spicca biex kellu jammetti li m'ghandhomx isiru dawn il-landfills, imma xorta l-pressjoni tal-PN kienet bizzejjed biex ikunu msiktin Nazzjonalisti li ma qablux mal-gvern taghhom.

 

Botta

 

“Dr Gonzi said the MLP candidates for the European Parliament elections could not be trusted because a mere 13 months ago they had predicted gloom and doom.” – Dr. Lawrence Gonzi, konferenza stampa fit-22 ta' Mejju 2004. Jigifieri skond Gonzi, il-Partit Laburista kien qieghed ibezza ghalxejn meta jghid li kienu gejjin zmienijiet koroh fuq Malta.

 

Risposta

 

“The picture being projected by Information Technology and Public Investment Minister Austin Gatt is one of gloom and doom.” – editorjal ta' The Times 4.5.2004. Allura kellu ragun il-Partit Laburista meta bassar zmienijiet koroh ghal Malta tant li issa Austin Gatt qieghed jirrepeti l-istess kliem!! Meta l-MLP qal il-verita, Dr. Gonzi qalilna li ma nistghux nafdawh, allura issa lil Austin Gatt nistghu nafdawh galadarba ikkonferma dak li qal l-MLP?

 

Botta

“Prime Minister and Nationalist party leader Dr Lawrence Gonzi during a press conference on Saturday evening, said that the results show that when compared to the last general election, the number of votes obtained by the Malta Labour Party remained stable.” – di-ve news 19.6.2004

 

Risposta

 

Fl-elezzjoni tal-2001 l-MLP gab 31,783 vot, din id-darba gab 39,121, zieda ta’ 7,338 vot.

Fl-elezzjoni tal-2001 l-MLP gab 49.26% tal-voti, din id-darba gab 50.17%, zieda ta’ 0.91%

Fl-elezzjoni tal-2001 l-MLP tella' 64 kunsillier, din id-darba tella' 68, zieda ta' 4 kunsillieri.

 

Rigward ir-rizultat li gab il-PN, nahseb l-anqas li jinghad ahjar ghan-Nazzjonalisti. Mhux sew nifthulhom il-ferita!!

 

 

Botta

 

"is-sinjali ekonomici huma tajbin u inkoragganti. Is-sitwazzjoni turi titjib fil-kamp ekonomiku …" - editorjal, In-Nazzjon 1.6.2004. "Il-gejjieni ta' pajjizna hu nkoragganti u pozittiv". – editorjal, In-Nazzjon 18.5.2004

 

Risposta

 

Dawn t'hawn fuq huma editorjali ta' In-Nazzjon FTIT QABEL l-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew tat-12 ta' Gunju 2004 meta allura kellhom bzonn kull vot sabiex jaqtghu figura tajba. Izda WARA l-elezzjoni u t-tkaxkira nobis li qalghu, ma kienx hemm ghalfejn aktar gideb ghax il-ftira saret, tant li Dr. Louis Deguara qal hekk f'The Times tas-16 ta' Lulju, "Darker clouds still beckon on the horizon." Innutaw li Dr. Degura qed jghidilna "darker" clouds ... il-problemi li gejjin huma ghar minn dawk prezenti!!

 

 

Botta

 

"In-nuqqas ta' fiducja li ghandhom il-Laburisti fil-Maltin, se titpatta ghal darb'ohra f'nuqqas ta' fiducja fl-MLP fit-tellieqa elettorali li jmiss." – Jeffrey Pullicino Orlando MP, In-Nazzjon 28.5.2004 (Jeffrey qieghed jirreferi ghall-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew li saret fit-12 ta' Gunju 2004).

 

Risposta

 

Attwalment l-anqas hemm ghalfejn risposta ghax l-Onorevoli Pullicino Orlando rah ir-rizultat tal-elezzjoni tat-12 ta' Gunju 2004. Forsi ried jghid li l-Maltin kienu se juru nuqqas ta' fiducja fil-PN imma miskin ha zball u qal MLP minflok.

 

 

Botta

 

“Fil-kaz ta' dawk li kellhom xoghol part time bhala x-xoghol primarju, kien hemm qabza kbira fil-hames snin bejn l-1998 u l-2002. Fl-1998 kien hemm total ta' 11,587 jahdmu xoghol part time bhala l-ewwel xoghol taghhom … fl-2002 it-total tela' ghal 17,580.” – In-Nazzjon 12.5.2004

 

Risposta

 

Ezattament In-Nazzjon biex qeghda tiftahar? Li zdiedu l-part time jobs bhala l-impieg ewlieni? Din x’fiha biex tiftahar biha? Hawn xi hadd bla xoghol li jrid xoghol part time minflok full time? Din is-sitwazzjoni xejn m’hi sabiha anzi turina li fil-waqt li l-Gvern jghid li zdiedu n-nies jahdmu bi qliegh, din iz-zieda hi ta’ haddiema jahdmu part time. U ghax jahdmu part time? Raguni hi ghax m’ghadx hemm hafna opportunitajiet ta’ xoghol full time allura dak li jkun jghidlek li ahjar part time inkella xejn. Ma rridux ninsew illi dawk l-eluf li zdiedu kif qed jghid In-Nazzjon, li kieku ma accettawx dan ix-xoghol part time, kieku bhal issa qeghdin jirregistraw, allura wiehed irid ihares lejn din ix-xena tal-impjiegi f’Malta bhala wahda ta’ thassib meta hawn dawn l-eluf kbar ta’ nies li d-dhul principali (u uniku) taghhom huwa minn xoghol part time. Kien ikollna fejn nifirhu kieku din iz-zieda qawwija kienet f’xoghol part time bhala xoghol sekondarju (wiehed ikollu impieg full time imbaghad jaghmel xoghol zejjed part time). Imma s-sitwazzjoni hija bil-maqlub. F'Settembru 2004 in-numru ta' haddiema li l-uniku xoghol taghhom hu dak part time zdied ghal 21,266.

 

 

Botta

 

“Is-shubija fissret ukoll Lm9 miljun aktar fil-bwiet tal-Maltin bit-tnehhija tal-levies.” – Joanna Drake, Il-Mument 30.5.2004

 

Risposta

 

Bil-mod Sinjura Drake!! Dawk id-disa miljun lira li qed tghid li l-poplu dahhalhom fil-but, kellu johroghom xahrejn wara meta l-Gvern iddecieda li jitlob ghal disa miljun lira ohra (aktar mill-budget) biex jixtri blokk bini fi Brussell. Ma tantx gawdejnihom dawn il-flus li suppost dahhalna fil-but!!

 

 

Botta

 

“Impenn iehor tal-Gvern kien biex ikun konrollat l-izbilanc tal-pajjiz.” – Dr. Lawrence Gonzi Il-Mument 30.5.2004

 

Risposta

 

L-ewwel nett Dr. Gonzi, il-pajjiz mhux zbilancjat!! Li kieku zbilancjat kieku parti minnu qeghda taht il-bahar. Li huwa zbilancjat huwa l-istat ekonomiku tal-Gvern. U dan l-izbilanc mhux il-poplu ghamlu imma l-Gvern Nazzjonalista. Trid tnehhiha minn rasek li jekk il-Gvern Nazzjonalista jmur hazin tghid li l-pajjiz mar hazin. Jekk qed teghreq tipruvax tgherreq lill-pajjiz mieghek. L-izbilanc finanzjarju bid-deficit strutturali tal-Gvern u biljun u terz Liri Maltin f’dejn m’ghamlux il-poplu imma ghamlu l-Gvern Nazzjonalista. Iccappasx lill-poplu minghajr htija jekk joghgbok.

 

 

Botta

 

“Il-Prim Ministru esprima sodisfazzjon ukoll ghall-mod kif Lm65 miljun fi stocks tal-Gvern li kienu offruti dan l-ahhar inhatfu kollha, nofshom minn investituri zghar. Din hi xhieda ta' fiducja fil-Gvern.” – Il-Mument 30.5.2004

 

Risposta

 

Argument imhawwad tip Nazzjonalista. Mela Dr. Lawrence Gonzi qal li l-poplu wera fiducja fil-Gvern Nazzjonalista ghax l-istocks tal-Gvern inbieghu kollha. Allura kif meta kelna Gvern Laburista bejn 1996-98 Dr. Gonzi qal li kelna gvern sfiducjat jekk is-sitwazzjoni dakinhar kienet … “GOVERNMENT STOCKS OVERSUBSCRIBED BY 4 TIMES” – The Times 25.10.97??? Dan x’argument hu Dr. Gonzi?

 

 

Botta

 

“Il-lista ta' sinjali ekonomici pozittivi u inkoragganti hi twila ferm aktar minn hekk, u fost l-ohrajn tinkludi wkoll il-fatt li l-istocks tal-Gvern litteralment inhatfu. … Sitwazzjoni ohra li turi li mhux biss hawn il-flus fl-idejn imma li dawn qed ikunu investiti u dan ghaliex hawn fiducja fil-pajjiz.” – editorjal, In-Nazzjon 1.6.2004

 

Risposta

 

Din tkompli mar-risposta t’hawn fuq. Ghax l-istocks tal-gvern jinbieghu (jew jinhatfu) taht Gvern Nazzjonalista allura hawn ekonomija b’sahhitha, flus fl-idejn, investiment u fiducja fil-pajjiz imma skond il-PN dawn l-affarijiet ma kont tarahom imkien taht l-MLP anke jekk ghal-stocks tal-Gvern taht il-Labour kien hemm talba ghal-erba darbiet daqs kemm fil-fatt hargu!!

 

 

Botta

 

“B'xorti tajba li Malta ghandha lill-Partit Nazzjonalista li f'kull cirkustanza jgib l-ewwel u qabel kollox l-interessi nazzjonali.” – Editorjal il-Mument 25.4.2004

 

Risposta

 

Mhux vera. Victor Ragonesi f’The Times f’Mejju 2004 qal, “we should remember that there are other new states joining the union together with Malta. Some of these are faring worse and need more help than we do.” Ragonesi qieghed jghid li ghandna ngibu l-interessi ta’ pajjizi ohra qabel taghna minhabba s-sitwazzjoni taghhom, ezatt il-kontra ta’ dak li qal l-editorjal ta’ Il-Mument.

 

 

Botta

 

“Inti (Joe Borg) se taghmel mill-UE istituzzjoni li thaddem fil-prattika l-principju tas-solidarjeta bbazata fuq it-twemmin Kattoliku Kristjan.” – Ian Spiteri Bailey, In-Nazzjon 23.3.2004

 

Risposta

 

Ian Spiteri Bailey qieghed jghaggel. Forsi jista jghidilna liema twemmin Kattoliku Kristjan japprova l-abort kif ghamel Joe Borg.

 

 

Botta

 

“Has the government introduced any taxes since 2003? No, it hasn't.” – Joe Saliba, Segretarju Generali tal-PN f’intervista ma’ The Times fit-23.8.2004

 

Risposta

 

Infakkar lil Joe Saliba li fil-budget speech ghas-sena 2004, thabbru dawn il-mizuri: inheritance tax, eco contribution, taxxa aktar ta 3% fil-VAT, taxxa addizzjonali fuq karozzi uzati importati, zieda fit-taxxa ta’ 20% fil-hlas li l-anzjani fid-djar tal-gvern jittiehdilhom mill-penzjoni taghhom. Jekk Joe Saliba jinsa t-taxxi li l-Gvern tieghu qieghed jaghmel, nassigurah li l-poplu ghandu memorja ahjar minn tieghu.

 

 

Botta

 

"… thanks to the stand taken by Dr Gonzi, the government is now in a win-win situation." – editorjal ta' The Times 1 ta' Novembru 2004

 

Risposta

 

L-editorjal qieghed jitkellem dwar il-progett tal-isptar Mater Dei. Skond The Times, il-Gvern ma jistax jitlef fil-pozizzjoni li ha biex Skanska tlesti l-progett u tghid kemm il-progett se jkun sewa'. Dan l-argument ma jaghmilx sens ghax il-Gvern ilu s-snin f'pozizzjoni fejn minhabba l-ineficcjenza tal-Gvern ta' Dr. Fenech Adami, l-isptar baqa maghluq minkejja li l-poplu gie mwieghed li kellu jinfetah snin ilu. Il-poplu gie mwieghed li se jinghata l-aqwa servizz f'dan l-isptar, imma l-isptar ghadu maghluq allura dan is-servizz ma jistax jinghata. Il-flus li hrigna ghal-progett dawk telqu u ma nistghux nehduhom lura. U jekk il-kuntratt ma' Skanska jigi terminat iridu jergghu jibdew mill-gdid isibu kuntratturi li lesti jkomplu x-xoghol li baqa'. Allura fejn rebah il-Gvern? Rebah ghax l-anqas biss jaf meta l-isptar se jiftah u kemm se jhallas ghalih? Dan ma tistax tghidlu rebh. Liema wiehed minna lkoll jidhol ghal bicca xoghol u jqabbad lil xi hadd jahdimlu minghajr ma jkun jaf kemm se jhallas u meta x-xoghol se jitlesta? Inthom hekk tahdmu? Imbaghad The Times qalet li l-Gvern ma jistax jitlef. Il-Gvern diga tilef u ilu jitlef u li tilef ma jistax jintradd lura. Iz-zmien li nhela ma nistghux ingibuh lura u l-anqas il-flus zejda li hallasna. Tilef ukoll ir-rispett tal-poplu minhabba li s-servizz li kien imwieghed baqa ma nghatax u tilef ir-rispett tal-poplu ghax il-poplu baqa jintalab ihallas il-miljuni ghal progett li hadd ma jaf kemm kien se jiswa. Jekk se naslu naqblu mal-argument li Dr. Gonzi mexa sew, ir-risposta awtomatika hi li Dr. Fenech Adami irid igorr il-htija tas-sitwazzjoni hazina li Dr. Gonzi wiret minghandu. U min se jkun ragel bizzejjed fil-PN li jammetti li l-htija kienet ta' Dr. Fenech Adami? Jistghu iwahhlu fih, issa li ghamluh President tar-Repubblika? Dr. Gonzi qieghed jara kif jirranga zball li ilu s-snin isir, imma f'dawn l-istess snin Dr. Gonzi kien vici kap tal-PN fil-Gvern allura ma jistax ifarfar il-htija minn fuqu. Il-ftira saret, anzi ilha li saret u l-poplu diga hallas qares ghal dan l-akbar progett imhawwad li qatt sar f'Malta. Ghalhekk din is-sitwazzjoni qatt ma tista tkun wahda "win-win" meta l-Gvern u l-poplu diga telliefa.

 

 

BOTTA

 

“Labour leader Alfred Sant talks as if his party has the magic wand to solve the country's social and economic ills. Opposition parties all over the world do tend to fall into this trap. Dr Sant thought he would change the course of the economy when he led his party to power in 1996. True, he did not last the whole term but in the time his party spent in government it was hardly a trail-blazer. For the plain truth is that contrary to the impression the Labour leader is giving to his supporters, there is no magic wand. Neither the Nationalist Party nor the MLP has any particular powers to check negative developments coming Malta's way from time to time. A good number of the problems the country is facing today may well have been created by ourselves through lack of foresight, or through delay in the taking of decisions and action at the right time. But there are also circumstances, like, for instance, recessions abroad, over which neither party has any control.”

 

RISPOSTA

 

Din hi parti minn editorjal ta' The Times tal-5 ta' Frar 2005 fejn l-editur bhas-soltu jiprova jitfa kemm jista jkun htija ta' kollox fuq Dr. Sant. Filwaqt li naqbel li l-ebda partit m'ghandu xi formoli magici biex isolvi l-problemi dejjem jikbru tal-pajjiz, minn naha l-ohra l-editur messu fakkar li d-dizastru li qeghdin fih gej minn snin twal ta' tmexxija hazina Nazzjonalista li bdiet b'dawk il-famuzi kliem ta' Dr. Fenech Adami "Money no Problem". Li kieku l-PN mexxa lil Malta bil-ghaqal ma kienx ikollna ghalfejn inhallsu Lm85 miljun Lira kull sena f'interessi ghad-dejn ta' Lm1.4 biljun. L-editur bhas-soltu ma fakkarx lill-qarrejja tieghu li ghalkemm Dr. Sant kien Prim Ministru ghal zmien qasir, xorta kien ghaqli bizzejjed biex irazzan l-infieq bla kontroll tal-gvern li wiret u jiehu mizuri biex iregga l-pajjiz fit-triq korretta. Filwaqt li l-MLP ma jaghmilx magija, ghalinqas ghandu s-sens komun li l-abbuzi li kienu jsiru qabel l-1996 waqqafhom u dawk li qeghdin isiru bhal issa jieqfu mal-bidla fil-gvern. L-editur jaf tajjeb li r-rekord ta' Dr. Sant bhala Prim Ministru jitkellem wahdu. Jekk l-editur nesa' ma jimpurtax, se nfakkru jien. Dan li gej sur editor hu dak li qalu (inkluz dak li rrapurtat il-gazzetta tieghek stess) fuq il-Gvern immexxi minn Dr. Sant.

 

THE TIMES

The fact is it is true than in 21 months no new government could be expected to deliver anything much.

 

During the first nine months of 1997 the maltese economy expanded by 5.9 per cent in nominal terms or 2.8 per cent in real terms (economic survey).

 

A recovery from the economic slowdown is envisioned in the near future (Central Bank Governor).

 

The governor of the central bank describes (1998) budget as a step in the right direction.

 

In 1997 the Malta Stock Exchange had a good year. The high turnover in 1997 was welcome by a market which saw a rather feeble 1995 and 1996.

 

Building contractors have greeted major projects announced over the last few days by the government with optimism, describing them as a significant step in the right direction.

 

Malta freeport doing better than projected – record 500,000 containers handled in 6 months.

 

Government fiscal deficit during 1st quarter 1998 half as that recorded for same period in 1997.

 

Drydocks losses halved in the past year (1997) - Drydocks Chairman Noel Zarb Adami.

 

It is to Dr. Sant’s credit that after 1996, he built upon the previous administration’s attempts to solve the problems of the two (ship) yards and brought in foreign executives to embark upon changes to alter the yards’ fortunes  and misfortunes.

 

THE SUNDAY TIMES

One has to acknowledge that the labour government has taken measures ... to help make a Malta holiday cost-competitive again.

 

To its credit the (Labour) government has moved with determination to tackle the biggest loss-maker of them all: the malta drydocks.

 

(Dr. Sant) has moved with determination … in the case of tourism to arrest a gradual but potentially worrisome decline by giving the sector the priority it deserves.

 

IL-GENS

B’mod pozittiv insemmu l-isforzi tal-gvern biex tonqos il-hala u jigu ikkontrollati l-abbuzi filwaqt li tizdied l-efficjenza. Kull min hu onest ghandu jikkopera fuq li jikkopera biex dawn il-miri jsehhu.

 

THE MALTA INDEPENDENT

Government revenue is increasing as planned while measures taken to cut government expenditure are evidently working – Central Bank Governor.

 

THE MALTA INDEPENDENT ON SUNDAY

The 22-month-old labour government (was) correct in pointing out the serious state of the country’s finances.

 

The Malta Independent on Sunday supported the labour government’s attempts (however short-lived) between 1996-1998 to cut expenditure and to reduce the size of the public sector.

 

Dr. Sant administration also paid the price for being the first, relatively speaking, to really tackle the deficit head-on.

 

PIERRE PORTELLI

Labour Prime Minister Alfred Sant, in his own first-ever stint between 1996 and 1998, had tried tackling the financial problems of the country.

 

Il-Malti jghidlek, "Il-passat hu l-mera' tal-futur". Jekk l-editur ta' The Times ghadu jfittex soluzzjoni ghall-problemi tal-pajjiz allura jidher li tilef il-vista, ghax is-soluzzjoni qeghdha taht imniehru u jew ma jafx inkella ma jridx jammettiha!!

 

 

BOTTA

 

“Sticking to the PN is your best investment, and a vote in the forthcoming local council elections would clarify such a statement.” – Robert Arrigo MP, The Malta Independent 25.2.2005

 

RISPOSTA

 

Biex tkun kredibbli sur Arrigo indirizza dan il-kliem lit-13,000 Malti fiz-Zejtun u l-Marsa li l-PN cahhadhom minn dan l-istess vot li int qieghed titkellem dwaru. Il-bqija m’intix qieghed timpressjonana.

 

 

BOTTA

 

“I also happen to be a PN member and an executive member of its youth section, the MZPN … this country is doomed with an irresponsible opposition party that wants the people to believe they have the answer to all Malta's challenges. But it's just talk. They've been marching and carcading but not once have they come up with a solution.” – Frank Psaila, The Times 1.3.2005

 

RISPOSTA

 

Frank Psaila huwa wiehed minn numru sostanzjali ta’ Nazzjonalisti li qeghdin jitfixklu f’saqajhom. Nimmaginhom qeghdin jippruvaw jimxu fuq is-silg, jipruvaw iqumu bil-wieqfa u jizolqu u jaqghu kull darba. Intant ir-risposta ghal din l-akkuza bla bazi minn Psaila tigi mill-President tal-Federazzjoni tal-Industriji li fl-istess harga ta’ The Times, il-gurnal irraporta hekk, “Federation of Industry president Anton Borg yesterday described the Malta Labour Party's document on social and economic regeneration as a very commendable one ...”

 

 

BOTTA

 

“The government has created a lot of wealth, but people have forgotten about it.” – Tonio Fenech irrapurtat minn The Times 18.4.2005

 

RISPOSTA

 

“Disabled persons are reduced to being beggars - it is as if they still have to get down on their knees for what should be theirs automatically.”

Alfred Bezzina segretarju ezekuttiv National Commission for the Handicapped

(The Malta Independent Dicembru 1992)

 

“Nationalist campers … said that they cannot afford to go on holiday, not even for a week in Gozo so all they can do is camp at St. Thomas (bay).

(MaltaToday  - Awwissu 2001)

 

“More than 20 per cent of Maltese children and 55 per cent of single parents, especially those who have children depending on them are at risk of poverty.”

(The Malta Independent - Frar 2004)

 

“More than one-in-five (21 per cent) of all children live below the poverty line. … Nearly 15 per cent of the population is at risk of being below the poverty line. Figures show that 41 per cent of those who are poor are also unemployed. … only 21 per cent have a social life. People living on social benefits are hurt if they are taxed on their part-time job… On certain occasions, poor mothers buy a piece of chocolate for their children when they receive the paycheck so that they can keep them happy at least once a month.”

(di-ve news – Dicembru 2004)

 

“The Commissioner (for children) said she would like to draw attention to the alarming figures regarding children and poverty: 21 per cent of Maltese children are at risk of poverty …

(The Malta Independent – Marzu 2005)

 

“15.1 per cent of females compared with 14.7 per cent of all males in the population were at risk of poverty.”

(di-ve news – Marzu 2005)

 

Tonio Fenech huwa komdu. Hu kien iddikjara li fis-sena 2003 kien sid ta’ flat u garaxx, kellu ishma fil-Bank of Valletta u diversi kumpaniji ohra u kellu aktar minn Lm15,000 il-bank filwaqt li kien jaqla aktar minn Lm300 fil-gimgha. Billi Tonio Fenech hu komdu ma jfissirx li kulhadd bhalu.

 

 

BOTTA

 

“The (General Workers) union showed its political frame of mind in the discussion of the matter when its general secretary, Tony Zarb, remarked that had the government not squandered the people's money it would have been able to absorb the increase itself. Well, the party in government is hardly likely to agree with Mr Zarb's political assessment and will, of course, be right if it were to point out to him it would be best for the union to leave politics to the politicians or that if it wants to go into politics it should declare its intentions openly.” – editorjal, The Times 10.11.2005

 

RISPOSTA

 

Kaz iehor ta’ ipokrisija ta’ The Times. Mela ghax il-GWU qalet li l-Gvern Nazzjonalista qieghed iberbaq il-flus tal-poplu allura l-GWU hadet pozizzjoni politika u m’ghandiex taghmel dan. Halli nfakkar lil The Times li f’The Sunday Times tal-14 ta’ Settembru 2003 qrajna hekk, “UHM Segretary General Gejtu Vella yesterday said that the union would keep pointing out how the government was squandering funds for as long as it claimed that wage increases were not possible.” Tajba din! Mela The Times tikkundanna lill-GWU ghax tghid li l-Gvern iberbaq il-flus imma mbaghad tibqa fommha sieket meta l-UHM taghmel l-istess. IPOKRITI.

 

 

BOTTA

 

 “Further to the correspondence regarding jobs in the public service during electoral campaigns, one should note the huge difference between the 8,243 employed by Labour on the eve of the 1987 election and the ban on such employment by Nationalist governments since that date. Incidentally, there was no such ban during the Labour government's 1998 electoral campaign. A simple multiplication of the 8,243 employed days before the 1987 election, the 18 years since it happened and an average wage of Lm5,000 (€11,500, not taking into account other benefits, overtime, allowances and interest) will leave the taxpayer with a staggering debit of €1,721,138,400 to pay back. That's about €100 million per year.The picture is as clear as crystal. Whereas the PN strives to obtain €100 million annually from the EU and manages it, the MLP simply takes the same amount from the pockets of Malta's citizens and flushes it down the drain.” Yves Cali’, Sliema – The Times 18.1.2006

 

RISPOSTA

 

Is-Sur Cali qal li hemm differenza kbira ghax il-Gvern Laburista qabel l-1987 dahhal 8,243 mal-gvern u minn naha tieghu il-Gvern Nazzjonalista dan m’ghamlux. S-Sur Cali imbaghad ghamel il-kalkoli tieghu dwar kemm hallasna pagi lil dawn il-haddiema. Qal ukoll li filwaqt li l-PN iprova jgib mitt miljun Euro fis-sena mill-Unjoni Ewropea, l-MLP jiehu dan l-istess ammont mill-bwiet tal-Maltin u jarmihom.

 

L-ewwel, hija gidba li l-Gvern Nazzjonalista ma dahhalx l-eluf mal-Gvern qabel l-elezzjonijiet. Dan diga tajt provi tieghu f’sezzjoni ohra ta’ din is-site.

 

It-tieni, il-Partit Nazzjonalista mhux mitt miljun Euro qal li konna se niehdu mis-shubija fl-Unjoni Ewropea imma mitt miljun LIRA MALTIJA, hemm differenza enormi. Fatt ukoll li f’idejna mhux mitt miljun Euro se jibqalna kull sena imma 65 miljun Euro minhabba li Malta trid thallas lura lill-Unjoni Ewropea total ta’ 350 miljun Euro f’seba snin. Din, is-Sur Cali milli jidher ma xtaqx jghidha. Ma ninsewx ukoll li sakemm qeghdha tinkiteb din it-twegiba, il-budget ghadu ma giex approvat mill-Parlament Ewropew anzi fit-18 ta’ Jannar 2006 il-maggoranza assoluta tad-deputati ivvotaw kontra l-Budget kif kien imfassal fl-ahhar tas-sena 2005.

 

It-tielet, hija gidba li l-flus li thallsu lill-dawn il-haddiema mal-Gvern kienu flus mormija. Il-flus marru direttament fil-bwiet tal-haddiema kif qal hu stess “average wage of Lm5,000 (€11,500, not taking into account other benefits, overtime, allowances…)” Dan minn meta ‘l hawn meta timpjega u thallas il-pagi tal-haddiema tkun qieghed tarmi l-flus? Ghal-rimi ta’ flus, is-Sur Cali ghandu jaghti harsa lejn il-pagna TBERBIEQ TA’ FLUS u malajr jinduna min verament jahli l-flus tal-poplu.

 

Haga ohra li s-Sur Yves Cali ma semmiex kienet, li l-Gvern immexxi minn Dr. Sant waqqaf il-prattika Nazzjonalista li wara l-elezzjoni jinghataw ruxmata transfers vendikattivi lil dawk li fil-politika ma jaqblux mall-Gvern tal-gurnata.

 

 

BOTTA

 

“Jekk irridu nkunu onesti maghna nfusna, irridu nammettu li fl-ahhar snin il-pajjiz mexa hafna ‘l quddiem.” – Editorjal, In-Nazzjon 18.9.2006

 

RISPOSTA

 

Dan hu kaz li l-pajjiz sejjer il-quddiem, imma l-poplu sejjer lura? Tan-Nazzjon jistghu jghixu fis-shab kemm iridu, imma l-verita tant hija iebsa ghalihom li bilfors ikollom jirrikorru ghal kliem tal-boloh bhal dan. Stharrig minn The Times f’Gunju 2006 wera li 87% qalu li s-sitwazzjoni finanzjarja taghhom marret lura, 11.3% qalu li l-qaghda taghhom baqghet l-istess filwaqt li 0.3% (nerga nirrepeti 0.3 FIL-MIJA BISS) qalu li qeghdin ahjar.

 

 

Botta

 

“I will repeat it for the umpteenth time: The Nationalist Party has always had a spot-on vision to lead this country in the right direction.” – Berta Sullivan, The Times 17.8.2006

 

Risposta

 

Jaghtiha risposta Harry Vassallo chairman tal-Alternattiva Demokratika li f’Awwissu 2003 iddeskriva lil-PN hekk, “Alternattiva Demokratika’s chairman Harry Vassallo criticised the Nationalist Government’s lack of political will, vision and competence to address the country’s major social, economic and social problems.”

 

 

Botta

 

“I will simply say that, while the Nationalist government was realising its dreams to strengthen our country, the MLP consistently attempted to shatter them. Without offering an iota of assistance to overcome the various difficulties our country faces every day.” – Berta Sullivan, The Times 17.8.2006

 

Risposta

 

Gidba hoxna ohra ta’ Berta Sullivan li takkuza lill-MLP li jitfa’ t-tajn meta hi stess tigdeb bl-aktar mod sfaccat kontra l-MLP. Jekk niehdu kwistjoni wahda biss dik tal-immigranti llegali, l-MLP kemm il-darba ghamilha cara li hu jaghti l-appogg kollu tieghu lill-Gvern Nazzjonalista biex isolvi din il-problema.

 

 

Botta

 

Why play on the emotions of people, using health as a weapon? – Robert Arrigo, The Malta Independent, 16.11.2007

 

Risposta

 

Tkunx ipokrita Robert. Niftakar snin ilu fuq Radio 101 fl-okkazzjoni tal-elezzjoni tal-kunsilli lokali sar appell imqanqal biex in-nies jivvutaw lill-PN biex jaghtu rigal lil Eddie Fenech Adami li kien ma jiflahx dak iz-zmien. L-appell kien car biex jemozjonaw lis-semmiegha li f’mument ta’ mard li kien fih Eddie Fenech Adami, jghinuh ifieq permezz tal-appogg taghhom.