Malta u l-politika

Ittri ccensurati u punti ta' riflessjoni politika.

THE TIMES

The Times nehhiet kull maskra politika li setghet kellha u mill-1996 harget bil-qawwa kollha kontra l-Partit Laburista ovvjament biex tghin lill-P.N. Naghmilha cara … ghandha kull dritt. Jien nikritika lil The Times mhux ghax taghti appogg lill-PN imma minhabba l-argumenti li taghmel u ghall-mod kif titratta opinjonisti bhali. Darba kont sfidajt lill-editur biex jaghmilha pubblika li The Times hija gazzetta b’intenzjonijiet Nazzjonalisti. L-editur ma laqax l-isfida, imma b’ghemilhom urew dak li b’fommhom ma qalux. Ir-rwol fis-socjeta Maltija tal-gazzetti The Times u The Sunday Times huwa dak li jattakkaw minghajr hniena lill-Partit Laburista tal-bierah, tal-lum u ta’ ghada. L-aktar li nara serjeta f’The Times hija fl-argumenti taghha l-boghod mill-politika partiggjana. F’dan The Times hafna drabi tibrilla, prosit.

 

THE MALTA INDEPENDENT

The Malta Independent li zmien ilu kienet aktar ibbilancjata marret il-bahar imma ghadha ma gherqietx totalment kif ghamlet The Times. The Malta Independent ghad fadlilha kuxjenza u hija aktar ibbilancjata minn The Times. Meta taghsar il-gazzetta xorta johrog messagg favur il-PN. Xi kultant jigbdu widnejn il-P.N. mhux biex jikritikawh imma biex jghinuh.

 

LIVELL TAL-POLITIKA MALTIJA

Il-livell politiku f’Malta niezel u mhux tiela. Ix-xmara ta’ gideb f’dawn l-ahhar snin faret sewwa. Jien nistenna serjeta assoluta mill-politici Maltin huma ta’ liema partit huma. Il-Partit Nazzjonalista tant waqa baxx li sar idejjaq lill-partitarji tieghu stess bil-gideb. U min jinduna li zbalja u talab skuza ghamel sew dejjem jekk l-iskuza mitluba hija genwina. Tigini f’mohhi l-iskuza li talab Dr. Fenech Adami qabel l-elezzjoni tal-2003 meta kien hemm il-kredibilita’ tieghu fin-nofs. Ghalija ma kienet skuza xejn imma gimmick ohra biex jigbed is-simpatija.

 

GHAQDA

Dak li l-Gvern Laburista ghamel ghal-ghaqda fost il-poplu bejn l-1996 u l-1998 sar suf ghax il-mibeghda fost il-poplu zdiedet bil-bosta mill-1998 l’hawn.

 

SHOWBUSINESS

Huwa ovvju li dak li kien qal Dr. Karmenu Mifsud Bonnici snin ilu huwa minnu. Dr. Mifsud Bonnici kien qal li f’Malta sirna li biex ideologiji jigu pprezentati lill-poplu jiddependi kollox mit-tlellix ta’ kif wiehed jipprezentahom u mhux is-sustanza tal-argumenti kontra u favur. Il-kampanja tal-Gvern permezz tal-M.I.C. favur shubija fl-Unjoni Ewropea swiet lill-poplu aktar minn Lm2,000,000 f’riklamar, produzzjonijiet fuq il-media, internet ecc. Il-poplu stess hallas ghall-informazzjoni zbilancjata kontra l-interessi tieghu stess!! U l-maggoranza tal-elettorat belghet il-lixka. Min jaf kieku x’kien jigri kieku kien hemm bilanc fil-pajjiz f’dik li hi nformazzjoni fuq l-Unjoni Ewropea?

 

NEWTRALITA U SOVRANITA

Il-Partit Laburista huwa l-uniku partit politiku li ghad baqa li jista jhares in-newtralita u l-indipendenza ta’ dan l-istat suppost sovran. Il-P.N. qatt ma kien jinteressah dan. Il-P.N. minn dejjem kien partit b’ideologiji mnissla minn incensar lill-barrani.

 

PRIJORITAJIET ZBALJATI

Kienet totalment preciza l-akkuza ta’ Dr. Sant li l-gvern Nazzjonalista warrab il-problemi lokali f’pajjizna biex ikkoncentra kollox fuq is-shubija fl-Unjoni Ewropea. Ix-xoghol mghaggel li sar ghal-ghajn in-nies fl-ahhar gimghat qabel l-elezzjoni tal-2003 qarraq b’hafna nies li suppost kellhom jindunaw b’din il-mossa. L-ammissjonijiet li rajna WARA l-elezzjoni tal-2003 fil-fatt taw ragun lil Dr. Sant imma kienu ammissjonijiet tard hafna.

 

BOJKOTT LIL WHERE’S EVERYBODY?

Il-bojkott li l-Partit Laburista ghamel kontra Where’s Everybody? hadem kontrih. Fil-waqt li l-MLP kellu kull ragun jakkuza lil Where’s Everybody? bi zbilanc kontra l-Partit Laburista, xorta l-partit tilef okkazzjonijiet tad-deheb biex jipprezenta l-hsibijiet tieghu lill-poplu permezz tal-istazzjon tal-istat. Dan pero ma jiskuzax il-hnizrijiet li ghamlu Where’s Everybody? Il-politicizzazzjoni tax-xandir li n-Nazzjonalisti akkuzaw lill-MLP bih fis-snin 80, spiccaw biex ghamluh huma stess fis-snin 90 u ghadhom sejrin bih. Ghalhekk joqghodilhom komdu t-titlu ta’ IPOKRITI. Jien diga doqt il-¨bilanc politiku¨ ta’ Lou Bondi meta fuq Pjazza 3 kelli nahtaf il-mikrofonu sabiex nitkellem waqt programm mimli ncensar ghall-Gvern Nazzjonalista u meta hrigt jien b’fatti ohra, Lou deher car li hasshom skomdi. It-telespettaturi ma rawx lil Lou wara l-cameras jikkummiedja u jaghmilli sinjali biex nieqaf. Injorajtu u bqajt sejjer u meta lestejt l-argumenti tieghi, biex minghalih jaqbadni fuq sieq wahda staqsieni ghall-alternattivi. Kont ippreparat u tajtu risposta imma wara l-programm xorta qlajt hasla minn dawk li kienu fil-programm. Ma jimpurtax, il-messagg tieghi kien wasal. Viva l-bilanc fuq il-PBS.

 

BIZA’

Kien il-PN li werwer lin-nies b’sitwazzjoni tal-biza jekk Malta ma tidholx membru fl-Unjoni Ewropea. Il-PN uza l-emozzjoni tan-nies biex jirbah ghax ma kellux argumenti validi bizzejjed dwar is-shubija. Il-biza rebbhet lill-PN elezzjoni generali. Din mhux l-ewwel darba li l-PN uza l-emozjoni tan-nies sabiex jigbed is-simpatija lejh, ghamilha wkoll f’elezzjonijiet ghal-kunsilli lokali.

 

ZGHAZAGH

Hafna zghazagh urew nuqqas ta’ ghaqal meta mxew wara t-tlellix u l-istillel Ewropej. Iz-zghazagh huma dejjem attratti minn xi haga gdida kollha lwien. Jistghu ma jiehdu ghalihom xejn imma z-zghazagh jibilghu affarijiet aktar malajr minn ohrajn. Nahseb li l-fattur zghazugh kien li xaqleb il-bilanc favur il-politika Nazzjonalista. Din tinkwetani sa certu punt ghax imbaghad biz-zmien dawn iz-zghazagh jikbru u jibdew jirrejalizzaw x’qassata jkunu ghamlu snin qabel. Imma dik hi l-hajja, u trid tirrispetta l-opinjoni ta’ kulhadd. L-ghar hu li zbalji ta’ haddiehor trid tpatti ghalihom int. Qieghed nesagera? Allura d-dejn ta’ 3.3 BILJUN Euro min se jhallashom? Dawk li ghamlu d-dejn jew il-poplu ingenerali li qieghed ihallas imghaxiiet kbar? Kieku l-izbalji jbaghtuhom dawk li jwettquhom kieku ma fiha xejn, imma ahna l-hmir li nhallsu ghall-izbalji li jaghmlu l-politici taghna u meta nibqghu intellghuhom fil-gvern allura l-messagg taghna jkun car “komplu sejrin hekk ghax hekk haqqna!”

 

WEGHDIET

Il-P.N. dahhal lilu nnifsu fi sqaq. Wara l-valanga ta’ weghdiet li ghamlu, jridu jibdew iwettquhom. U peress li ZGUR mhux se jkun possibli li f’din il-legislatura il-P.N. se jwettaq dak li wieghed, allura l-MLP se jkollu xalata jfakkar lill-poplu l-weghdiet li sarulu. IMMA l-P.N. se juza skuza tajba. Fis-snin li ghaddew il-P.N. meta kien jigi kkritikat kien iwahhal fil-kunsilli lokali ghal dak li ma sarx jew sar hazin. Issa l-P.N. se jwahhal fl-Unjoni Ewropea meta jsiru affarijiet b’toghma qarsa fil-pajjiz ghax issa se tkun skuza komda li dak li se jsir se jigi ordnat minn Brussel u bhala membru, Malta trid tobdi. U t-tort qatt m’hu tan-Nazzjonalisti.

 

VOTANTI MWARRBA

S’issa HADD mid-deputati jew kandidati tal-Partit Nazzjonalista ma qatt gie jhabbatli l-bieb tad-dar biex jara jekk ghandix bzonn xi haga jew jitkellem mieghi. Daqshekk jigu jaqghu u jqumu dawn il-politikanti Nazzjonalisti. L-aqwa li jiehdu l-vot tieghek. Ghalinqas tal-Labour huma ahjar ghax gieli (ghalkemm rari) jigu jkellmuna.

 

TBERBIEQ TA’ FLUS

Sirt aktar konxju mit-tberbieq u hala kbir li ghaddej minn Nazzjonalisti. Ibda mill-President, Prim Ministru, Ministri, Segretarji Parlamentari u bella kumpanija. Din emorogija akuta li qeghdha ddghajjef lill-pajjiz ekonomikament. Li kieku kellhom johorgu l-fatti kollha dwar kemm eluf kbar ta’ Ewro qeghdin jinhlew regolarment fuq il-hbieb tal-hbieb kieku f’Malta l-anqas jibqa l-Partit Nazzjonalista ghax il-poplu jqum u jibghathom jixxejru. Kull votant Nazzjonalista huwa responsabbli ghat-tberbieq li kien u ghadu jsir ghax l-arroganza tal-Gvern Nazzjonalista tigi mill-fatt li qed tigihom zewg u jirnexxilhom jikkonvincu hafna nies li ghada hadd ma rah. Jien ili nghid li din hi politika perikoluza. Huwa Dr. Fenech Adami nnifsu li gie mfisser bhala bniedem li jhares biss lejn illum u mhux lejn ghada. Tinsewx li t-tlett biljun Ewro w’nofs li hemm dejn MHUX SE JHALLSUHOM ID-DEPUTATI NAZZJONALISTI imma se thallashom int haddiem li bil-ghaqal kollu trid tara kif tonfoq kull centezmu li ghandek. Meta se tinduna biha din? F’din is-site missejt ftit mill-fatti ta’ tberbieq ta’ flus. L-istorja kollha qatt m’hu se tigi maghrufa ghax it-tberbieq tant hu kbir li hakem lill-mexxejja ta’ dan il-pajjiz.

 

APPOGG POPOLARI

Hawn min qieghed ipeclaq u jghid li hawn xi krizi fl-appogg popolari ghal-Malta Labour Party. Jiddispjacini imma ma naqbilx. Kemm ilu li telgha l-PN fil-gvern, il-Gvern Nazzjonalista kellu ghad-disposizzjoni tieghu bahar ta' flus migbura mit-taxxi tal-Maltin u meta ma waslux, komplew jiddejnu kif jafu jaghmlu tant tajjeb. Kellhom il-media prattikament kollha favur taghhom. Il-gazzetti bl-Ingliz kollha kontra l-PL u zid maghhom in-Nazzjon u l-Mument. Stazzjonijiet tar-radju ukoll b'mod sottili jaghtu palata lill-PN. Il-Gvern Nazzjonalista approfitta ruhu u holoq l-MIC biex tagjevolah fil-politika li ghazel hu ta' shubija fl-Unjoni Ewropea. Il-PBS sar iqazzek bix-xaqliba ovvja li ha favur il-Partit Nazzjonalista u ezempju car huwa  Where's Everybody? Mela fi ftit kliem il-Partit Nazzjonalista kellhom coverage u appogg estensiv mill-media fil-pajjiz. Il-Partit Laburista l-anqas biss jibda hdejhom. Li kieku ma kienx ghal-generozita’ ta' dawk li jaghtu donazzjonijiet lill-partit kieku l-anqas kampanja elettorali ma jkun jista jaghmel il-PL kuntrarju ghal-miljuni li l-Gvern kellu taht idejh biex juzahom halli jghidilna kemm sejrin tajjeb. Minkejja dan l-izvantagg enormi kontra l-MLP, fl-2003 il-PN zdied 9,135 vot mill-ahhar elezzjoni tal-1998. L-MLP ZDIED 9,872 VOT!!! U fl-elezzjoni generali tal-2008 il-PN naqqas il-voti mill-elezzjoni ta' qabel u l-PL ziedhom bl-eluf. Jigifieri altru li l-Partit Laburista ghaddej minn xi krizi fl-appogg popolari.

 

L-elezzjoni ghal-parlament Ewropew ta’ Gunju 2004 imbaghad ikkonfermat l-appogg massiv li l-MLP qieghed igawdi imma din id-darba ma rebahx bi ftit eluf imma b’21,000 vot fuq il-PN. Dawk li ghall-pjacir personali taghhom ppruvaw jemmnu li l-PL spicca, hadu qata’ enormi, imma ghal dawk li kienu u ghadhom ihossu l-polz tal-poplu, ir-rizultat ta’ Gunju 2004 ma kien sorpriza xejn. U xi nghidu ghall-elezzjoni ghal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Gunju 2009? Vantagg ta' 35,000 vot fuq il-PN fisser li din kienet l-akbar rebha li l-PL qatt ghamel fuq il-PN u din id-darba taht mexxej gdid Joseph Muscat.

 

IPOKRISIJA

L-iporkrisija lili ddejjaqni. Ma nistax nifhem kif il-politici jikritikaw xi haga illum u ghada jaghmlu bhalha. Fl-istorja politika Maltija nahseb li l-PN huwa l-akbar espert f’dan il-qasam. Kienu kontra l-Libjani, c-Cinizi, kienu kontra mizuri li hadu Gvernijiet Laburisti biex fil-gvern huma ghamlu l-istess.

 

L-UNJONI EWROPEA

Kont u ghadni nghid li s-shubija kienet decizjoni zbaljata tal-poplu Malti. Jien nemmen li hekk kif il-poplu ha decizjoni demokratika li jissieheb fl-Unjoni Ewropea, ghandu jerga jinghata c-cans jesprimi l-opinjoni tieghu fuq din is-shubija. Qieghed nghid dan mhux ghax l-appogg ghas-shubija qieghed jinzel imma ghax decizjoni sovrana tista tigi mibdula minn decizjoni sovrana mill-istess poplu. Minn naha l-ohra nifhem ir-riperkussjonijiet ekonomici u politici f’dan ir-rigward, l-ispejjez li dahal ghalihom Gvern Nazzjonalista mhux l-anqas permezz tat-tberbieq ta’ flus fuq Dar Malta u obbligazzjonijiet ohra li x’aktarx il-Gvern ikun irid jidhol ghalihom, imma fuq dan kollu tirrenja r-rieda tal-maggoranza tal-poplu li jekk tifhem li d-decizjoni ta’ shubija kienet zbaljata ghandha tinghata c-cans biex tbiddel dik id-decizjoni. Hekk suppost tiddetta d-demokrazija ta’ vera u mhux dik ta’ Prodi li fil-Parlament Malti qal li shubija hija ghal dejjem.

 

KOSTITUZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA

Ma kelli l-ebda dubbju li l-argumenti ta’ Dr. Karmenu Mifsud Bonnici kienu aktar validi minn dawk ta’ ohrajn inkluz l-MLP. Ma nhossx li d-decizjoni tad-delegati tal-MLP kienet gusta, wara kollox ma kienetx decizjoni dwar shubija innifisha imma fuq il-Kostituzzjoni tal-Unjoni Ewropea. Nahseb li d-delegati messhom hadu dan ic-cans billi filwaqt li jirrikonoxxu l-fatt li Malta hija membru u ghalhekk tahdem fi hdan l-Unjoni, fil-kaz tal-Kostituzzjoni ma kellhom l-ebda obbligu jappoggjawha specjalment fid-dawl tal-argumenti validi ta’ Dr. Mifsud Bonnici. F’dan kollu jispikka l-ghardir ta’ The Times li hegget biex id-delegati jivvutaw kontra r-ratifika, l-istess gazzetta li selhet lill-MLP bid-daqqiet li taghtu minhabba l-pozizzjoni tieghu kontra shubija.

 

VJOLENZA

L-ebda vjolenza m’hi gustifikata. Li ahna ma naqblux ma’ xulxin huwa normali f’socjeta civilizzata imma li nsofru vjolenza fizika u psikologika minhabba t-twemmin taghna titfaghna lura ghaz-zmien il-krucjati. In-Nazzjonalisti li bkew dmugh tal-kukkudrilli ghax laghbuha tal-martri, kienu huma stess li bl-aktar modi viljakki ikkalpestaw lill-Laburisti, zebilhuhom u sawtuhom.

 

L-GHAQDA FL-MLP

L-ghaqda fi hdan il-Partit Laburista hija rekwizit essenzjali sabiex il-partit jiffaccja l-elezzjoni li jmiss u jirbahha. Attentati minn persuni tip ta’ Anna Mallia sabiex jaqsmu l-partit m’ghandhom qatt jithallew isiru billi l-Laburisti ghandhom jimxu biss wara l-mexxejja tal-partit taghhom u wara hadd izjed, jekk verament iridu jaraw lill-PN fl-oppozizzjoni kif jixraqlu. Zgur mhux iz-zmien ta’ attakki fil-miftuh kontra xi tmexxija tal-partit hekk kif il-partit qieghed jiprepara ruhu ghall-isfidi tal-gejjieni. Attentati bhal dawn jaghmlu danni kbar lill-partit u jpaxxu biss lill-PN.

 

CHOGM - 2005

X’hadna minn din il-laqgha hlief ugiegh ta’ ras kbira ghal-forzi tas-sigurta Maltin? Li kieku il-mistiedna hallsu huma ma jimpurtax imma l-poplu ghal darb’ohra rega hareg minn butu miljuni ta’ Liri li tant ghandu bzonnhom ghall-affarijiet ohra essenzjali. Fi zmien difficli ghall-poplu Malti minhabba tbatijiet ekonomici, l-anqas li stajna nifilhu naghmlu hu li nhallsu minn butna ghall-kumdita u lussu eccessiv lil dawk li gawdew vaganza minn fuqna. Minn dak li rajt waqt u wara din il-laqgha ma hareg xejn ta’ sugu li bih ibbenefikat Malta. Zewg miljun Lira ohra mormija. U l-emorogija ekonomika tkompli.

 

RAZZISMU

Jezisti f’Malta, u kif ukoll!! Tant jezisti li l-anqas ghad baqa misthija fost il-Maltin li ma jnizlux barranin specjalment dawk b’gilda skura u Gharab. Trid tarahom u tismaghhom biex tkun taf kemm parti sostanzjali mis-socjeta Maltija tilfet ruhha. F’din m’hemmx politika partiggjana, imissna nisthu nitrattaw barranin “maghzula” b’dan il-mod qisna ahna xi poplu perfett minghajr dnubiet u kollha qaddisin bil-post taghna garantit fil-genna. Il-kejl tal-izvilupp taghna ma jsirx biss fuq l-istat ekonomiku tal-familja Maltija imma wkoll fuq il-valuri Nsara li suppost inhaddnu imma li qeghdin nitfughhom il-bahar. Imbaghad nghidu li ahna Nsara. X’ipokrisija!!! L-aqwa li tajna merhba enormi lill-Papa Gwanni Pawlu II … darbtejn.

 

BASTIMENTI TAL-GWERRA

Assolutament ma naqbilx li jidhlu fil-portijiet taghna u dan ghal diversi ragunijiet. Nibda billi nghid li min jahdem ghal paci ma juzax armi qerrieda u bastimenti bhal dawn huma mezz biex joqtlu lin-nies u li f’certu kazi fil-fatt intuzaw fi gwerer li ahna suppost noggezzjonaw ghalihom. Hemm imbaghad il-possibilita’ ta’ attakki terroristici fuqhom. Ahna zgur m’ghandniex bzonn dan l-inkwiet. Hemm ukoll l-identita taghna li suppost nahdmu ghall-paci. Dawn il-hnizrijiet ta’ armi qerrieda m’ghandniex x’nambuhom fil-portijiet taghna. Min hu laghaqi tal-barrani u jitghaxxaq jara x’kapaci jivvinta l-bniedem biex joqtol lilu nnifsu jmissu joqghod jara xi film tal-gwerra fuq it-televizjoni.

 

INDAFA PUBBLIKA

Diga ghidtha pubblikament qabel, il-hmieg li hawn fil-pajjiz, hafna drabi huwa l-poplu nnifsu li qieghed joholqu. Huwa ovvju li l-Gvern huwa responsabbli mill-indafa pubblika fl-amministrazzjoni tieghu tal-pajjiz imma jrid ikun sens civiku minna lkoll li naraw li l-iskart (kbir jew zghir) nehilsu minnu skond prattici accettabbli li jigu iddettati mill-ligijiet tal-pajjiz u mis-sens komun. Il-htiega ta’ pieni horox ilha tinhass u ili nishaq fuqha. Billi jaghmlu ligijiet godda ma jfisser xejn, il-ligijiet iridu jkunu mharsa il-hin kollu u min jinqabad ihammeg irid jehel il-piena massima ghax dan il-pajjiz huwa ta’ kulhadd u kulhadd ghandu d-dritt jghix f’ambjent nadif ghal-hajja ahjar ghalih u ghall-uliedu.

 

IMMIGRANTI ILLEGALI

Qabel nibdew ninsulentaw, insawtu u nghajjru lill-immigranti mhux ahjar niehdu nifs il-gewwa u nharsu lejhom bhala persuni umani li ghandhom il-bzonnijiet taghhom bhal ma ghandna ahna? Insejna kemm eluf ta’ Maltin gew sforzati jemigraw matul is-snin sittin? Veru li fejn marru l-Maltin, ghamlu dan bil-permessi kollha imma dan m’ghandux jaghlqilna ghajnejna ghall-bzonnijiet tal-immigranti f’pajjizna. Li nsakruhom f’kampijiet ghal zmien twil zgur mhux is-soluzzjoni. Nghinuhom? Nibghatuhom lura? Nemmen bil-qawwa kollha li l-immigranti ghandhom jinghataw l-ghajnuna kollha possibli skond l-obbligi internazzjonali ta’ Malta. Minn naha l-ohra nistenna li ssir pressjoni fuq il-pajjizi tan-nofsinhar tal-Mediterran sabiex isahhu l-kontrolli taghhom matul il-kosta sabiex dan it-traffiku tal-bnedmin jonqos u jekk hu possibbli jinqata darba ghal dejjem. Imma sakemm jibqghu jinzlu l-art nies li gejjin minn passat kiefer, ghandhom isibu il-hniena u l-ghajnuna tal-Maltin biex jaslu jsibu futur ahjar ghalihom u ghal-familji taghhom.

 

IL-KACCA

Ma naqbel xejn mal-kacca. Il-politici ghandhom habta ma jiksrux difrejhom mal-kaccaturi minhabba l-voti. Jien ma jimpurtanix mill-voti. Il-kacca ghal-tajr protett ghall-ibbalzmar u ghal-gost, ghandu jigi kkundannat mhux biex nidhru sbieh man-nies imma ghax dawn huma atti kkundannabli. Xejn anqas u xejn aktar. Kemm ser indumu naraw kaccaturi joqtlu tajr protett? Anke quddiem il-pulizija stess u nies ohrajn li dmirhom hu li jinfurzaw il-ligijiet. Jidher li hemm gwadann minn kacca fuq tajr protett anke akkost li l-kaccaturi jinqabdu. Jidher ovvju li m'hemmx deterrent bizzejjed biex iwaqqaf lil dawn in-nies. Jien nifhem li l-kacca tista tkun f'demm il-kaccaturi, il-fatt li ghandhom arma u biha jeqirdu xi haga hajja tigi mill-istint annimalesk tal-bniedem. Imma dan bl-ebda mod ma jiggustifika l-qtil ta' tajr protett. Suppost qeghdin nghixu fis-seklu 21 u mhux ghaxart elef sena ilu. La l-pieni m'humiex ta' deterrent bizzejjed allura ghandhom jihraxu hafna u hafna aktar. Dan mhux kaz li l-kaccaturi ma jafux bil-konsegwenzi ta' ghemilhom. Dan hu kaz li jaqblilhom jiksru l-ligi ghax hemm cans li ma jinqabdux u jekk jinqabdu hemm cans li ma jinstabux hatja u jekk jinstabu hatja il-piena tidher li m'hijiex harxa bizzejjed. Il-kaccaturi m'ghandhom l-ebda “dritt” joqtlu tajr ghal-gost jew gwadann personali. In-natura hija taghna lkoll. Jien ghandi dritt napprezza s-sbuhija ta' tajra hajja ttir madwari u hadd m'ghandu d-dritt jehodli dan il-gost. Billi tpoggili tajra bbalzmata quddiemi ma nara fiha l-ebda apprezzament, gost u sbuhija.

 

GUSTIZZJA

F'din id-dinja m'hawnx gustizzja vera. Il-gustizzja vera Alla biss jaghmilha. Matul is-snin il-gvernijiet ippruvaw idahhlu diversi mizuri sabiex (qalu) tinfirex il-gustizzja u din tkun ma’ kullhadd l-istess. F’Malta hemm diversi tribunali u imbaghad hemm il-qrati. Tad-dahk huwa l-ghajjat tal-Gvern Nazzjonalista li jghid li l-gustizzja hija ghal kulhadd. Halluna!!!! Insew kemm ghollew l-hlas biex tibda kaz il-qorti? B’dawn iz-ziediet il-gustizzja giet michuda lil hafna ghax ma jistghux ilahhqu mal-ispejjez. Vera li b’din il-manuvra jitnaqqsu l-kazi pendenti (ghax kazi godda jonqsu) imma ma rridux insolvu problema u noholqu ohra. Nemmen li r-rati gholjin li dahhal il-Gvern Nazzjonalista ghandhom jergghu jigu riveduti u jitnaqqsu malajr kemm jista jkun. B’dak li sar, hafna nies jaslu jaqtghu qalbhom li jirrikorru ghal-qorti biex issir gustizzja u din tista tkun sitwazzjoni perikoluza ghax jista jkun hemm min ma jirragunax u jiprova jiehu l-ligi f’idejh. Zball ma jitrangax bi zball iehor. Il-qrati ghandhom ikunu awtonomi u indipendenti minn kull tmexxija politika tal-pajjiz. Ghandu jinqata darba ghal dejjem kliem zejjed kontra l-gudikatura li biha il-magistrati u/jew l-imhallfin ihossu li qeghdin jigu vittimizzati. Il-minisru responsabbli mill-gustizzja m'ghandux jindahal lill-gudikatura. F'mohhi ghandi l-kaz meta l-Ministru Austin Gatt canfar lill-magistrati li jmorru jiddevertu filghaxija. Nifhem li wiehed li ghandu kariga ta' certu delikatezza u responsabilta ghandu joqghod attent kif igib ruhu imma bl-ebda mod ma nista niggustifika li l-ministru jindahal x'jaghmel magistrat fil-hin liberu tieghu specjalment meta ma hi qeghda tinkiser l-ebda ligi la dik morali u wisq anqas dik kriminali. L-anqas ma nemmen li ghandhom isiru kummenti fuq kazijiet li ser jibdew jew qeghdin jinstemghu. Kummenti bhal dawk li saru minn Dr. Fenech Adami dwar il-kaz ta' ex imhallfin huma daqqa ta' harta ghal-gustizzja fil-pajjiz. Il-Qorti Kostituzzjonali iddecidiet sew li b'dak li qal Dr. Fenech Adami ippregudika il-pozizzjoni ta' dawn l-ex imhallfin.

 

IS-SERVIZZ TAS-SAHHA

Il-parir tieghi hu biex kemm tistghu tevitaw li tidhlu St. Lukes. Jien kelli bzonn nidhol xi snin ilu. X’tahwid. Minn sodda ghall-ohra mbaghad meta ma kellhomx sodod bizzejjed baghtuni d-dar u qaluli biex nerga nigi lura wara tlett ijiem, dan meta l-anqas biss kienu ddecidew x’kelli. Imma kellhom bzonn is-sodod. Stajt rajt il-mewt f’dawk it-tlett ijiem. Jien nemmen li meta ma jkunx hemm sodod bizzejjed minhabba li ghandhom hafna kazijiet socjali fejn anzjani ma jkollomx fejn imorru, ghandhom isibulhom post fi djar privati tal-anzjani u jhallas il-gvern biex dawk il-pazjenti li ghandhom bzonn kura medika proprja f’St. Luke’s isibu s-sodod. Jekk imbaghad anke wara li jnehhu l-kazijiet socjali xorta ma jkunx hemm spazju bizzejjed, il-gvern ghandu jerga jibghat il-pazjenti “zejda” fi sptarijiet privati u jerga jhallas il-gvern. Nispera ma jigix xi bravu u jghidilna li kura privata tiswa hafna flus, ghax imbaghad infakru fit-tberbiq li qieghed isir minn Nazzjonalisti. Dr. Fenech Adami meta kien kap tal-oppozizzjoni kien jilmenta li mhux dejjem wiehed isib l-istess tabib fil-policlinic. Issa mhux talli ma ssibx l-istess tabib imma gieli ma ssib tabib xejn ghax il-policlinics tawhom id-daqqa tal-mewt u hafna minnhom jifthu f’hin limitat biss. U ma nistax ma nsemmix il-livell baxx tas-servizz minn xi tobba fil-poliklinici u l-isptar. Jien ikkalkolajt mill-esperjenza tieghi, li zjara ghand tabib fil-poliklinici ddum madwar 40 sekonda ghax mohhom biex jehilsu minnek. Il-poliklinici ghandhom jergghu jiehdu r-ruh, il-gvern ghandu jerga jpoggi t-tobba matul il-gurnata. L-argument li mhux bilfors ikollok tabib bil-lejl jista jkun validu ghax anqas imorru nies bil-lejl, imma ma ninsewx ukoll li l-mard ma jigix matul il-gurnata biss.

 

Insemmi n-naha l-ohra tal-munita, u nizzi hajr lil diversi infermiera, tobba u sewwieqa tal-ambulanzi ghal-mod dinjituz li bih jiehdu hsieb il-morda. Prosit, nitlob ghalikom u j’Alla l-Gvern jiehu hsiebkom. Meta nigu ghal azzjonijiet industrijali minn haddiema fil-qasam mediku, nghidha minghajr tlaqlieq, ma naqbilx. La qbilt meta hadu azzjonijiet fi zmien gvern Laburista u l-anqas qbilt meta saru azzjonijiet simili taht gvern Nazzjonalista. M’hemmx lok ghal politika. Hemm is-sahha tal-poplu fin-nofs. Is-sejha ghal professjoni medika hija vokazzjoni u mhux semplici mpieg. Ghalhekk nemmen li min joffri servizz mediku ghandu jitbieghed minn azzjonijiet industrijali. Ma jfissirx li allura ghandna nsawtu lil min jahdem f’dan is-settur u nghiduha kif inhi l-azzjonijiet industrijali ma jittiehdux ghal xejn.

 

IL-PARLAMENT

Il-parlament huwa l-akbar istituzzjoni tal-pajjiz, fih jittiehdu l-aktar decizjonijiet importanti. Fil-parlament jiltaqghu ir-rapprezentanti tal-poplu, li gew eletti fl-ahhar elezzjoni generali. Nemmen pero li l-membri parlamentari kollha ghandhom jirrispettaw aktar lil din l-istituzzjoni. Ghaliex? Nibdew bl-attendenza ghas-seduti, li ma hija xejn hlief fqira. Gieli kelna sitwazzjoni meta l-anqas quorom ma kien hemm fil-parlament. Jien ma nemminx li huwa l-gvern biss li ghandu d-dmir li jara li jkun hemm quorum. Il-prezenza tal-membri parlamentari ghas-seduti hija ta’ obbligu indaqs ghaz-zewg nahat. Huwa veru li jekk l-gvern irid jillegisla jrid jara li jkun hemm bizzejjed membri parlamentari tieghu prezenti fil-kamra inkella jigri kif sar snin ilu meta seduta giet aggornata sine die minhabba li l-gvern Nazzjonalista inqabad b’anqas numru ta' membri fil-kamra minn numru tal-membri tal-oppozizzjoni. Kull darba li l-iskrivan tal-kamra jaqra l-ismijiet tad-deputati meta tittiehed division, ibdew innutaw il-membri li jkunu assenti ghal dik is-seduta. Fejn ikunu? Possibbli kollha jkunu indisposti jew imsiefrin? Jew ikunu qeghdin jaqdu dmirijiet personali taghhom skond ix-xoghol li jaghmlu? Hija tad-dahk jew tal-biki li membri parlamentari li huma per ezempju tobba jew avukati jkunu qeghdin jaqdu l-klijenti taghhom fl-istess hin li posthom suppost ikun fil-parlament? Wasal iz-zmien li l-membri parlamentari jithallsu skond l-attendenza taghhom fil-parlament? Jien u int jekk nitilqu minn fuq il-post tax-xoghol taghna malajr ifajrulna xi ittra ta’ twissija jew inaqqsulna l-paga. L-MPs taghna suppost jaghtu ezempju.

 

Min isegwi d-dibattiti fil-parlament jaf kemm diversi drabi l-livell ta’ dawn id-dibattiti jkun wiehed fqir. Id-dixxiplina fil-parlament tezisti jew le? Mhux l-ewwel darba assistejna ghal-vjolenza fil-parlament, kemm verbali kif ukoll fizika. Hasra kif certu deputati jaqghu daqshekk fil-baxx. Nemmen li l-membri kollha minghajr distinzjoni ghandhom igibu ruhhom sew kull fejn ikunu, aktar u aktar meta jkunu qeghdin jaqdu dmirhom fil-parlament.

 

IL-KONSUMATUR

Miskin il-konsumatur. Spicca z-zmien meta l-prezzijiet kienu jigu kkontrollati, u kont tkun taf kemm suppost jiswa oggett. Dak kien zmien iehor, zmien ikrah jghidu n-Nazzjonalisti. Imma zmien ta’ kontroll bhan-nies. Illum min hu l-aqwa jhawwel. Ligi tal-gungla kullimkien. Kien Dr. Fenech Adami stess li kien ta l-parir lill-mara tad-dar biex toqghod iddur minn hanut ghall-iehor biex issib l-ahjar prezz ghaliha. Qabel, dan ma kienx ikollha ghalfejn taghmlu ghax il-prezz kien ikun fiss u l-abbuzi kienu l-eccezzjoni mhux ir-regola. Illum il-konsumatur fejn jidhlu prezzijiet m’ghandux min jiehu hsiebu. Suppost il-prezzijiet ikunu fuq kull oggett esebit. Minhabba l-ligi tal-gungla li dahhal il-PN, rari tara prezz fil-vetrini tal-hwienet. Din kontra l-ligi, imma galadarba kulhadd qieghed jaghmel li jrid, il-konsumatur jispicca l-vittma. Issa billi toqghod targumenta ma’ tal-hanut!!! Jghidulek mur ghand hanut iehor, imma din mhux soluzzjoni. Il-konsumatur ghandu dritt ikun jaf il-prezz. Jekk l-ispetturi m’ghadhomx iduru l-hwienet din mhux tort tal-konsumatur. Qabel kien hemm l-ispetturi tal-VAT. X’sar minnhom? Meta tixtri, gieli jaghtuk ircevuta fiskali u gieli le, jiddependi mill-burdata tal-kaxxier. Generalment kaxxier impjegat jaghtiha ircevuta imma meta l-kaxxier ikun sid il-hanut, aktar le milli iva, l-ircevuta ma jaghmiliex. Nemmen li wasal iz-zmien li l-ispetturi tal-VAT nergghu nirxuxtawhom u l-multi jigu ttriplikati. Mhux sew li haddiem bil-paga jhallas sal-anqas centezmu taxxa imma n-negozjanti jaharbu minnha. Billi jghidulna li l-ircevuta hija dritt taghna ma jfisser xejn. Kienet decizjoni tajba li twaqqaf it-tribunal, imma x’jiswa li d-decizjonijiet tieghu ikunu favur il-konsumatur jekk in-negozjant jibqa ma jonorax id-decizjoni u l-konsumatur jibqa b’xejn. Din kummiedja. Nemmen li dawk in-negozjanti li ma jwettqux id-decizjoni tat-tribunal ghandha tittiehdilhom il-licenzja. Imbaghad daqshekk jitqazzu. Naf li daqsxejn drastika l-haga imma xi trid taghmel meta l-konsumatur qieghed jaqlaghha minn kullimkien? Nemmen li l-konsumatur mhux stmat ta’ nies u l-awtoritajiet ghandhom iqumu ftit fuq taghhom. L-ghaqdiet tal-konsumatur qeghdin jaghmlu xi haga wkoll. Tajjeb li jkun hawn it-taghlim, imma x’jiswa t-taghlim meta l-konsumatur jibqa l-vittma? Jghidulek ghamel hekk u ghamel hekk biex ma tingidimx u min jghidlek dawn il-kliem generalment ikun rieqed raqda huwa wkoll. Il-Gvern ghandu jsinn snienu sewwa. Nemmen ghalhekk li r-regolamenti ghandhom jigu nforzati bis-shih, imma nemmen ukoll li dan il-kliem ser jaqa’ fuq widnejn torox. Haga ohra, ghaliex hafna drabi meta naqraw fuq konsumatur li jinhaqar, ghal xi raguni l-isem tal-hanut jew kumpanija ecc jibqa mohbi? Jien ghandi d-dritt inkun naf min qieghed jahqar lill-konsumatur sabiex ma mmurx nixtri minghand dak il-hanut u ma nuzax is-servizz ta’ dawk il-kumpaniji li jigu jaqghu u jqumu mill-klijenti taghhom. Rari taqra ittra ta’ lment fejn ikun hemm l-isem tal-istabiliment. Ghalfejn din il-protezzjoni kollha? Jista jkun li min jikteb jibza jsemmi l-hanut u jista jkun li l-gazzetti ma jridux jiksru diffrejhom man-negozjanti.

 

IS-SOCJETA MALTIJA

Minghajr dubbju il-familja hija s-sisien tas-socjeta Maltija. Jekk ghandek familja b'sahhitha u maghquda ghandek socjeta b'sahhitha u maghquda. Il-fatt li m'ghandniex socjeta bhal din ifisser li hemm xi haga hazina fil-familji Maltin. Nemmen bis-shih li din il-problema gejja mill-laxkezza dejjem tikber tal-valuri Nsara li jsawruna. Bl-iskuza tal-modernizmu, tad-demokrazija u liberta, kulhadd sar jaghmel li jrid.

 

Il-familja Maltija sejra lura. Billi ghadna naraw eluf ta' Maltin imorru l-quddies kull nhar ta' Hadd ma jfisser xejn. Hafna jmorru ghax hu obbligu u xejn aktar. Il-pedament qieghed jikkrolla u mieghu ser tikrolla l-familja Maltija u s-socjeta innifisha. Nemmen ghalhekk li ghal din il-problema hemm soluzjoni wahda u wahda biss, li nghixu l-valuri nsara. Nghixuhom bis-serjeta u f'kull hin. Imbaghad taraw il-familja Maltija tissahhah u l-hajja f'Malta titjieb.

 

KONTROLL TAL-INFIEQ PUBBLIKU

Nahseb li ilu li sar iz-zmien li tittiehed id-decizjoni li min jabbuza mill-flus il-poplu trid issir gustizzja mieghu. Mhux sew li jekk jien ninqabad nabbuza minn flus xi hadd, itellghuni l-qorti, jiktbuhili fil-kondotta u nehel il-piena ghar-reat, meta fil-gvern ghandna “kriminali” ghar minn hekk li bil-pulit qeghdin jabbuzaw minn miljuni ta' liri tal-poplu u qisu ma gara xejn. Ir-responsabilta politika mhux bizzejjed u dan diga rajnih. Nemmen li jrid jithaddem pjan f'qafas ta' responsabilta kriminali mill-ministri li huma jkunu responsabbli jekk jeccedu l-limiti finanzjarji kif imfissra fid-dokument tal-budget li jitressaq ghall-approvazzjoni tal-parlament kull sena. Jekk dan isir, nibdew naraw kontroll aktar strett fuq l-infieq f'kull dipartiment, ghax jekk il-ministru jkun responsabbli, allura ma jibqalhomx ghazla hlief li jaraw li l-parametri finanzjarji li suppost jahdmu fihom, ma jigux abbuzati. Nemmen li din hi l-unika soluzjoni ghax bir-responsabilta politika biss mhux ser nasslu.

 

KUNSILLI LOKALI

Filwaqt li t-twaqqif tal-kunsilli lokali kien pass tajjeb, it-twaqqif taghhom kien imtappan minn ideat zbaljati. L-ewwel, it-twaqqif tal-kunsilli sar meta l-gvern Nazzjonalista kien komdu, xi haga li tmur kontra d-demokrazija nnifisha. It-tieni, bil-mod kif il-Gvern Nazzjonalista dahhal il-politika partiggjana fil-kunsilli kompla zied il-firda politika fil-pajjiz. Il-Gvern seta wera li ried inaqqas il-firda fil-pajjiz permezz ta' kunsilli li jahdmu l-boghod mill-politika partiggjana imma ghamel ezatt il-kontra. Id-decizjoni tal-Partit Laburista li ma jiehux sehem attiv f'dawn il-kunsilli, kienet wahda minn naha politikament zbaljata, u minn naha l-ohra socjalment korretta. L-MLP wera bic-car min, miz-zewg partiti, ried li titnaqqas il-polarizzazzjoni politika fil-pajjiz. Jien nemmen li l-MLP kien korrett li appogga lill-kandidati indipendenti kollha anke dawk Nazzjonalisti li nghataw cans anke fuq is-Super 1. Minn naha l-ohra nemmen li l-Partit Nazzjonalista kien zbaljat li baqa u ghadu jinsisti li l-partiti jinvolvu ruhhom totalment f'dawn il-kunsilli. L-istedina tal-MLP biex il-partiti johrogu mill-kunsilli lokali ghadha hemm u nispera li Dr. Gonzi jaghtiha l-attenzjoni li jixraq, imma nahseb li fejn konna se nibqghu u se nkomplu naraw iz-zewg partit jissieltu kontra xulxin ghal-elezzjoni tal-kunsillieri fl-elezzjonijiet li gejjin.

 

IS-SEWQAN

M'ghandna xejn biex niftahru! Noqghodu nikritikaw lil sewwieqa ohra barranin meta ahna qisna qabda moghoz. F'Malta hawn anakrija fit-toroq u dan nghidu bl-akbar responsabilta ghax bhala sewwieq, jien konvint li s-sitwazzjoni hija allarmanti. It-tort jien naghtih l-ewwel lis-sewwieqa innifishom. Ma hemm L-EBDA skuza ghall-qziezati li ghandna fit-toroq. Suppost kulhadd ghadda mill-ezami tas-sewqan kemm prattiku kif ukoll orali. Allura l-iskuza tal-injuranza ma tregix. U jekk ikun hemm min nesa r-regolamenti, xorta ghandu responsabilta biex jerga jitghallem u jipprattika dawn l-istess regolamenti. Il-karozza hija mezz ta' transport bzonnjuz hafna, imma meta l-karozza tinstaq bl-addoc issir arma qerrieda li taf toqtol in-nies. Imma nippreciza. M'hijiex il-karozza li toqtol imma s-sewwieq. Il-karozza wahedha m'hi ta' periklu ghal hadd. Jekk tinstaq sewwa ftit hemm cans li tkun ta' periklu, jekk tinstaq bl-addocc tispicca arma qerrieda f'idejn sewwieq bla responsabilta.

 

It-tieni tort naghtih lill-pulizija fantazmi li ghandna. X'sar minnhom? Ghaliex sparixxew? U jekk tara xi wiehed minnhom, aktar mohhu fuq affarijiet ohra milli fuq it-traffiku, qisu x-xoghol taghhom sar xi passatemp li taghmlu meta jfettillek. Hawn nuqqas enormi ta' pulizija fit-toroq. Minhabba f'hekk hawn dan l-abbuz kollu. Il-gvern jeqred li mhux qed idahhal bizzejjed flus. Jekk jittripla l-multi kollha tal-kontravenzjonijiet tas-sewqan diga jibda jiehu r-ruh. Soluzjonijiet hemm imma l-gvern jibza mill-voti qisu qed jimxi fuq il-bajd!!

 

ECO CONTRIBUTION

Billi l-Gvern bidel il-kelma 'taxxa' u dahhal 'contribution' flokha xorta mhux se jidhak bina ghax taxxa kienet, taxxa ghadha u taxxa se tibqa. Intant apparti t-tentattiv biex jghatti x-xemx bl-gharbiel, il-Gvern ha falza stikka fuq din it-taxxa. Ghaliex? Ghax il-Gvern qal li l-iskop taghha huwa sabiex il-poplu jibda jikkonsidra u jiehu hsieb l-ambjent aktar. Raguni aktar falza minn din Alla jrid johloq. Din it-taxxa se jibda jhallasha kulhadd, kemm dawk li jiehdu hsieb l-ambjent u kemm dawk li ma jimpurtahomx mill-ambjent. Dan mhux sew.

 

FAQAR EKONOMIKU

Il-faqar tal-hamsinijiet u tas-sittinijiet jien ma niftakrux ghal grazzja t’Alla. Imma dan il-faqar rega qieghed maghna. M’hemmx ghalfejn naraw tallaba fit-toroq biex nirrikonoxxu l-fatt li hawn Maltin fqar. Hawn bizzejjed provi li dan il-faqar jezisti.  Dan hu ta’ ghajb ghal Malta, imma l-aktar ghal Gvern li ghandu obbligu socjali li l-faqar jeliminah minn Malta. Mhux talli l-Gvern mhux qieghed jaghmel dan imma talli bil-politika tieghu, il-Gvern stess qieghed ifaqqar lil Maltin. Kull min jghix bil-beneficcji socjali biss jew bil-paga minima u qieghed jiprova jrabbi familja gie mitfugh f’infern ekonomiku. It-tbaghtija li ggor maghha sitwazzjoni bhal din irid ikun l-imgarrab biex jispjegaha sewwa. Minkejja li l-obbligu politiku huwa bla dubbju tal-Gvern, ahna lkoll ghandna obbligu Nisrani li nghinu kemm nistghu lil dik il-parti tas-socjeta Maltija li qeghda tbaghti minhabba nuqqas ta’ flus. Dan ghandna naghmluh minghajr stennija ta’ rigali jew favuri. Jien nahseb li din is-sitwazzjoni hazina qeghda ggib maghha konsegwenza ohra inkluz zieda fil-kriminalita. Nahseb li whud minn dawk li jsibu ruhhom b’daharhom mal-hajt u sforz id-disprament li jkunu fih qeghdin jispiccaw jirrikorru ghas-serq.

 

PONT MALTA - GHAWDEX

Jien personalment nipreferi li ma jsirx, dan ghaliex nixtieq li Ghawdex narah izomm il-karatteristici li ghandu minghajr ma jitkaxkar minn zvilupp esagerat u jsir xi Malta ohra. B’pont bejn iz-zewg gzejjer, il-Gozo Channel tispicca ghax ma jkunx hemm bzonnha aktar u b’hekk jintilfu l-impiegi. Ifisser ukoll li l-progetti tal-mollijiet ikunu saru ghalxejn. Progett kbir bhal dan iqum balla Liri li l-poplu zgur m’ghandux, ghalhekk jekk il-Maltin iridu jaghmlu tajjeb ghall-ispejjez jien nahseb li ahjar ma jinbena xejn. Jekk jintalab hlas biex jintuza l-pont allura nistghu nibqghu kif ahna.

 

Vantaggi hemm zgur; suppost isir orhos biex tmur Ghawdex pero jintilef il-gost kollu li taqsam bil-bahar. Ghall-Ghawdxin ikun ehfef li jmorru x-xoghol f’Malta, pazjenti jistghu jitwasslu fl-isptar principali ta’ Malta b’mod ahjar u forsi f’anqas hin ukoll u l-istudenti universitarji Ghawdxin ma jkollomx ghalfejn jikru fejn joqghodu f’Malta ghax ikunu jistghu jergghu imorru lura d-dar wara l-istudji taghhom. Turisti jsibuha aktar facli u komda biex imorru Ghawdex. Suppost jispicca l-bzonn li jinbena mitjar ghall-ajrupani f’Ghawdex. Jekk ikun hemm fondi mill-Unjoni Ewropea ghal dan il-progett, allura jien napprova l-progett, ovvjament bir-riservi kif semmejt aktar il-fuq.

 

FESTIVAL KANZUNETTA MALTIJA GHALL-EWROPA - 2006

Ghalija il-festival kien fjask. L-aktar haga tajba li rajt fih kienu d-diski innifishom li l-maggoranza taghhom kienu ta’ livell gholi. Il-fjask tal-festival kompla gie ikkonfermat mill-hafna filmati li ntwerew wara l-festival u l-glied li rajna fuq il-programm Xarabank. Tal-misthija li ilna dawn is-snin kollha norganizzaw dan il-festival u l-anqas ghadna kapaci naghmluh bhan-nies. Kummenti fuq fuq:

 

Bondi bhala prezentatur kien assolutament zejjed fit-tieni parti tal-festival. Jekk ried jidher, imissu daqq biss u mhux ipprezenta.

 

Fabrizio vera nghata l-appogg mill-maggoranza tal-Maltin?

 

Skond stharrig ta’ Xarabank kien hemm l-istess ammont ta’ nies li vvotaw li fil-fatt ma rnexxilhomx jivvotaw, u deher li minn dawk li ma vvotawx, kien hemm maggoranza relattiva kbira favur Olivia Lewis.

 

Il-mod moqziez li bih gab ruhu Karl Bonaci kompla jwaqqa il-livell tal-festival.

 

Il-palk kien wiehed fqir ghall-ahhar.

 

Il-problemi teknici wrew li ghadna l-boghod milli norganizzaw festival professjonali.

 

Il-festival dam wisq biex spicca meta tqis li r-rizultat kien maghruf ftit hin wara li nghalaq it-televoting.

 

Jien lil min ivvotajt? … lit-Trilogy. PROSIT!!! U ma nistax ma nsemmix id-diska Waves li kienet fi klassi ghaliha.

 

Fil-fatt il-kantanti gabu lill-organizzaturi qaghaqa!!! Kellu bzonn il-kumitat jahdem bl-istess serjeta bhal kantanti u l-kompozituri.

 

Jiddispjanici imma li Keith jikkompeti ghall-Isvizzera kontra Malta ma tinzillix. Skuzani Keith imma jekk int Malti m’ghandekx tikkompeti kontra art twelidek. Aghmel kemm trid karriera barra minn Malta imma trid taqta linja bejn l-interessi tieghek u dawk ta’ pajjizek.

 

FUNDAMENTALISMU ISLAMIKU U MALTA

Li d-dinja hija mahkuma minn theddid mill-fundamentalisti Islamici huwa fatt li d-dinja ilha tghixu ghal hafna snin. L-ebda gwerra ma solviet problemi bhal dawn jew ikkontrollat l-ghatx ghall-vjolenza ta’ dawn in-nies. F’Malta rridu noqghodu attenti li ma nwegghu is-sentimenti ta’ hadd (ghax fiha nnifisha din hi haga hazina) u ghandna nitwarrbu mill-ghedewwa tal-gruppi terroristici kull fejn jaqblilna minghajr ma nizolaw ruhna jew insiru skjavi tat-terrorismu. Is-sentimenti anti-Semitici u partikolarment kontra l-pajjizi tal-punent jezisti wkoll fin-nukleu zghir ta’ Musulmani f’pajjizna. Il-politika favur il-paci u dik ta’ moderazzjoni hija l-unika politika li taghmel sens ghal Malta. Imma li Malta regolarment tilqa fi hdanha bastimenti tal-gwerra specjalment mill-pajjizi tan-Nato huwa pass falz li jaf jiswina qares. Fid-dawl ta’ dan kollu kemm kienet ghaqlija s-shubija taghna mal-blokk b’sahhtu Ewropew fi hdan l-Unjoni Ewropea? Dan hu blokk iffurmat fost ohrajn minn pajjizi li ghall-liberta tal-espressjoni jaslu wkoll li jinsulentaw lill-Musulmani li ma riedux wisq biex jirritaljaw b’attakki vjolenti madwar id-dinja kontra dawk li b’xi mod jarawhom bhala ghedewwa. L-anqas is-sens qawwi ta’ razzismu f’Malta ma jghinna.

 

IL-KARNIVAL TA’ MALTA

Il-fatt li ghal sena wara l-ohra il-Karnival Malti qieghed jitharbat minhabba t-temp hazin, jitfa’ fuqna r-responsabilta li nsibu alternattiva. Ma jistax ikun li nibqghu sejrin bil-hsara lill-karrijiet u tizjin, biex ma nsemmix it-tharbit fil-programm tal-festi. Fl-opinjoni tieghi, il-Karnival ghandu jerga jibda jsir f’Mejju kif kien isir qabel meta t-temp huwa hafna isbah u c-cans ta’ maltemp huwa remot. Ghalija kienet decizjoni ghaqlija hafna tal-Gvern Laburista li jmexxi l-Karnival ghal Mejju biex b’hekk evita l-problemi li kull sena konna qeghdin inhabbtu wiccna maghhom. Id-decizjoni tal-Gvern Nazzjonalista li jregga lura l-Karnival ghax-xitwa regghet gabet fuqna l-istess problemi ta’ qabel ghax it-temp ma tistax tikkontrollah u attivitajiet tal-massa fl-apert dejjem ikunu kkondizzjonati mit-temp.

 

IS-SENSIELA TA’ ATTAKKI VJOLENTI

F’April u Mejju 2006, Malta ghaddiet minn sensiela ta’ attakki vjolenti fejn karozzi u djar tan-nies inghataw in-nar. Li dawn l-attakki ixxokkjaw lill-maggoranza tal-Maltin kien ovvju, imma jien kont nipretendi li l-Pulizija tiehu dawn il-kazijiet b’aktar serjeta ghax hawn mhux qeghdin nitkellmu fuq kaz jew tnejn imma sensiela shiha gieli anke gurnata wara l-ohra fejn persuna jew persuni kienu qeghdin jaharqu l-karozzi u l-propjeta. F’sitwazzjoni ta’ alert bhal din kont nistenna li ghad kbir ta’ pulizija jinhargu fit-toroq anke pajzana sabiex jinqabdu l-hatja. Aktar kienet ovvja l-mira ta’ dawn il-kriminali li dawru harsithom fuq dawk li hargu fl-apert jikkundannaw ir-razzizmu f’Malta u li ddefendew id-drittijiet tal-klandestini. F’dan ix-xenarju kollu, f’pajjiz daqs tikka hija tal-misthija li l-kriminali ta’ dan it-tip thallew joholqu terror fil-pajjiz. Ghalkemm il-pulizija ma tistax tkun kullimkien il-hin kollu imma s-sens komum kien juri li dawk li apertament hadu pozizzjoni favur id-drittijiet tal-klandestini kienu se jkunu l-mira ta’ min ried jeqridhom minn wicc id-dinja. Ghalija il-Pulizija falliet li tiprovdi protezzjoni lil min seta’ facilment kien se jkun vittma. maltapolitics.com ghamlitha cara fil-home page li dawn l-atti annimaleski jaghmlu biss ghajb lil min iwettaqhom u maltapolitics.com turi solidarjeta mal-vittmi kollha. Fuq din m’hemmx politika ghax id-dritt tal-espressjoni hielsa huwa dritt sagrosant li hadd m’ghandu jcahhad lill-hadd iehor minnu. Li ma rrejalizzawx dawn il-kodardi hu li fi krizi bhal din, ahna l-opinjonisti u gurnalisti nissahhu aktar u aktar. Fid-dawl ta’ dak li gara, maltapolitics.com turi solidarjeta’ totali u minghajr kundizzjoni lil Saviour Balzan u Daphne Caruana Galizia.

 

GENERAL WORKERS UNION

Wara dak li gara fil-union f’Awwissu 2006, nahseb li t-tmexxija tal-union ghandha tirrifletti sew mhux biss dwar ir-rizenji li saru imma dwar l-akkuzi minn dawk li rrizenjaw, liema akkuzi jien rajthom iebsin hafna. Minn naha l-ohra ghamlet sew it-tmexxija tal-union li baqghet sejra bil-hidma taghha favur il-haddiema u ma hallietx dawn l-episodji jizvijjawha mir-responsabiltajiet taghha. Dwar l-attentati pwerili tan-Nazzjonalisti li ppruvaw icapsu l-MLP fil-kwistjoni sabu ma’ wicchom pozizzjoni cara minn naha ta’ Alfred Sant li ma riedx jidhol fil-kwistjoni anke minhabba l-fatt li l-MLP f’dan kollu ma jidhol xejn. Ghal darb’ohra Alfred Sant qata’ l-ghatx tal-PN bil-perzuta!!

 

LOW COST AIRLINES

Filwaqt li maltapolitics.com taqbel mad-dhul tal-low cost airlines fl-industrija turistika Maltija, ma thossx li pass bhal dan isolvi l-krizi li laqtet lill-industrija fl-2005 u l-2006. Il-Gvern li ghal darb’ohra dam biex ha decizjoni b’konsegwenzi cari li komplew ghamlu hsara lill-industrija, ikun qieghed jizbalja bl-ikrah jekk jahseb li b’daqshekk l-affarijiet trangaw. Irid jibda billi jaghti spinta bis-serjeta lill-qasam turistiku billi jnaqqas l-ispejjez tal-vaganza, liema spejjez ghamilhom il-gvern stess.

 

SPECIAL CLEANERS

L-iskandlu tal-iSpecial Cleaners li faqqa f’Ottubru 2006 ghezzez sewwa lill-Gvern li bhas-soltu haseb li ghandu xi tip ta’ imunita politika ad eternum. L-attegjament kemm tal-Ministru tal-Gustizzja Tonio Borg, kemm tas-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici u m’ghandniex xi nghidu tal-Prim Ministru nnifsu wera li xejn ma jista jsir li b’xi mod l-irjus gholja tal-Gvern jaccettaw responsabilta politika ta’ xi jsir fil-ministeri u dipartimenti li huma stess huma responabbli ghalihom. Is-serjeta tat-tmexxija Nazzjonalista ilha li taret mar-rih u maghha taru t-tamiet tal-Maltin li naraw politici Nazzjonalisti jiehdu responsabilta ta’ ghemilhom. L-unika mod kif lil dawn in-nies ingibuhom lura l-art hija billi nibaghtuhom fl-oppozizzoni forsi fl-ahhar jipprattikaw ftit umilta.

 

IS-“SRIEP” FI HDAN L-MLP

Li jezistu nies fil-partiti l-kbar li jghaddu informazzjoni “tahraq” lill-partit l-iehor nahseb li l-anqas hemm dubbju dwaru. Biex in-NET jghidu xi jsir fil-Kwartieri tal-MLP u biex One News ihabbar manuvri sigrieti wara l-hitan f’Tal-Pieta bilfors li jfisser li hemm spiji fi hdan il-partiti inkella l-ahbarijiet huma finta u ma jkun fil-fatt gara xejn. Wiehed jifhem li f’organizzazjonijiet politici kbar bhal PN u l-MLP isiru sforzi biex li jsir fuq gewwa ma johrogx u wiehed allura jifhem li meta johorgu ahbarijiet jaharqu it-tmexxija tal-partiti jiehdu kull mizura biex l-informazzjoni ma tibqax tohrog. Mill-lat purament politiku l-MLP irid jara min hu jew min huma dawk li jghaddu informazzjoni sensittiva lill-PN u dan ghax informazzjoni bhal din tista taghmel hsara lill-partit u dan jista jfisser telf ta’ voti f’mumenti meta huwa mportanti li l-Partit Laburista jirbah l-elezzjoni generali li jmiss biex jitnehhew in-Nazzjonalisti mill-Gvern biex fl-ahhar nibdew naraw ftit serjeta fit-tmexxija.

 

IL-KAZ TA’ GORDON CORDINA

Jien nara l-kaz f’Jannar 2007 ta’ Cordina li kien imexxi l-Ufficcju tal-Istatistika bhala loghba ohra politika li aktar tbikkik milli tferhek. Nahseb li hi xi haga naturali li wiehed jibda jistaqsi mistoqsijiet dwar kif statistika ta’ snin qabel tinbidel tant drastikament. Dan it-tibdil huwa wiehed inkwetanti, ghax allura meta se nibdew nemmnu l-istatistika? Nemmnuha meta tohrog, jew meta tohrog noqghodu nghidu “issa naraw jekk hux se tinbidel”? Kif nistghu nemmnu l-istatistika tal-Gvern meta l-Gvern stess permezz tal-Ufficcju tal-Istatistika huwa responsabbli ta’ tibdil kbir fil-figuri? Tibdil kbir fil-figuri huwa hazin, ghax allura liema kriterji huma tajbin biex nifformulaw l-istatistika? Huma l-kriterji t’issa li huma tajbin jew ta’ snin ilu? Jekk huma t’issa, allura l-figuri tas-snin li ghaddew huma zbaljati? Kollha zbaljati jew dawk biss li jaqbel lill-Gvern Nazzjonalista biex inbidluhom u jispiccaw jidhru isbah? Din il-qassata kollha ma saritx mill-MLP imma kienet ricetta li la l-ingredjenti u l-anqas il-kok ma kienu “Laburisti”. U jekk Cordina kien daqshekk tajjeb u serju f’xogholu, ghaliex ir-rizenja tieghu giet accettata mill-ewwel. Jekk kellu l-appogg tal-awtorita u tal-Gvern ta’ Gonzi, jmissu baqa f’postu u jirribatti l-kritika li qala’ u mhux jitlaq. Jekk il-kritika (personali jew m’hix) se twassal ghar-rizenji, allura il-membri tal-Kabinet tal-Ministri ta’ Gonzi ghandhom jirrizenjaw kollha. Ir-rizenja ta’ Cordina daqshekk malajr mal-ewwel kritika xejn ma turih bhala bniedem ta’ stoffa, imma turih bhala persuna dghajfa. It-twerzieq ta’ Gonzi u l-oqra mbajjda li riedu juru li qabzu ghalih, m’hu xejn ghajr ipokrizija li ttellef lil dak li jkun milli jikkoncentra fuq il-qofol ta’ dan kollu, cioe’ it-tibdil radikali f’certi statistika tal-Gvern.

 

IL-PJANI TA’ RENZO PIANO GHALL-BELT

Il-pjani ta’ Renzo Piano kif gew esebiti m’ghogbuni xejn. Mela l-gvern se jonfoq €80 miljun biex jibni Parlament meta Parlament diga ghandna, se jhalli t-Teatru Rjal rovina kif kien mill-ahhar gwerra u d-dahla ghall-Belt se tkun biss ftuh fis-sur tal-Belt. U Alla jbierek wara li l-Gvern Nazzjonalista ftahar tant li Pjazza Sant’Anna f’tas-Sliema inghatat lill-pubbliku meta twaqqa’ l-Magic Kiosk, issa spazju prezzjuz fil-Belt cioe’ Misrah il-Helsien se jittiehed lill-poplu u jinghata lill-Gvern u Oppozizzjoni bhala Parlament. Dan genn!! Fejn irid ghandu flus x’jonfoq il-Gvern Nazzjonalista.