Malta u l-politika

Ittri ccensurati u punti ta' riflessjoni politika.

"It isn’t my imagination. The police have gone nuts." – Daphne Caruana Galizia . . . . . . . . . . . . . . . . Is-Sindku Nazzjonalista ta' Tas-Sliema jakkuza lis-Segretarju Generali tal-PN li ghamillu frame up. . . . . . . . . . . . . . . . . "I very much regret to admit but, at the moment, apathy is reigning supreme in the Nationalist camp." - Giov. DeMartino . . . . . . . . . . . . . . . . Is-Sindku u kunsilliera Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema jirrizenjaw mill-PN . . . . . . . . . . . . . . . . Jirrizenjaw ukoll is-Sindku Nazzjonalista ta' San Gwann kif ukoll irrizenja mill-PN is-Sindku Nazzjonalista taz-Zebbug Ghawdex

Din il-website hija inizjattiva personali

 

Merhba,

 

Fiha ghandek issib opinjonijiet fuq diversi suggetti partikolarment fuq il-politika Maltija. Il-bazi tal-web site hija maghmula minn fatti u figuri li fittixt u ghamilthom ghad-dispozizzjoni taghkom. Fridt l-opinjoni mill-fatti sabiex hadd ma jitfixkel. Fatti jibqghu dejjem fatti u wiehed jinterpretahom skond kif jarahom hu. L-informazzjoni hija pprezentata b’mod semplici u car u maqsuma skond is-suggett. Ippruvajt ukoll naghti vuci lil min ried isemma lehnu permezz tal-guestbook, imma sfortunatament kien hemm diversi Nazzjonalisti li approfittaw ruhhom minn dan u jew uzaw spazju zzejjed inkella rrikorrew ghal insulti, theddid u kliem oxxen li jien mhux lest naccetta f’din il-website. Din mhux site kummercjali ghalhekk m’hemmx riklami fiha. Sejrin tinnutaw li l-maggoranza assoluta tal-kwotazzjonijiet uzati m'humiex minn sorsi li jappoggjaw lill-Partit Laburista anzi huma minn sorsi Nazzjonalisti. . . . u din taghmel l-argumenti aktar interessanti.

 

Ghaliex saret maltapolitics.com?

 

Onestament nghid li ma kelli l-ebda hsieb li naghmel din il-website. Gejt kostrett nibda dan il-progett minhabba li wara snin nikteb f’The Times, l-editur deherlu li kellu jaghlaqli halqi specjalment wara li l-Partit Nazzjonalista rebah l-elezzjoni tal-1998. L-editur ghandu kull dritt ma jaqbilx ma’ dak li nikteb jien imma mbaghad ma jistax jghid li jaghti spazju lill-opinjonijiet diversi meta fl-istess hin ittri ta’ kritika ghall-Partit Nazzjonalista jigu njorati. Din nuqqas ta’ demokrazija f’The Times. Fil-pagna “L-Oxxenita tal-1996” qieghed nuri bic-car kif The Times titratta korrispondenti bhali. Bhala vittma tal-arroganza ta’ The Times jien kelli niehu triq ohra biex insemma lehni. It-triq l-ohra kienet maltapolitics.com li inti qieghed fiha bhalissa. Ghamiltha bil-Malti ghaliex hija ndirizzata lill-Maltin.

 

Il-futur ta’ maltapolitics.com

 

Din is-site bdiet bhala mezz biex nippubblika l-ittri tieghi li gew iccensurati. Eventwalment is-site hadet xejra ohra li ma kienetx ippjanata cioe’ saret mezz ta’ informazzjoni dwar hafna suggetti li fosthom pero tispikka dejjem il-politika f’Malta. Bil-mod kif zviluppat u kibret maltapolitics.com u mill-hafna messaggi tal-qarrejja deher car li din is-site imliet vojt li kien jinhass hafna, appuntu l-bzonn ta’ facilita li f’site wahda, dawk li tinteressahom il-politika, jistghu jsibu informazzjoni dwar suggetti jaharqu, liema informazzjoni kienet mifruxa l’hawn u l’hinn u f’kazi wkoll ma kienetx maghrufa. Galadarba maltapolitics.com stabbiliet ruhha bhala mezz ta’ informazzjoni politika, il-futur taghha huwa garantit sakemm tibqa l-possibilita li nzomm din is-site hajja. L-attentati biex iwaqqfuni minn dawk li riedu li din is-site tinghalaq, s’issa ma hadmux u nispera li l-ghan taghhom ma jintlahaqx.

 

Fil-waqt li nirringrazzjak tal-ghazla tieghek li tidhol f’din il-website, nghidlek li maltapolitics.com tigi aggornata regolarment u ghad baqa' aktar informazzjoni x’tizdied. Jekk wara li tifli din is-site, tkun trid taghmel xi kummenti tista' taghmel dan billi tibghat email fl-indirizz maltapolitics@yahoo.com Kull kumment jista' jigi ppubblikat. 

 

Grazzi.

 

Ir-rizultat ta' kull stharrig jidher fit-tieni pagna tal-website.

Biex il-poplu fl-ahhar jifhem tort ta' min qeghdin f'din is-sitwazzjoni hazina.

 

"... this government now shocks, undermines confidence and most importantly shifts all burdens on to the taxpayers, in one way or another. … Does the government know the huge wave of pessimism it has unleashed on the whole country? You hear people talk of nothing else. People, families, already stressed out and hardly managing to make ends meet are now despairing."

editorjal, The Malta Independent on Sunday 23.10.2005

 

 

“… there is a rage eating up our people and, in a democracy, it is only fair that such rage finds expression at election time, whether the government feels this is fair or not, whether it is working its guts out or not, whether its work is delivering results or not, or whether the alternative is any better or not. One can easily sense the rage at almost every level of society: it is road rage without the road, an attitude to life, a time where people are more self-centred and ready to push others out of their way, a time when people are more prepared to be outspoken and critical without being afraid. … The bloody nose the government received – or should have received – yesterday is a merited one, for the people are mostly right in believing that the government is intent on following its ideals and riding its hobby horses, and not really tackling what irks the people here and now.”

editorjal, The Malta Independent 12.3.2006

 

Biex int tghix ahjar!!

Stharrig tal-opinjoni pubblika minn The Sunday Times

11 ta’ Gunju 2006

 

“An overwhelming 87% said that their financial situation had become worse; 11.3% said their situation was not changing, while only 0.3% said they were better off.”

 

 

 

Int il-vizitatur numru

Jekk trid tilghab dawn in-numri, nawgurawlek li tirbah.